PARROĊĊA SAN ĠORĠ MARTRI

 

ST. GEORGE'S PARISH CHURCH

 

QORMI - MALTA

BEJNIETNA 161 Ġunju 2009

Il-Kelma tal-Arċipriet

Insara Ġorġjani

 

Jekk inqallbu l-paġni tal-istorja tal-Knisja u nittawlu fiż-żmien tal-persekuzzjoni li qamet kontra l-insara minn Dijoklezjanu u li fiha San Ġorġ spiċċa vittma, nindunaw li kien hemm bosta nsara li sfaw martri.

Fost dawn il-martri ta’ min jinnota ħafna żgħażagħ. Insemmi lil San Ġorġ, Santa Luċija, San Lawrenz, Santa Perpetwa, San Sebastjan u Santa Felicita. Hemm bosta oħrajn. Imma dawn huma li ġew f’moħħi. Donnu li aktar ma dan it-tirann ipprova jeqred lill-Knisja taKristu, aktar ħarġu fjuri sbieħ li jagħtu glorja lil Alla. Grupp tażgħażagħ li mietu martri. Xi ġmiel! Tgħid jekk il-persekuzzjoni tqum illum, ikun hemm grupp tansara żgħażagħ li jmutu martri huma wkoll?

Ejjew inħarsu lejn Ġorġi tagħna. Il-ġawhra tagħna li l-ġawhra tiegħu kien Ġesu’. Ejjew inħarsu lejh bi dritt u bi dmir. Bi dritt għax hu l-patrun tagħna u lejh ħarsu missirijietna fl-imħabba tagħhom. Bi dmir għax aħna poġġejnih bħala l-patrun tagħna u lilu rridu nimitaw bħal ma hu imita lil min tant kien iħobb lil Ġesu’.

Irrid ngħid ħaġa. Aħna mhux insara biss. Aħna nsara Ġorġjani. Il-kelmainsarahija kkwalifikata. Insara Ġorġjani. U din tagħmel differenza. Suppost li aħna l-ħajja nisranija tagħna nibnuha fuq ta’ San ĠorĠ. Ngħixu u naĠixxu kif għex hu. Inħobbu lil Alla kif ħabbu hu. Immutu kif miet hu.

Ġorġ ġralu bħal kull żagħżugħ li jsir iħobb tfajla. Jibda aktar jagħmel affarijiet biex jogħġob lilha. Jaqtaħafna affarijiet li hi ma tkunx tixtiequ jagħmilhom. U hekk ġralu Ġorġ. Aktar ma beda jħobb lil Ġesuaktar beda jagħmel affarijiet biex jogħġob lilu. Aktar sar jixbhu f’dak kollu li jgħid u jagħmel.

Kemm nixtieq li aħna ma nkunux insara biss imma nsara Ġorġjani. Speċjalment żgħażagħ Ġorġjani. Mhux billi mmorru naqbżu mal-marċ. Mhux billi intellgħu lil xulxin fuq l-ispallejn biex inqabblu u nkantaw. Iż-żagħżugħ Ġorġjan irid ikun kapaċi jgħid le lilu nnifsu anke meta jkun ma sħabu. Fl-organizzazzjonijiet li jieħdu ħsieb il-Festa jrid jiżra l-għaqda u mhux il-firda. Fuq l-internet ma jgħajjarx u ma jimpikax.

Kemm għandna bżonn illum ukoll żgħażagħ Ġorġjani, adulti Ġorġjani insara Ġorġjani.

“San Ġorġ inti f’demmna għax f’demmek hemm Kristu.

 San Ġorġ inti f’ħajjitna għax ħajtek kienet taKristu.”

 

 

MILL-ĦAJJA TAL-KOMUNITA TAGĦNA - AVVIŻI

ARA L-PROGRAMM TAL-FESTA 2009

 

Imwiet matul ix-xahar taApril 2009: - Agħtihom O Mulej il-Mistrieħ ta' Dejjem . . .

Beverley Maria Bianchi (25 sena)

Sylvia Camilleri (70 sena)

John Xuereb (62 sena)

Marianna Baldacchino (79 sena)

Arthur Guazzo (67 sena)

Maria Assunta Schembri (75 sena)

 

 Magħmudijiet matul ix-xahar taApril 2009: Merħba fid-Dar fejn jgħammar il-Mulej, Sid il-Ħolqien kollu.

Isaac Cauchi

Heline Marie Abela

Jan Dingli

Christa Marie Cassar

Giorgio Antonio Muscat

Gabriel Micallef

Shazia Borg

Francesca Zahra

Hailey Meli

Amy Cardona

Shason Scerri

Keilan Paul Galea

Leon Mifsud

Alizah Arapa

Shanaia Cilia Seychell

 

Żwiġijiet matul ix-xahar taApril 2009: Kunu intom ix-xandara tal-Aħbar it-Tajba.

Richard Sammut ma’ Chantelle Aquilina (4-4-09)

Jeffrey Cassar ma’ Joanne Spiteri (24-4-09)

Marco Camilleri ma’ Maria Chicop (30-4-09)

 

·          Lura għal Paġna Prinċipali

15-05-2009

aboutmalta.com

 

Hosted by www.Geocities.ws

1