"Jien kontra l-korsa tal-golf fil-Verdala"
Jikteb Owen Bonnici

Ricentement il-kwistjoni tal-Golf Course fil-Verdala regghet qed tifforma parti mid-diskussjoni pubblika, specjalment wara l-istqarrijiet tal-Kap ta� l-Oppozizzjoni Dr Alfred Sant, li qal li hu kontra li din issir, u l-Ministru tat-Turizmu Michael Refalo, ta x�jifhem li hu favur.
Fr Jimmy Bartolo, S.J., li huwa l-Kappillan ta� l-Universit�� f�din l-intervista jaghti diversi ragunijiet ghalfejn grupp li kulma jmur qed jikber huma kontra li tinbena din il-Golf Course.Fr Bartolo jispjega wkoll il-pozizzjoni ufficjali tal-Knisja u jghid, fost affarijiet ohra, li bejn l-1956 u l-1991 dig�� tlifna 42 fil-mija ta� l-art agrikola taghna.


X�inhi l-pozizzjoni personali tieghek fuq il-kwistjoni?

Il-pozizzjoni tieghi - u ta� grupp li kulma jmur qed jikber, ta� akkademici u studenti mill-Universit� - hija kontra ghal diversi ragunijiet. Hemm l-ewwel u qabel kollox l-interess tal-bdiewa li jahdmu l-art fejn hemm ippjanat li jsir dan il-golf course. Tnejn u disghin bidwi, uhud part-timers u ohrajn full-timers jaqilghu l-ghajxien taghhom minn din l-art. Il-golf-course joqtol kull inizjattiva ta� dawn il-bdiewa. AX Holdings qed jippruvaw jikkonvincuna li dan mhux minnu. Qed jaghmlu pressjoni kbira biex b�mod mill-aktar paternalista jikkonvincu lill-poplu li wara kollox dan huwa ta� beneficcju kbir kemm ghall-bdiewa kif ukoll ghall-ekonomija Maltija. Kontra l-golf-course tar-Rabat ghax ma niflahx nara aktar qerda ta� art agrikola tajba f�pajjizna. Kull sena Malta qed titlef 2km kwadri ta� art agrikola. Skond l-ahhar studju xjentifiku fuq il-qaghda ta� l-ambjent f�pajjizna, State of the Environment Summary Report for Malta 1998, bejn l-1956 u l-1991 tlifna 42% tal-art agrikola taghna. Jista� jkun li nibqa� sieket meta nara dan? Kultant inhoss li jekk ser nibqghu sejrin hekk lit-tfal tat-tfal taghna rridu nibdew nehduhom Sqallija biex jaraw ftit art agrikola tajba! Kontra l-golf-course ghax imur kontra l-Pjan ta� Stuttura u kontra l-Ftehim tas-Santa Sede u r-Repubblika ta� Malta dwar id-Devoluzzjoni ta� l-Artijiet tal-Knisja. Dan il-ftehim kien iffirmat fit-28 ta� Novembru 1991.

X�inhi l-pozizzjoni tal-Knisja u ghalfejn hadet din il-pozizzjoni? Nitolbok ukoll tispjega fuq fuq kif jidhol il-ftehim tas-Santa Sede?
L-ewwelnett nixtieq nghid li dan l-ahhar l-Arcisqof qed ikun aktar kuragguz u jsemma� lehnu meta jqumu kwistjonijiet li jolqtu mill-qrib l-ambjent f�Malta. Hekk gara fil-kaz tas-simenterija qrib is-Siggiewi kif ukoll fil-kaz tal-golf-course tar-Rabat. Parti mill-missjoni tal-Knisja hija l-harsien ta� l-ambjent. Fl-opinjoni tieghi, din hija kwistjoni ta� gustizzja. Ma jistax ikun li ahna, b�mod egoistiku niddeciedu kif gie gie u ma jinteressaniex mill-generazzjonijiet ta� warajna. Dwar il-Ftehim li semmejna, il-pozizzjoni tal-Knisja f�Malta hi cara daqs il-kristall. Fi kjarifika mahruga f�Jannar ta� din is-sena, il-Kurja qalet li l-Ftehim �ma nbidilx u ma hemm ebda hsieb jew talba biex jinbidel�. Ir-ruh ta� dan il-Ftehim tinsab f�Artiklu 2.1 li jghid li �l-Gvern ghandu juza l-propjet�� trasferita lilu skond dan il-Ftehim biex igib �il quddiem il-harsien ta� l-ambjent u l-izvilupp tal-biedja. Barra minn hekk l-artijiet li jghaddu lill-Gvern iridu jintuzaw biex il-Gvern iwiegeb ghall-htigijiet socjali l-aktar qawwija tal-pajjiz, bhalma huma bzonnijiet socjali tad-djar u servizzi pubblici kif ukoll ghal skopijiet umanitarji, edukattivi u kulturali. F�Settembru ta� din is-sena 92 bdiewa li jahdmu l-art fiz-zona maghrufa bhala �ta taht il-Virt�� ghamlu petizzjoni lis-Santa Sede li fiha nsistew li dan il-Ftehim jinzamm. Tkun ingustizzja kbira li art id-daqs ta� Tas-Sliema tittiehed minn Kumpanija wahda biex taqdi lil numru zghir ta� sinjuruni li jigu biex jilaghbu l-golf f�Malta!!

