| IL-MOVIMENT GRAFFITTI JEMMEN LI L-PROPOSTA TAL-KORSA TAL-GOLF GHANDHA TIGI RRIFJUTATA IL-Moviment Graffitti jemmen li kull minn ghandu ghal qalbu l-Biedja ,l-ambjent rurali,l- aspett socjali, kif ukoll jemmen bi shih fi zvilupp li jkun wiehed sostenibbli jivvota biex dan il-progett f'tal-Virtu jigi rrifjutat .Filfatt fl-EIA jaghmilha cara li kawza ta' l-Izvilupp, ser jigi affettwat kemm l-ambjent rurali kif ukoll dak socjali tal-madwar . Il-Moviment Graffitti jixtieq jirringrazzja lill-kunsilliera laburisti kollha li vvutaw kontra l-progett fil-laqgha tal-kunsill tar-Rabat. Il-Moviment Graffitti iheggeg il-poplu biex huma ukoll juru l-ghadab taghhom biex l-art inkwistjoni d-daqs ta' tas-Sliema ma tigix ikkonvertita minn wahda agrikola ghal wahda f'korsa tal-golf. Il-Moviment Graffitti isaqsi kif jista' jkun li l-post indikat ser jibqa accessibbli ghal pubbliku meta fl-istess hin skond l-EIA jindika li ser jittella' hajt jew fence madwar il-golf kors ? Il-Moviment Graffitti jemmen ukoll li hadd mhu ser jmur jissoggra jippassigga minn gol-Golf kors meta hemm cans kbir li tintlaqat minn xi ballun . Nafu ukoll li meta artijiet pubblici nghataw lill- privat dawn zgur li ma baqghux accessibbli ghal pubbliku,bhal fil-kaz tal- kosta tal-madwar f'certu nhawi. IL-Moviment Graffitti jithasseb kif minn ghamel L-EIA ma jafx li l-proposta biex jinbena Clubhouse fuq medda ta' art ta' 4000metru kwadru u l-proposta ta' parking Area ghal 200 karozza imorru kontra dak li kienet iddikkjarat stess il-MEPA .Dana ghax ftit ilu l-MEPA kienet irriffjutat proposta biex fuq is-sit isir organic center mill-bdiewa.L-oggezzjoni taghha dak in-nhar kienet li ma jista' jsir ebda zvilupp fuq is-sit allokat . Mela allura l-MEPA tkun qed tikkontradixxi lilha nnifisha jekk dan jigi accettat . Fid-Dawl ta dan kollu l-Moviment Graffitti jawgura li trattat li kien sar bejn il-Vatikan u l-Istat fuq l-art inkwistjoni jigi onorat u l-proposta ghal Korsa tal-golf tigi rrifjutata. |