PARROCCA SAN GORG MARTRI

 

ST. GEORGE'S PARISH CHURCH

 
QORMI - MALTA

BEJNIETNA 150 - Lulju 2008

Il-Kelma tal-Arcipriet

Kemm jghaddi malajr !

Iktar ma nikber aktar qed nara z-zmien ghaddej jigri. Ma nafx jigrilkomx bhali. Meta kont ghadni tifel dejjem nistenna li nikber. “Igri nikber, halli .....”, kont nghid. Donnu iz-zmien kien jghaddi aktar bil-mod mil-lum li kbirt.

Mhux kulhadd huwa l-istess. Hawn min ghandu ftit passat u hafna futur, ghax ghadu zghir. Hawn min ghandu hafna passat u ftit futur ghax xjah. Hawn min qieghed fin-nofs. Dejjem jekk tikkalkula fuq in-normal, ghax hadd ma jaf il-futur.

Shakespear kien kiteb li “All the world’s a stage’. U kemm hu veru! Id-dinja bhal palk u ahna atturi. Ftit ilu kien imisshom ta’ qabilna, bhalissa fuq il-palk tad-dinja hawn ahna u fi ftit snin ohra jkun imisshom ta’ warajna. Hadd m’hu etern.

Quddiem din ir-rejalta’, jiena nhoss zewg affarijiet principali:

1.  L-ewwelnett tahsibx li d-dinja bdiet bik. Qablek kien hawn haddiehor u warajk se jkun hawn ohrajn. Iblah dak il-bniedem li jahseb li d-dinja kienet qed tistenna t-twelid tieghu u Alla jhares imut hu ghax tispicca d-dinja. Ghalih iva tispicca, imma d-dinja tkompli ghal haddiehor. M’hawn hadd li hu etern. L-eternita’ qiegheda wara din id-dinja.

2.  Allura ma taghmel xejn?  Tibqa’ b’idejk fuq zaqqek?  Assolutament li le. Tinsiex lil Shakespear li xebbah lid-dinja ma’ palk. Fuq dan il-palk qed issir l-istorja tad-dinja. Daqqa bniedem u daqqa iehor, skond min imissu. Importanti li ‘the show must go on’. Kulhadd irid jaghmel il-parti tieghu, inkella l-istorja tad-dinja ma tkunx shiha u anke tkun tac-cajt ghax tkun maqtugha fin-nofs. Jien u int li bhalissa qeghedin hawn fid-dinja, ghandna bicca xoghol x’naghmlu li jekk ma naghmlulhiex ahna, tibqa’ vojta u taffettawa lill-umanita’ kollha. X’tahseb? Kieku kellek titla’ fuq il-palk u thawwad il-parti tieghek, ma tahsibx li thawwad ukoll l-atturi li jkun hemm mieghek fuq il-palk u tispicca tirrovina l-istorja kollha? L-istess hajtek. Jekk il-parti tieghek thawwadha, inti jirnexxilek thawwad ukoll il-hajja tal-ohrajn li jiddependu minnek. U tispicca wkoll li l-istorja tal-bniedem tkun imcappsa, maqtugha, bla kontinwazzjoni.

Habib tieghi, ahna lkoll l-istess. Min imissu parti u min imissu ohra. L-importanti mhux l-atturi imma l-plej. Nahdmu flimkien, kulhadd skond il-parti tieghu sabiex nibnu dinja sabiha u nhalluha hekk ghal ta’ warajna.

Kien hemm wiehed kien jghidli: “Meta twelidt jien beda l-intervall. Allura m’ghandi xejn x’naghmel hlief ingawdi u npappiha”. Din cajta.


MILL-HAJJA TAL-KOMUNITA TAGHNA - AVVIZI

Il-Gimgha 4:

L-ewwel Gimgha tax-Xahar. Wara l-quddiesa tas-6.00 pm isir ftit hin ta’ adorazzjoni u tinghata l-Barka Sagramentali.

Fis-7.00 pm quddiesa bis-Sagrament taz-Zwieg.

Is-Sibt 5:

Fis-7.00 pm quddiesa bis-Sagrament taz-Zwieg.

Il-Hadd 6:

L-14 il-Hadd Matul is-Sena A.

Fl-10.30 am quddiesa fil-Vitorja bis-Sagrament taz-Zwieg.

Il-Hamis 10:

Wara l-quddiesa tas-6.00 pm tinghata l-Barka Sagramentali.

Is-Sibt 12: Fis-7.00 pm quddiesa bis-Sagrament taz-Zwieg.
Il-Hadd 13:

Il-15 il-Hadd Matul is-Sena A.

Fil-11.30 am issir quddiesa li fiha jkun iccelebrat is-Sagrament tal-Maghmudija.

L-Erbgha 16:

Festa tal-Madonna tal-Karmnu.

Inzuru lil hutna f’San Vincenz.

Fid-9.30 irtir ghan-nisa ghand is-Sorijiet Frangiskani.

Il-Hamis 17: Wara l-quddiesa tas-6.00 pm tinghata l-Barka Sagramentali.
Il-Hadd 20:

Is-16 il-Hadd Matul is-Sena A.

Illum ukoll, hutna Qriema tal-Parrocca ta’ San Bastjan, jiccelebraw il-Festa ta’ San Bastjan. Nitolbu ghalihom u ghalina lkoll. Nirrispettaw lil xulxin fi kliemna u eghmielna.

Fl-4.30 pm quddiesa bil-prezentazzjoni tat-trabi fis-Santwarju tal-Hlas.

Il-Hamis 24: Wara l-quddiesa tas-6.00 pm tinghata l-Barka Sagramentali.
Is-Sibt 26: Fis-7.00 pm quddiesa bis-Sagrament taz-Zwieg.
Il-Hadd 27: Is-17 il-Hadd Matul is-Sena A.

Imwiet matul ix-xahar ta’ Mejju 2008: - Aghtihom O Mulej il-Mistrieh ta' Dejjem . . .

Antonio Sghendo (83 sena)

Josephine Debono (73 sena)

Carmelo Sammut (84 sena)

Carmela Formosa (82 sena)

Emanuela Zarb (76 sena)

Alfred Fenech (68 sena)

John Cassar (86 sena)

 

Maghmudijiet matul ix-xahar ta’ Mejju 2008: Merhba fid-Dar fejn jghammar il-Mulej, Sid il-Holqien kollu.

Malcolm Mifsud

 

Miguel Vella

 

Hayden Baldacchino

 

Nathan Gauci

 

Aiden Debono

 

Zwigijiet matul ix-xahar ta’ Mejju 2008: Kunu intom ix-xandara tal-Ahbar it-Tajba.

Antoine Mangion ma’ Vanessa Zammit (3 ta’ Mejju)

 

Christian Magro ma’ Maria Baldacchino (10 ta’ Mejju)

 

Malcolm Zammit ma’ Natasha Schembri (30 ta’ Mejju)

 

 

Irrangata 21-06-2008

aboutmalta.com


Hosted by www.Geocities.ws

1