PARROCCA SAN GORG MARTRI

 

ST. GEORGE'S PARISH CHURCH

 
QORMI - MALTA

BEJNIETNA 153 - Ottubru 2008

Il-Kelma tal-Arcipriet

Kelli x-xorti

Bhal ma hafna jafu, din is-sena kelli c-cans, flimkien ma’ diversi persuna mir-rahal taghna u ohrajn, li nzur Lourdes. Kienet sena specjali ghaliex jahbat il-150 sena mid-dehriet tal-Madonna lil Bernardette Soubirous. Morna hemmhekk hamest ijiem li kienu sbieh hafna kemm ghar-ruh kif ukoll ghall-gisem. Min gie deher li ha pjacir ghall-Grazzja t’Alla.

Din kienet l-ewwel darba kemm ili Arcipriet li organizzajt tour u niehu mieghi grupp ta’ nies mill-parrocca. Mhux ghax nibza’ mill-Qriema imma minhabba li fis-sajf hafna mis-sacerdoti jiehdu l-mistrieh taghhom u jkun hawn ftit nuqqas ta’ min iqaddes. Din is-sena iddecidejt li tkun l-ewwel wahda u mbaghad naraw x’jigri. Insomma kollox mar tajjeb hafna hawnhekk ukoll. Imma nahseb li kieku ma kinetx Lourdes, ma kontx nithajjar. Ghidt bejni u bejn ruhi li l-ewwel wahda ghandha tkun hdejn ommna Marija.

Tiskanta meta tkun Lourdes, kemm tara kwalitajiet ta’ nies jitolbu u jzebbgu l-kuruna tar-ruzarju. zghazagh u anzjani, familji bit-tfal, morda u f’sahhithom, il-kuluri tal-gilda kollha. Kull tip ta tigbid fl-ghajnejn. Persuni li jmorru jfittxu lil Ommhom. Marija Ommna tigbed lil uliedha lejha, L-hena taghha hija li tara lilna uliedha madwarha.

Imma Lourdes tghallimt ukoll. Smajt il-messagg li Marija tat lil Bernardetta - dan il-post huwa ghall-morda. U veru. Il-morda huma trattati ta’ VIP’s go Lourdes.

U hawn irriflettejt li jiena wkoll marid. Jiena wkoll ghandi bzonn li mmur hdejn din l-omm li qed tistennieni biex tfejjaqni. Irriflettejt li jekk jiena mmur Lourdes u nahseb li jiena f’sahhti, inkun hlejt il-flus u l-hin. Imma l-anqas kieku rrid ma nista’ nghid li jiena m’ghandix bzonn il-fejqan. Jien ukoll midneb u hassejt il-bzonn li mmur f’riglejn Marija Ommi, biex inhoss idha fuq rasi u tghidli biex ma nhallix dnubieti jaqtghuli qalbi ghax il-Qalb ta’ Binha Gesu’ hija miftuha ghal kulhadd. Hemmhekk imtlejt bil-kuragg u tlabtha tghinni.

Meta konna Lourdes innutajt ukoll li kull min kien hemm, kellu xi haga f’mohhu li ried li meta jkun hemm jitlobha bil-herqa lill-Madonna. Innutjat ukoll li din il-haga ma kinetx ghalih jew ghaliha imma ghal xi persuna ohra ghaziza. U jiena ghidt kemm hi haga sabiha li nitolbu ghall-ohrajn. Kemm tassew ikun talb sabih kieku flok nitlob ghalija l-ewwel, nitlob ghal xi persuna ohra li ghandha bzonn.

Iva kelli x-xorti li din is-sena mmur Lourdes. Tlabt, tghallimt u strihajt xi ftit ukoll.


MILL-HAJJA TAL-KOMUNITA TAGHNA - AVVIZI

 

Il-Hamis 2:        Tifkira tal-Angli Kustodji Mqaddsa. Nirringrazzjaw illum lil Alla li ghogbu jaghtina Anglu personali ghalina biex jiehu hsiebna fir-ruh u fil-gisem.

Il-Gimgha 3:       L-ewwel Gimgha tax-Xahar. Fis-6.00 pm tibda l-quddiesa barra fil-pjazza hdejn il-Madonna fi Triq il-B]ajra.

