The school operates every Friday at 7.00 pm at the Maltese Cultural Centre, 6 Jeanes Street BEVERELEY SA     Enrol NOW

  MALTESE SCHOOLS IN OZ
bb
Maltese School - NSW
Skola Maltija-Wollongong
Skola Maltija - Sydney
Maltese School of Adelaide
Maltese Classes - Victoria
Skola Maltija - Mackay QLD
Maltese School in A.C.T.
We can all be heroic in the little things of everyday life.

MALTESE SCHOOL

MALTESE DATA BASE

 

KBURIJA GHAX GHAMILT IL-MATRIKOLA TAL-MALTI

tikteb Jane Agius - studenta tal-Iskola tal-Malti t'Adelaide

janeJiena jisimni Jane Agius minn Findon South Australia u qeda niehu din l-opportunita' biex l-ewwelnett nirringrazzja lil Mr Frank Scicluna, l-ghalliem tieghi u ta' zewg studenti ohra, John Caruana u Josie Ahrens. Mr.Scicluna, li huwa ukoll il-Principal tal-iskola ghall dawn l-ahhar 18-il sena, ippreparana ghall-Year 11 u Year 12 (Is-South Australian Certificate of Education) f'dawn l-ahhar sentejn (2001 -2002) fl-iskola tal-Malti t'Adelaide.

Qatt ma kont nobsor, li wara li spiccajt l-iskola f'Malta 22 senu ilu, kien se jkolli cans li nerga mmur nitghallem l-iskola. Dawn is-sentejn li ghaddew ghalija kienu ta profitt edukattiv kbir u ksibt hafna informazzjoni specjalment fuq l-istorja ta' Malta.

Jiena bniedma li nhobb nikteb u naqra proza bil-Malti u xi kultant anki nikteb poeziji. Nsemmi ftit mix-xoghol li ghamilt matul din is-sena u li sibtu ferm interessanti. Jiena ghamilt progett fuq il-'Hakma tal-Inglizi f'Malta 1898 - 1974'- u ksibt informazzjoni sew mill-kotba kif ukoll minn fuq l-internet dwar meta Malta kienet mahkumha mill-Inglizi mill-perijodu ta' wara t-tkeccija tal-Francizi sal-'Jum l-Indipendenza'.

Tghallimt ukoll fuq l-istorja tal-Kavallieri ta' Malta, fuq il-bini tal-Belt Valletta, il-monumenti storici li jinsabu madwar Malta, it-Tempji Neolitici u sintendi l-izvilupp tal-lingwa u l-grammatika Maltija.

Ghamilna ukoll studju fuq l-istorja tal-emigranti li hallew Malta f'dan l-ahhar seklu, kif ukoll tkixxift fuq il-'White Australia Policy' li l-Gvern Awstraljan zamm ghal bosta snin u li anki effetwat lil bosta Maltin emigranti. Ghamilt studju fuq il-kultura u l-geografija ta' Malta u fuq id-drawwiet u l-wirt tal-Maltin tal-imghoddi. Kif qed taraw il-kors tal-Malti huwa interessanti u nformattiv hafna.

Gbart hafna informazzjoni fuq diversi suggettti u bix-xoghol li ghamilt irnexxili nakkwista marki tajbin matul dawn is-sentejn li ghaddew. L-ezami pubbliku, li gie ppreparat mill-'Board of Studies' ta' Victoria, kien ftit granet ilu u kemm jiena kif ukoll l-istudenti shabi nisperaw li ngibu marki tajba ghax gejna ippreparati sew u morna tajjeb hafna kemm fl-oral kif ukoll fil-kitba.

L-istudju li ghamilna kien ta siewi kbir ghax anki uliedi ghad jirbhu minn dan it-taghlim. Ghalhekk naghmel kuragg li dawk kollha li jixtiequ jitghallmu l-lingwa Maltija u l-istorja sabiha ta' Malta biex jattendu l-Iskola tal-Malti t'Adelaide li hija miftuha kull nhar ta Gimgha mis-7 pm 'l quddiem fic-Centru Kulturali Malti, 6 Jeanes Street Beverley.

Nirringrazzja ukoll lis-Sur Lino Vella, l-editur ta' THE MALTESE HERALD,L-unika gazzeta Maltija fl-Awtsralja, ghall-ghajnuna li dejjem tagha lill-iskola taghna. Fl-istudju taghna wzajna hafna mill-artikli li dehru fuq din il-gazzetta, specjalment dwar il-lingwa u l-kultura Maltija.

Ghal iktar informazzjoni dwar dan il-kors mur fuq il-website tal-iskola - http://www.geocities.com/frans311/

 

 

Return to BUILDING VIRTUAL BRIDGES



signP

Designed and maintained by Frank L Scicluna- Adelaide - Australia
Launched on the 7 April, 1999
Updated Periodically - Please, visit this site often.

Copyright 2007-08
You are visitor no:

Hosted by www.Geocities.ws

1