L-argument ta� min jaqbel li tinbena l-golf course hu li f�pajjizna ghandna jkollna postijiet biex bihom noholqu x-xoghol u nattiraw iktar turisti. X�tahseb?
Dawk li qed jaghmlu minn kollox biex il-golf-course isir qed jghidu bhas-Sur Anglu Xuereb li dan il-progett huwa ta� gid kbir ghall-ekonomija Maltija u ghat-Turizmu. AX Holdings qed ighidu li dan il-progett ser johloq 735 impjieg fis-sena. Dan mhu veru xejn. Ir-rapport tal-1997 li ghamlet l-Awtorit� ta� l-Ippjanar dwar il-golf-courses f�Malta jghid car u tond li golf-course bhal dak ta� AX Holdings jista� johloq biss minn 100 sa 125 impjieg u mhux aktar! L-istess rapport tal-Awtorit�� ta� l-Ippjanar jghid li Malta hija ideali ghal turist li jappartjeni aktar ghall-kategorija �middle-class� u mhux ghat-turisti aktar sinjuri u elitisti li qed jimmagina s-sur A. Xuereb! Argument iehor ta� AX Holdings huwa li dan il-progett ser izid Lm5.4 miljuni lill-Prodott Gross Domestiku. Din hi biss projezzjoni tas-Sur Xuereb. Iz-zieda li qed jistenna hija biss ta� 0.34% tal-GDP tas-sena 2000. AX Holdings qed isostnu li l-progett ser jattira u jzid hafna nies ghall-konferenzi. Lis-sur Xuereb nixtieq nistaqsih: Kemm il-turista jaf li jigi ghall-konferenzi f�Malta u jkollu jew ikollha hin biex tilghab il-golf? Barra minn hekk nixtieq nghidlu li f�Malta fid-dawl diskors tal-budget il-Ministru Dalli, m�hawnx bzonn urgenti tal-progett tieghu biex jizdiedu l-konferenzi.

Hafna jdahhlu l-argument tas-sostennibilit� u l-Izvilupp sostenibbli. Kif tispjegaha fil-kuntest ta� dan il-kaz?
Il-principju tal-Izvilupp sostenibbli jara li jkun hemm armonizazzjoni bejn l-aspetti ambjentali, socjali u ekonomici. L-ekosistema taz-zona ta� taht il-Virt� hija wahda varjata ghall-ahhar. Hemm diversi proposti biex fl-istess zona jizdied l-organic farming u jitkabbru aktar dwieli. Il-bdiewa mexjin bil-mod il-mod lejn din id-direzzjoni. Jekk iridu jistghu jaghmlu uzu wkoll mill-AGRIplus li tghinhom jizviluppaw iz-zona msemmija. Il-golf course jimponi monokultura li titlob ammont kbir ta� pesticidi u demel artificjali. Is-Sur Xuereb qed jakkuza li l-bdiewa qed juzaw hafna pesticidi imma ma ta l-ebda rizultat tal-400 test li qal li ghamlulu l-esperti tieghu!

