|
|
PARROĊĊA SAN ĠORĠ MARTRI |
|
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
QORMI - |
BEJNIETNA 162 - Lulju 2009
Il-Kelma tal-Arċipriet
Mhux il-funerali kollha
jsewwduli qalbi !
Mhux il-funerali kollha
jsewwduli qalbi ! Bħal ma tistgħu timmaġinaw,
dawn l-aħħar sentejn,
kważi kull funeral li
sar kont imdaħħal
fih jew il-quddies
jew it-trasport. Tafu li ma kienx hawn
viċi minħabba li kemm Dun Kevin kif ukoll Dun Ewkarist
kienu għadhom qed jistudjaw fl-aħħar sena tal-Universita’.
Dan is-sehem tiegħi kważi f’kull funeral wassalni biex nirrifletti
fuq il-ħajja tal-bniedem.
Kemm hu veru
li kif tgħix
tmut!
Kemm hu veru
li l-funeral jikxef il-ħajja li tkun għixt jew li tkun qed tgħix!
Kemm hu veru
li aktar ma jkun hemm biki
u xenati u reċtar, anqas ikun hemm
dispjaċir veru!
Dawn il-ħwejjeġ tgħallimthom
bl-esperjenza u aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar ngħid kemm huma veri.
Jiena bniedem li
nħoss ħafna. Wara l-mewt
ta’ missieri sirt inħoss aktar għax ġarrabt
Biss l-esperjenza urietni
li f’xi funerali
il-biki jkun tal-kukkudrilli. Anzi nasal biex ngħid li iktar ma jkun
hemm storbju u xeni iktar ikun
hemm kukkudrilli jibku.
Meta l-kura
ta’ ommok jew missierek
ħallejthom f’idejn xi wieħed
Jekk għandek
X’differenza l-funeral ta’ min ħabb u kien maħbub veru! Xorta tħoss il-firda u n-niket, imma tħoss
ukoll il-paċi li hemm fil-qalb
u fl-egħmil.
MILL-ĦAJJA TAL-KOMUNITA TAGĦNA - AVVIŻI
L-Erbgħa
1: Tifkira
tal-Beatu Nazju Falzon.
Il-Ġimgħa
3: L-ewwel
Ġimgħa tax-Xahar.
Wara l-quddiesa tas-6.00 pm isir ftit ħin ta’
adorazzjoni u tingħata
l-Barka Sagramentali.
Is-Sibt
4: Fis-7.00 pm quddiesa bis-Sagrament taż-żwieġ.
Il-Ħadd
5: L-14 il-Ħadd
Matul is-Sena B.
Il-Ħamis
9: Wara
l-quddiesa tas-6.00 pm tingħata
l-Barka Sagramentali.
Is-Sibt 11: Festa ta’ San Benedittu,
abbati u patrun tal-Ewropa.
Fis-7.00 pm quddiesa bis-Sagrament taż-żwieġ.
Il-Ħadd
12: Il-15 il-Ħadd
Matul is-Sena B.
Fil-11.30 am
issir quddiesa li fiha jkun
iċċelebrat is-Sagrament
tal-Magħmudija.
L-Erbgħa
15: Fid-9.30 irtir
għan-nisa għand
is-Sorijiet Franġiskani.
Inżuru lil ħutna
f’San Vinċenz.
Il-Ħamis
16: Festa tal-Madonna tal-Karmnu. Il-Bibbja tfaħħar
il-ġmiel tal-muntanja tal-Karmelu, fejn il-profeta Elija tħabat biex iħares issafa tal-fidi ta’
Wara l-quddiesa tas-6.00 pm tingħata l-Barka Sagramentali.
Il-Ħadd
19: Is-16 il-Ħadd
Matul is-Sena B.
Illum ukoll, ħutna
Qriema tal-Parroċċa
ta’ San Bastjan, jiċċelebraw il-Festa ta’ San Bastjan. Nitolbu għalihom u għalina
lkoll. Nirrispettaw lil xulxin fi kliemna u egħmielna.
Fl-4.30 pm quddiesa bil-preżentazzjoni
tat-trabi fil-Kappella tal-Ħlas.
Il-Ħamis 23: Festa ta’ Santa Brigida, reliġjuża u patruna tal-Ewropa.
Wara l-quddiesa tas-6.00 pm tingħata l-Barka Sagramentali.
Il-Ħadd
26: Is-17 il-Ħadd
Matul is-Sena B.
Il-Ħamis
30: Wara
l-quddiesa tas-6.00 pm tingħata
l-Barka Sagramentali.
Imwiet matul ix-xahar ta’ Mejju 2009: - Agħtihom O Mulej il-Mistrieħ ta' Dejjem . . .
Maria Attard (77 sena)
Gabriel Parnis (74 sena)
Jo Anne Lesley Brincat (30 sena)
Grezzju Valletta (69 sena)
Gorgina Falzon (84 sena)
Magħmudijiet matul ix-xahar ta’ Mejju 2009: Merħba
fid-Dar fejn jgħammar il-Mulej, Sid il-Ħolqien kollu.
Chanelle Briffa
Mariah Cristina Zahra
Jayden Agius
Shazney Pace
Jutamas Sapsombat
Żwiġijiet matul ix-xahar ta’ Mejju 2009: Kunu intom ix-xandara tal-Aħbar it-Tajba.
Christopher Zammit ma’ Christine
Marie Scicluna (2 ta’ Mejju)
John Joseph Pace ma’ Marion Portelli
(3 ta’ Mejju)
Arnnold Ciappara ma’ Amanda Scicluna (9 ta’ Mejju )
Josef Zammit ma’ Olivianne Zammit (16 ta’ Mejju)
Justin Cauchi ma’ Maria Vella (23 ta’ Mejju)
Joseph Mula ma’ Dorita Curmi (30 ta’ Mejju)
01-07-2009