| Archdiocese of Malta - Press Release 2001/8 UFFICCJU RELAZZJONIJIET PUBBLICI - Public Relations Office17th January 2001 Kjarifika tal-Knisja dwar il-kaz tal-golf course tar-Rabat Numru ta� kontributuri tal-media lokali dan l-ahhar kitbu jew ikkummentaw dwar it-thassib li wrew bdiewa u nies li jhabirku ghall-harsien ta� l-ambjent dwar il-progett ta� golf course li gie propost biex isir fl-inhawi maghrufin bhala �ta� taht tal-virtu�� fir-Rabat, malta. F�dawn il-kazi, kull darba saret riferenza ghall-knisja f�malta u s-santa sede. Dan fid-dawl tal-fatt li parti kbira mill-inhawi koncernati, li jammontaw ghal mill-inqas 500 tomna ta� art agrikola ta� kwalita� tajba, fl-imghoddi kienet tal-knisja u hija parti mill-proprjeta� tal-knisja li giet trasferita lill-istat malti skond il-ftrehim li gie iffirmat bejn is-sana sede u r-repubblika ta� malta fit-28 ta� novembru 1991. Artiklu 2.1 ta� dan il-ftehim, li gie ratifikat fit-18 ta� frar 1993, jghid hekk: �il-gvern ghandu juza l-proprjeta� trasferita lilu skond dan il-ftehim biex igib �il quddiem il-harsien ta� l-ambjent u l-izvilupp tal-biedja, u biex iwiegeb ghall-htigiet socjali l-iktar qawwija tal-pajjiz, bhalma huma bzonnijiet socjali ta� djar u servizzi pubblici, kif ukoll ghal skopijiet umanitarji, edukattivi u kulturali.� Dan il-ftehim ma nbidilx u m�hemm ebda hsieb jew talba biex jinbidel. Il-ftehim huwa skond it-taghlim socjali u l-prattika tal-knisja. Dwar il-proposta ta� golf course fir-rabat, hija l-kompetenza ta� l-awtoritajiet kompetenti maltin li jqisu b�mod oggettiv u serju l-impatt fuq l-ambjent. Il-knisja m�ghandhiex din il-kompetenza. Il-knisja ghandha r-responsabbilta� li taghti l-principji morali u socjali li ghandhom jiggwidaw din id-decizjoni. Dawn il-principji nsibuhom fil-messagg li l-isqfijiet ta� malta hargu fl-14 ta� jannar 1999: Alla nnifsu jrid li l-holqien jitmexxa mill-bniedem, li jahdem id f�id ma� alla. Alla ta responsabbilta� lill-bnedmin biex ikomplu l-opra tal-holqien u jwasslu l-armonija tieghu ghall-perfezzjoni ghall-gid taghhom u dak ta� l-ohrajn. (katekizmu tal-knisja kattolika, 307). In-nisrani jrid ihossu responsabbli biex il-holqien ma jinqeridx bl-uzu addocc tal-gid ta� l-art, b�applikazzjoni addocc tal-progress, b�reghba u b�egoizmu. In-nisrani jrid jaghmel dan kollu minghajr ma jinqata� mir-realta� tal-holqien globali. Ir-rispett mehtieg lejn l-ghaqda fi hdan il-komunita� tal-bnedmin jesigi li bnedmin ohra m�ghandhomx ikunu mcahhdin mid-drittijiet taghhom bl-uzu hazin ta� mezzi socjali, bhalma huma flus, poter u intelligenza, b�mod li jkasbar id-dinjita� tal-bniedem. L-evalwazzjoni u d-decizjoni f�dan il-kaz partikolari jridu jqisu wkoll il-kwalita� agrikola tajba ta� l-art kif ukoll il-fatt li ghal hafna snin ipprovdiet l-ghajxien ta� madwar 200 bidwi. Dawn il-familji ghandhom dritt li jkunu trattati b�gustizzja. Il-knisja f�malta hija fiducjuza li, dwar il-proposta ta� golf course fir-rabat, l-awtoritajiet kompetenti maltin ikunu f�qaghda li jqisu tajjeb il-prijoriitajiet u jaghrfu jaslu ghal decizjoni gusta, f�rispett shih lejn il-kelma u l-ispirtu tal-ftehim. Min-naha taghha, in-nunzjatura apostolika f�malta segwiet il-kwistjoni. Xi xhur ilu, meta kienu qed isiru diskussjonijiet mal-gvern dwar diffikultajiet fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-ftehim, tahditiet li wasslu ghall-�memorandum ta� qbil� li gie ppubblikat fil-gazzetta tal-gvern tal-25 ta� lulju 2000, in-nunzjatura apostolika kienet diga� assigurat lil kull min fittex il-veduti taghha li ma kien se jsir xejn li jkun ta� hsara ghal haddiehor (terzi persuni). Public Relations OfficeDiocesan Curia5, Triq l-Iljun, Floriana, VLT 16, MaltaTel. (++356) 24 12 81 Fax. (+356) 24 29 71 or E-mail [email protected]: . |