Il-Hadd 5:         Is-27 Hadd Matul is-Sena A.

                        Fil-11.30 am issir quddiesa bis-Sagrament taz-Zwieg.

Fil-5.00 pm quddiesa tal-Madonna tar-Ruzarju u wara ssir il-purcissjoni bis-sehem tal-Fratelli.

It-Tlieta 7:        Tifkira tal-Madonna tar-Ruzarju. Ninghaqdu llum ma’ Ommna Marija Santissima u ma’ binha Gesu’ u nikkontemplaw il-hajja taghhom flimkien bil-Ferh, Tbatija u Glorja fid-Dawl tas-Saltna t’Alla. Fis-6.00 pm tibda l-quddiesa barra fil-pjazza hdejn il-Madonna fi Triq San Pietru fejn niccelebraw gheluq il-120 sena mit-twaqqif tal-Istatwa.

L-Erbgha 8:      Festa tad-Dedikazzjoni tal-Kattidral ta’ Malta. Illum issir il-Festa li fiha nirringrazzjaw lil Alla fil-jum li fih kien ikkonsagrat il-Kattidral tal-Imdina, li huwa l-Knisja principali tal-gzira taghna. Il-Kattidral huwa simbolu ghalina lkoll biex flimkien ninbnew bhal gebel haj fil-gisem ta’ Kristu.

Il-Hamis 9:        Fid-9.30 am jiltaqa’ l-Mother and Baby Club fic-Centru, Triq Dun Marju.

Is-Sibt 11:        Fis-7.00 pm quddiesa bis-Sagrament taz-Zwieg.

Il-Hadd 12:       It-28 Hadd Matul is-Sena A. Illum it-tieni Hadd tax-xahar issir il-quddiesa tal-11.30 am li fiha jinghata s-Sagrament tal-Maghmudija.

L-Erbgha 15:    Inzuru lil hutna fl-isptar San Vincenz de Paule.

Il-Hadd 19:       Id-29 Hadd Matul is-Sena A u l-Gurnata Missjunarja. Nitolbu ghall-Missjoni u l-missjunarji u naghtu d-donazzjonijiet taghna ghat-tixrid tal-Kelma t’Alla lill-popli fil-bzonn.

                        Fl-4.30 pm issir quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna tal-Hlas bil-prezentazzjoni tat-trabi.

It-Tlieta 21:      Irtir ghan-nisa organizzat min-nisa tal-Azzjoni Kattolika ghand is-Sorijiet Frangiskani fid-9.00am.

Il-Hamis 23:      Fid-9.30 am jiltaqa’ l-Mother and Baby Club fic-Centru, Triq Dun Marju.

Is-Sibt 25:        Fis-7.00 pm jigi ccelebrat is-Sagrament taz-Zwieg.

Il-Hadd 26:        It-30 Hadd Matul is-Sena A.

 

Imwiet matul ix-xahar ta’ Awwissu 2008: - Aghtihom O Mulej il-Mistrieh ta' Dejjem . . .

Georgia Grech (87 sena)

George Angus Smith (49 sena)

John Attard (80 sena)

Leone Mangion (86 sena)

Riccarda Cini (61 sena)

Francesca Saveria Cassar (82 sena)

John Azzopardi (69 sena)

George Baldacchino (69 sena)

Angelo Caruana (93 sena)

 

Maghmudijiet matul ix-xahar ta’ Awwissu 2008: Merhba fid-Dar fejn jghammar il-Mulej, Sid il-Holqien kollu.

Kate Oswald

Remiro Spiteri

Denilson Borg

Sheldon Gauci

 

Zwigijiet matul ix-xahar ta’ Awwissu 2008: Kunu intom ix-xandara tal-Ahbar it-Tajba.

Owen Mifsud ma’ Elaine Formosa (2 ta’ Awwissu)

Patrick Baldacchino ma’ Ritianne Agius (3 ta’ Awwissu)

Desmond Mangion ma’ Joanne Portelli (14 ta’ Awwissu)

 

 

Irrangata 20-09-2008

aboutmalta.com


Hosted by www.Geocities.ws

1