|
| The information will be available soon in English |
Is-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieha
Introduzjoni u deskrizjoni tas-santwarju.
Bhal ma nsibu fl-atti ta l-appostli, San Pawl kien mibghut gewwa Festus, qrib is-sena 60 wara Kristu. Huwa u sejjer gewwa Ruma fuq bastiment lixandrin Pawlu inqabad gewwa maltempata u wara 14-il gurnata dawn inkaljaw fuq ilsien ta art bejn l-bajja tal-Mellieha u il-bajja tal-Mistra. Ma San Pawl kien hemm San Luqa l-evangelista. Issa nafu li it-tradizjoni tghidilna li fit-tlett xhur li, San Pawl u San Luqa zaru dan il-pajjiz huma zaru l-ghar li fih hemm impingija l-Madonna u hemm wara li pridka huwa hallilhom tifkira billi San Luqa pitter xbieha tal-Madonna bil-babin f'dirghajha tal-lemin.
Ezat kif tigi biex tidhol gewwa dan is-santwarju insiebu ark trijonfali u fuqu insibu miktub bil-malti u kif ukoll bil-latin dawn il-kelmiet "U fik ittamaw missirijietna u inti hlisthom". Dan l-ark gie mibni wara li sar peligrinagg minhabba in-nuqas kbir ta xita. Huwa gie mibni fl-1719. X'hin tidhol gewwa il-bitha min go dan l-ark ma jinqosx li tosserv is-santwarju tal-Madonna kif ukoll xi kmamar li hemm fin-naha opposta tal-bitha u arlogg tax-xemx imnaqax fil-gebel fuq dawn il-kmamar. Il-faccata ta dan is-santwarju insibuwa barra din il-bitha tharres lejn it-tramuntana. X'hin nidhlu gewwa dan is-santwarju min-naha tas-sagristija ghadna naraw diversi kwadri ta wediet li saru lil din il-Madonna. Jekk tidhol mill-bieb principali ghandek tara 5 kapelli fejn tnejn minhom qeghdin fuq ix-xelug u it-tlieta l-ohra fuq il-lemin. F'dawn il-kapelli insiebu inkwadri dedikati lil Madonna tar-Ruzarju, San Filippu, San Pawl, Sant' Andrija u l-Madonna tal-Karmnu. L-ahhar tlett inkwatri saru min Antonio Falzon, filwaqt li ta San Filippu sar min Pietru Pawl Caruana u dak tal-Madonna tar-Ruzarju sar min pittur mhux maghruf fis-seklu 17 ghalkemm hemm min jghid li ghamlu Stefano Erardi. Fil-faccata tal-grotta ghadna ngharraw seba' lampiri imdendlin quddiem il-Madonna u mixghula lejl u nar. Fil-grotta principali insiebu l-artal maggur mahdum bl-irham abjad b'zewg pedestali fuqu. Fuq kull naha ta' l-artal ghadna naraw l-istatwi ta' San Luqa u San Pawl. Fin-nofs ta l-artal ghadna naraw il-pittura tal-Madonna go grotta fonda 60 centimetru, mad-dawra taghha hemm bordura ta 76 centimetri.
Fost il-grajjiet kbar li ghada minhom dan is-santwarju insibu iz-zjara ta l-Isqof Tommaso Gargallo fil-21 ta' Novembru 1586, dan ordna li g-gbieha terga tigi impitra mill-gdid minhabba l-istat hazin li kienet fih. Din l-ordni giet obduta bejn is-snien 1610 - 1644. Din ix-xbieha (il-kopja) baqghet tidher sa 1973 meta ir-restawratur Samuel Bugeja kixef il-kopja originali tal-pittura. Din il-pittura tixbah lil dik ta' Santa Marija Maggore f' Ruma izda filwaqt li dik tal-ahhar qeghda izzomm lil binha fuq id-driegh tax-xellug dik tal-Mellieha qeghda izzommu fuq id-driegh tal-lemin.
L-istorja
Nibdew billi nghidu li maghna xejn bil miktub dwar min pinga x-xbiha tal-Madonna tal-Mellieha. Ma nistagbu xejn dwar dan ax lanqas fuq il migja ta San Pawl ma ghandna xejn bil-miktub hlief l-Atti ta' l-Appostli u li ma kienx qabel is seklu 18 li il-Papa Benedittu 9 iddikjara li melita li tissema fl-Atti ta' l-Appostli hija Malta. Ghalhekk ma nistawx neskludu it-tradizzjoni li x-xbieha tal-Madonna tal-Mellieha giet impingija min San Luqa qrib is-sena 60 wara kristu.
Hafna kienu dawk li kritikaw il fatt li San Luqa pitter il-Madonna tal-Mellieha. Bhala provi uzaw diversi partijiet mill-istorja li jissemew hawn hekk:
Hu maruf min Teodoro (lettur tal-knisja ta Kostantinopli) u San Andrija min kreta, fis-sena 508W.K., li l-principessa Eudocja li kienet il mara ta Teodosju II u li mietet fis-sena 460W.K. batet lil Pulkerija, xbieha tal-Madonna li skond it-tradizzjoni pittira San Luqa f'Gerusalem u li wara din bnietilha knisja ghalija.
Fis-seklu 18 instab manuskritt antik li jghid li il-Madonna tal-Impruneta gewwa Firenze kienet ta certu Patri Luqa li hex fis-seklu 6. Hafna kienu dawk li hasbu li ghalhekk kull pittura attribwita lil San Luqa kienet ta' Patri Luqa. Ohrajn issostnu li San luqa ma kienx pittur tal-pinzell izda l-isem ta pittur kien hadu wara il-modd kif kien jikteb l-evangelju.
Izda l-istorja dejjem uritna li din it-tradizzjoni hekk aziza hija tassew vera. F'manuskritt fil-Kattidral ta' Malta fl-atti tal-vizita Pastorali li Mons. Mikiel Balaguer ghamel fis-Santwarju nhar it-18 ta' Novembru, 1644 insibu li waqt diskors lill poplu dan qal li x-xbiha tal-Madonna giet mpingija "Sa"mill-409 W.K. F' manuskritt antik fis-Santwarju tal-Mellieha, iffirmat mill-KancilIier tal-Kurja, in- Nutar Injazju Bonavita, ukoll insibu l-istess diskors izda il-lok tas-sena "409" jinsab vojt. Nifhem li dan il-kittieb hass dubju dwar din id-data u ma kitibhiex. Jidhirli li kellu ragun ghax f'pagna 82 tal- istess Atti ta' Balaguer tissemma iskrizzjoni dwar l-antifona tal- Madonna (24). li ggib id-data CCClX (309). Ma dan jien inzid, li seta' Mons. Balaguer ried ifisser li "Sa" (sa, dik id-data (409) ix-xbiha kienet tezisti zgur, izda qabel dik id-data ma hemm xejn miktub. L-istess Balaguer jghidilna li dik l-iskrizzjoni dwar il-konsagrazzjoni tal-knisja li ggib id-data 409, kienet diga tezisti fil-faccata fuq il-ghar. Forsi ghall-heffa semma din id-data.
| website created by: JONATHAN BORG |