PARROĊĊA SAN ĠORĠ MARTRI

 

ST. GEORGE'S PARISH CHURCH

 

QORMI - MALTA

BEJNIETNA 160 - Mejju 2009

Il-Kelma tal-Arċipriet

Il-kampnar tal-Vitorja

 

Fil-31 ta’ Marzu, fis-6.15 am, ċempilli George u qalli li kienet waqgħet il-boċċa ta’ fuqnett tal-kampnar tal-Knisja tal-Vitorja. Mar jiftaħ il-Knisja bħas-soltu u sab il-boċċa mal-art fuq iz-zuntier. Għall-Grazzja t’Alla ħadd ma weġġa’. L-anqas kien hemm xi ħsara fil-karozzi li kienu pparkjati hemm matul il-lejl. Kienet għamlet tromba riħ fis-sigħat bikrin u qalbet il-ġebla minn postha għal isfel.

Dakinhar stess wara nofsinhar, jiena mort mal-perit u ma’ George stess biex niċċekkjaw xi ħsarat aktar seta’ kien hemm. Meta tlajt fuq il-kampnar ħadt qatgħa. Mhux mill-għoli imma mill-istat tal-kampnar. Wasal iż-żmien li jiġi restawrat. Il-kaġun li waqgħet il-boċċa kien li madwar ħamsin sena ilu twaħħal pinnur fiha b’virga tal-ħadid ġol boċċa. Din saddet u qasmet il-boċċa. Jiena kont naf li l-kampnar tal-Vitorja kien wasal li jagħmel ftit plastic-surgery, imma kont qed naħseb li kien hemm diversi affarijiet li kienu aktar urġenti u forsi seta’ jistenna ftit. Imma issa irid isir ma jdumx. U kif inkunu fiha ma ndurux ukoll affarijiet l-oħra! M’hemm l-ebda periklu, imma tajjeb li la bdejna inkompluh sal-aħħar u nsebbħu din il-ġawhra oħra li għandna r-raħal.

L-ewwel ħaġa li saret kienet li titneħħa l-parti l-oħra tal-boċċa biex jiġi eliminat kull periklu. Issa jmiss li jibda x-xogħol. Nittama li ma jdumx ma jibda u forsi jkun lest malajr u hekk inserrħu rasna li biċċa xogħol oħra li trid issir tkun tlestiet.

Ktibt dan għal żewġ raġunijiet:

L-ewwelnett tajjeb li wieħed ikun jaf f’liema stat jinsabu l-affarijiet u l-bini tal-parroċċa; u,

It-tieninett sabiex nappellalkom biex tkunu ġenerużi u tgħinuni finanzjarjament sabiex din il-biċċa xogħol tkun tista’ tibda u tispiċċa. Tafu li jiena rari nitlob il-flus fil-knisja. Imma issa nħoss li għandi nsejjħilkom biex tgħinuna. Sakemm qed nikteb din għadni ma nafx kemm se jiġi jiswa l-proġett kollu. Imma timmaġinaw li jiġi jiswa ħafna. Għalhekk nitlobkom li tkunu ġenerużi u tgħinuni f’dan il-proġett.

 

 

MILL-ĦAJJA TAL-KOMUNITA TAGĦNA - AVVIŻI

Il-Ġimgħa 1:      Tifkira ta’ San Ġużepp Ħaddiem. Niftakru llum u nitolbu għal tant persuni li jaqilgħu l-għixien tagħhom mix-xogħol ta’ jdejnhom. Nitolbu lil Alla biex iqaddes ix-xogħol tagħna. Minbarra l-quddies fil-ħinijiet normali, ikollna quddiesa oħra fid-9.00 am.

Illum ukoll huwa l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar. Wara l-quddiesa tal-4.30 pm isir ftit ħin ta’ adorazzjoni u tingħata l-Barka Sagramentali.

 

Il-Ħadd 3:          Ir-4 Ħadd tal-Għid tas-Sena B u Jum il-Vokazzjonijiet.

                           Fil-5.00 pm quddiesa u wara purċissjoni bl-istatwa ta’ San Ġużepp.

