Fil-Qorti Kriminali
ATT TA' AKKUZA,
Nru. 1000/2000
IR-REPUBBLIKA TA' MALTA
kontra
L-Avukat Generali f' isem ir-Repubblika ta' Malta
jghid
Illi fl-ewwel (1) ta' Marzu tas-sena elfejn (2000) Giovanni
sive John Borg, persuna residenti f' Malta, kkomunikat bit-telefon
ma' James Bridges, persuna residenti fl-Ingilterra. Giovanni sive
John Borg hedded lill-imsemmi James Bridges li kien joqtlu jekk
ma jaccettax li joqtol lil certu Joe Grech, persuna ohra residenti
f' Malta. James Bridges ceda ghat-theddid ta' Giovanni sive John
Borg u accetta li joqtol lil Joe Grech.
In esekuzzjoni tal-pjan li joqtol lil Joe Grech l-istess James
Bridges immanifattura ittra-bomba Ii baghat bil-posta lil Joe
Grech f' Malta u dan bil-hsieb li joqtlu jew li jqieghed il-hajja ta' l-istess Joe Grech f' periklu
manifest. Illi qabel ma 1-ittra bomba msemmija waslet fid-destinazzjoni
taghha Giovanni sive John Borg rega bdielu u ma xtaqx izjed li
joqtol lil Joe Grech. Ghalhekk, Giovanni sive John Borg iddecieda
li jaghmel dak kollu possibli sabiex isalva l-hajja ta' Grech.
Di fatti Borg rega qabad bit-telefon lill-imsemmi James Bridges
fl-Ingilterra u informah li kien biddel il-hsieb tieghu u li kien
qieghed jirrevokalu l- mandat li kien tah biex joqtol lil Grech.
Fil-frattemp, izda, 1-ittra-bomba kienet gia fi triqta bil-posta
ghal ghand Grech. Illi James Bridges, ghalhekk minnufih qabad
ma Joe Grech bit-telefon u avzah sabiex ma jaghmel ebda tentatttiv
biex jiftah kwalunkwe ittra li tkun giet impostata l-Ingilterra
ghaliex din setghet tkun 1-ittra-bomba li hu kien baghatlu. Grech,
izda, ddecieda li jinjora t-twissijiet ta' James Bridges u meta
rcieva l-ittra fi kien baghatlu Bridges huwa xorta fetahha ghalkemm
kien intebah mit-timbru tal-posta li l-ittra kienet giet impostata
l-Ingilterra. Meta Grech fetah l-ittra huwa skatta l-bomba li
splodiet u korrietu serjament;
Illi fi ftit hin waslet l-ambulanza li fiha gie mghobbi Grech
li gie ammess l-isptar u inghata l-kura medika necessarja minnufih.
Grech tqieghed fuq apparat biex jissostitwilu d-demm u l-fluwidi
l-ohra li kien tilef minhabba l-griehi li sofra. It-telf ta',
fluwidi kien jirrizulta fi Grech jaqa' fi stat ta' xjokk liema
stat kien eventwalment jiikkawza l-mewt ta' Grech. Waqt fi kien
fil-ward jistenna li jigi operat, izda, Joe Grech qabdu attakk
ta' nervi u fil-frustrazzjoni li kien qieghed ihoss dak il-hin
tajjar minn fuqu t-tubi li kienu qeghdin jaghtuh il-fluidi biex
jirrimpjazzaw dawk li kien tilef il-konsegwenza kienet li Grech
waqa' fi stat ta' xjokk li minnu ma regax irkupra u miet flit
hin wara,
Il-Qorti ta' l-Appell Kriminali b'
sentenza. ta' l-ghaxra (10) ta' Gunju elf disa' mija sitta u disghin
(1996) fil-kawza bl-ismijiet "Ir- Repubblika ta' Malta vs.
Giovanni sive John Borg" l-akkuzat Giovanni sive John Borg
kien instab hati ta' reat u gie kundannat ghall-piena ta' prigunerija
ghall-perjodu ta' sena;
Illi b'sentenza tal-Qorti tal-Magistrati tas-sitta (6) ta'
Gunju elf disa' mija tmienja u disghin (1998) fil-kawza bl-ismijiet
"The Police vs. James Bridges" l-akkuzat James Bridges
instab hati ta' delitt u gie kundannat ghall-piena ta' prigunerija
ghall- perjodu ta' tmintax-il xahar liema sentenza giet sospiza
ghall-perjodu ta' sentejn.
Illi b'ghemilhom I-imsemmija Giovanni sive John Borg u James
Bridges, recidivi f' reat, saru hatjin ta' omicidju volontarju
u cioe' talli dolozament. bil-hsieb li joqtlu persuna jew li jqieghdu
il-hajja taghha f' perikolu car, ikkagunawlha l-mewt. Ghaldaqstant
l-Avukat Generali fl-isem fuq imsemmi jakkuza lill-imsemmija Giovanni
sive John Borg u James Bridges, recidivi f' reat, hatjin ta' omicidju
volontarju u cioe talli dolozament, bil-hsieb li joqtlu persuna
jew li jqieghdu l-hajja taghha f' perikolu car, ikkagunawlha l-mewt;
jitlob illi jinghamel skond il-ligi kontra l-imsemmija akkuzati
u illi Giovanni sive John Borg u James Bridges jigu kkundannati
ghall-piena ta' prigunerija ghall-ghomor biz-zieda tal-piena tar-rekluzjoni
ghal mhux aktar minn tnax-il perijodu jew billi jizdiedu pieni
ohra stabbiliti fir-regolamenti tal-habs skond dak li hemm u jintqal
fl-artikoli 31(1)(b)(e), 49, 50, 211 u 533 tal-kodici Kriminali
jew ghal kull piena ohra li tista' skond il-ligi tinghata ghall-htija.
tal-imsemmija akkuzati.
U peress li l-imsemmi James Bridges sar hati ta' reat li sar
matul il-perjodu operattiv tas-sentenza fuq imsemmija moghtija
minn din l-Onorabbli Qorti fis-sitta (6) ta' Gunju elf disa' mija
tmienja u disghin (1998) fl-ismiiiet "The Police vs. James
Bridges" u li kienet giet sospiza ghall-Perjodu ta' sentejn
l-Avukat Generali jitlob li skond dak li hemm provdut fl-artikolu
28B tal-Kodici kriminali din l-Onorabbli Qorti joghgobha. tordna,
li tibda ssehh l-istess sentenza, li permezz taghha l-istess James
Bridges instab hati ta' delitt u gie kundannat ghall-piena ta'
prigunerija ghal perjodu ta' tmintax-il xahar.
Avukat anzjan tar-Repubblika
Fil-Qorti Kriminali
ATT TA'AKKUZA,
IL-QORTI:
Wara li rat I-Att ta' Akkuza Nru. 1000/2000 fl-ismijiet premessi;
Tordna lill-akkuzati jaghmlu nota ta' osservazzjonijiet dwar il-punti
legali involuti fid-deliberazzionijiiet dwar I-Att ta' I-Akkuza
inkluzi minghajr pregudizzju, kwalunkwe osservazzjoni dwar il-piena
li ghandha tinghata lill-akkuzati fil-kaz li jinstabu hatja tar-reati
dedotti kontra taghhom.
Firmat: Imhallef Glormu Montebello