Il-Bord ta� l-Awtorit� ta� l-Ippjanar se jkun dak li finalment jiddeciedi u jaqta� x�ghandu jsir. X�appell tghaddi lill-Bord?�
Il-Bord tal-Awtorit� ta� l-Ippjanar ser ihares lejn il-kaz tal-golf course b�mod oggettiv u kull decizjoni tkun soggetta ghad-drittijiet ta� terzi persuni�. Hekk qal is-Sur Ivan Fenech, ufficcjal ghar relazzjonijiet pubblici ta� l-Awtorit�� f�artiklu li deher fil-gurnal �Il-Gens Illum� tas-17 ta� Novembru. Skantajt ferm kif l-Awtorit� ta� l-Ippjanar tat permess biex isir Environmental Impact Assesment meta d-direttorat kien kontra l-progett u meta l-art ghadha m�ghaddietx lill-AX Holdings. Jekk il-Bord jaghti permess inizjali, soggett ghad-drittijiet ta� terzi persuni, ma jfissirx li l-progett ikun jista� jsir. Sincerament nahseb li l-aspetti legali l-ohra jmorru kontra dan il-progett. Lill-membri tal-Bord tal-Awtorit� ta� l-Ippjanar nixtieq nghidilhom biex jimxu b�kuxjenza retta u b�etika kbira. L-awtorit� ghamlet passi ta� ggant minn mindu twaqqfet imma certu decizjonijiet li saru mill-Bord ta� qabel, bhal nghidu ahna l-kaz tat-tuna penning, ixellfu ferm il-fiducja tieghi f�dak il-Bord. Lill-membri tal-Bord il-gdid nixtieqhom jaraw ftit ir-Registru tal-Kumpaniji biex jiehdu stampa aktar cara tal-qaghda finanzjarja ta� AX Holdings kif ukoll jaqraw il-kontra protest li Dr. Harry Vassallo ghamel fil-Primawla tal-Qorti Civili konra s-Sur Anglu Xuereb. J�alla l-membri tal-Bord jiehdu decizjonijiet onesti skond il-kuxjenza taghhom.

U lill-politici?
Jidhirli li f�dan il-kaz partikulari l-politici ser ikollhom rwol importanti ghax id-decizjoni jekk din l-art tghaddix lil AX Holdings tghaddix ghandhom jew le tista� tasal biex tkun decizjoni tal-Parlament. Il-Partit Laburista huwa kontra l-golf-course tar-Rabat. Hekk qal Alfred Sant fl-ahhar mass meeting li sar f�Haz-Zebbug. Nispera li jkun hemm konsistenza f�din id-decizjoni. Il-Perit Karmenu Vella, meta kien Ministru tat-Turizmu fi zmien l-ahhar Gvern Laburista kien stqarr pubblikament li kien favur li Malta jkollha golf-course gdid. Il-Ministru Refalo jixtieq li tittiehed decizjoni fuq il-proposti tal-golf-courses li hemm bhalissa. Meta ha sehem f�dibattitu organizzat mill-KSU fl-Universit� staqsejtu ghaliex hu favur il-golf-course tar-Rabat. Tmashan ferm u qalli li hu qatt ma qal li hu favur il-golf-course tar-Rabat imma li ghandha tittiehed decizjoni pozittiva jew negattiva dwar il-golf-courses. Interessanti hafna kif f�daqqa wahda gabar il-golf-courses kollha taht l-istess kappa, qisu li ma hemm l-ebda differenza bejn il-golf-course tar-Rabat u golf-courses ohra. Il-politici jridu joqoghdu b�seba� ghajnejn fid-decizjonijiet li jmissu l-ambjent f�Malta. Wara kollox it-turisti mhux ser jersqu lejn pajjizna jekk ser inkomplu nbaghbsu daqshekk fl-ambjent Malti!Xi haga ohra li tixtieq izzid.Il-Front kontra l-Golf Course li lilu qed naghti kull appogg possibli, qed ikompli jahdem biex wara kollox id-decizjoni dwar il-golf-course tar-Rabat tkun wahda gusta. Nixtieq li l-Kunsill lokali tar-Rabat ikun car li huwa favur il-bdiewa f�din il-kwistjoni. Ghaliex ghadu ma� hareg l-ebda stqarrija favur il-bdiewa li ghamlu petizzjoni lis-Santa Sede? Hemm ukoll fatt iehor li jgieghni nahseb. F�wahda mil-laqghat tal-Front issemma l-fatt li l-ghaqda Din l-Art Helwa ghadha ma harget l-ebda stqarrija kontra l-golf-course. Hemm xi raguni partikulari? Fil-kaz li hu hekk nixtieq inkun naf x�inhi.


Fr. Jimmy Bartolo, s.j.
Kappillan ta� l-Universita� 
29/11/01
Main Page
Hosted by www.Geocities.ws

1