                        Fid-9.30 am fiċ-Ċentru, issir l-ewwel laqgħa għall-għarajjes li se jiżżewġu bejn Novembru 2009 u Frar 2010.

 

It-Tnejn 4:          Fil-5.00 pm laqgħa għall-persuni b’diżabilita’ fiċ-Ċentru.

 

Il-Ħamis 7:         Wara l-quddiesa tal-4.30 pm tingħata l-Barka Sagramentali.

                           Buffet-breakfast fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm.

 

Is-Sibt 9:            Tifkira ta’ San Ġorġ Preca, saċerdot u fundatur tas-Soċjeta’ tad-Duttrina Nisranija. San Ġorġ Preca ingħata b’ruħu u ġismu għat-tagħlim tal-Katekiżmu tat-tfal u ż-żgħażagħ. Nirringrazzjaw lil Alla li ta’ din il-grazzja sabiħa lilna l-Maltin.

 

Il-Ħadd 10:        Il-5 Ħadd tal-Għid tas-Sena B.

                           Quddiesa tal-11.30 am li fiha jingħata s-Sagrament tal-Magħmudija.

                           9.30 am issir quddiesa fiċ-Ċimiterju b’suffraġju għall-ommijiet mejtin.

Il-Ħamis 14:       Wara l-quddiesa tal-4.30 pm tingħata l-Barka Sagramentali.

                           9.30 am laqgħa tal-Mother & Baby Club fiċ-Ċentru.

 

Il-Ħadd 18:        Is-6 Ħadd tal-Għid tas-Sena B.

                           Fl-4.30 pm issir quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna tal-Ħlas.

Fid-9.30 am fiċ-Ċentru, issir it-tieni laqgħa għall-għarajjes li se jiżżewġu bejn Novembru 2009 u Frar 2010.

                           Illum se jsir ukoll pellegrinaġġ għall-Madonna ta’ Pinu Għawdex.

 

L-Erbgħa 20:      Fid-9.30 am irtir għan-nisa organizzat min-nisa tal-Azzjoni Kattolika għand is-Sorijiet Franġiskani.

                           Fid-9.30 am inżuru lil ħutna anzjani f’San Vinċenz.

 

Il-Ħamis 21:       Wara l-quddiesa tal-4.30 pm tingħata l-Barka Sagramentali.

 

Il-Ħadd 24:        Solennita’ ta’ Tlugħ il-Mulej Ġesu’ fis-Sema  -  Lapsi.

 

Il-Ħamis 28:       Wara l-quddiesa tal-4.30 pm tingħata l-Barka Sagramentali.

                           9.30 am laqgħa tal-Mother & Baby Club fiċ-Ċentru.

 

Il-Ħadd 31:       Solennita’ ta’ Għid il-Ħamsin  -  Pentekoste.

 

Imwiet matul ix-xahar ta’ Marzu 2009: - Agħtihom O Mulej il-Mistrieħ ta' Dejjem . . .

George Portelli (71 sena)

Spira Zerafa (77 sena)

Carmelo Zammit (87 sena)

Guzeppi Farrugia (75 sena)

Margerita Refalo (93 sena)

Maria Carmela Mifsud (81 sena)

Alfred Cumbo (73 sena)

Giovanna Baldacchino (79 sena)

Dolores Falzon (83 sena)

Carmelo Mallia (73 sena)

Anna Grech (59 sena)

John Pace (76 sena)

 

 Magħmudijiet matul ix-xahar ta’ Marzu 2009: Merħba fid-Dar fejn jgħammar il-Mulej, Sid il-Ħolqien kollu.

 

Amy Attard

Fedrick Azzopardi

Kylie Gauci

Melvin Camilleri

Tatiana Horn

Neill Cassar

Noelene Gafa’

Aidan Agius

Cherise Vella

Sachielle Attard

 

Żwiġijiet matul ix-xahar ta’ Marzu 2009: Kunu intom ix-xandara tal-Aħbar it-Tajba.

Jesman Tonna ma’ Rose Farrugia (21-3-09)

Alistair Fenech ma’ Melita Bennett (28-3-09)

 

·          Lura għal Paġna Prinċipali

15-04-2009

aboutmalta.com

 

Hosted by www.Geocities.ws

1