PARROCCA SAN GORG MARTRI

 

ST. GEORGE'S PARISH CHURCH

 
QORMI - MALTA

BEJNIETNA 149 - Gunju 2008

Il-Kelma tal-Arcipriet

Minghajr liberta’ m’hemmx Martirju

Jekk hemm xi haga li tispikka fil-Vangelu ta’ San Gwann, hija zgur il-liberta’ ta’ Gesu’. Ghal San Gwann, mhux il-Lhud qatlu lil Gesu’, imma kien Hu li ta hajtu ghalina. Spiss isemmi s-siegha. Imma s-siegha li fiha kellu jaghti hajtu waslet meta kienet ir-Rieda t’Alla u mhux meta riedu l-Lhud.

Dan ifisser li Gesu’ miet bil-liberta’. B’ghazla libera. Seta’ ghazel mod iehor. Seta’ kieku ried talab lil Missieru biex jibghat legjun ta’ angli u jehilsu minn dik is-siegha. Imma ma riedx. Ried jibqa’ sal-ahhar bil-liberta’ kollha jimxi fuq ir-rieda ta’ Missieru. Minghajr liberta’ la hemm merti u l-anqas htija.

Qed nghid dan ghaliex nixtieq li din is-sena nharsu lejn San Gorg bhala dak li mexa fuq il-passi ta’ Gesu’. Hu wkoll kien liberu li jaghzel mod iehor. L-imperatur stess offrielu hafna gid u futur sabih kieku kellu jichad lil Gesu’. Imma bil-liberta’ kollha ghazel li jibqa’ miexi lejn il-martirju u ma jichad qatt lil Gesu’ li tant kien ihobb.

San Gorg kien liberu li jaghzel il-martirju. Kieku kellu jmut bilfors jew b’xi dizgrazzja minghajr ma ried, ma kienx ikun martri. San Gorg huwa martri ghax bil-liberta’ kollha baqa’ sal-ahhar jaghzel lil Gesu’.

U jien u int?  Bhal San Gorg spiss nigu f’mumenti li jkollna ghazla quddiemna. U x’naghzlu?  Bhal San Gorg ahna wkoll ikollna l-liberta’ li naghzlu bejn Gesu’ jew affarijiet ohra. U X’naghzlu?

L-ghazla taghna bilfors trid tiddependi fuq lil min thobb l-aktar. Inti lil min thobb l-aktar lil Gesu’ jew persuni jew affarijiet ohra?  Ir-risposta tieghek tidher minn dak li taghzel.

Tinsiex ukoll li jekk taghzel lil Gesu’ hemm il-martirju lest ghalik. San Gorg minn hekk ghadda. Dan ghaliex hafna drabi trid taqta’ fil-laham il-haj u twegga’. Trid tirbah lilek innifsek. Trid tikkontrolla dak li thoss.

Inhoss li din is-sena San Gorg qed jghidilna biex bil-liberta’ kollha naghzlu kif ghazel hu. L-ghazla tieghi trid tkun l-ewwel u f’kollox, ir-rieda t’Alla.

Il-Festa t-Tajba lilek u lill-familja kollha tieghek.


MILL-HAJJA TAL-KOMUNITA TAGHNA - AVVIZI

Il-Hadd 1: Fil-5.00 jkollna l-quddiesa tal-Festa tal-Qalb ta' Gesu' u wara l-purcissjoni.
L-Erbgha 4: Adorazzjoni ghall-qdusija tal-parrocca mill-Grupp Karizmatiku. L-adorazzjoni tibda fis-7.00 pm fis-Sagra Familja.
Il-Hamis 5: Gurnata talb ghall-vokazzjonijiet sacerdotali fis-Seminarju. Tibda fid-9.30 am bil-quddiesa.

Wara l-quddiesa tas-6.00 pm tinghata l-Barka Sagramentali.

Il-Hadd 8: L-10 il-Hadd Matul is-Sena A.

Gurnata Ghawdex ghall-familji.

Nofstanhar ghall-familji fil-Museum, il-Blata l-Bajda. Ikun hemm il-quddiesa.

It-Tlieta 10: Bejn 9.30 u l-11.00 ta' fil-ghodu ssir l-adorazzjoni mill-Grupp Karizmatiku fil-Kappella Sagra Familja.

Fis-6.00 pm adorazzjoni mill-Legion of Mary fil-Kappella San Pietru.

L-Erbgha 11: Inzuru lil hutna f’San Vincenz.
Il-Hamis 12: Coffe morning ghall-bzonnijiet tal-Knisja.

Wara l-quddiesa tas-6.00 pm tinghata l-Barka Sagramentali.

Il-Hadd 15: Il-11 il-Hadd Matul is-Sena A.

Jum il-Missier. Issir quddiesa c-Cimiterju fid-9.30 am.

It-Tlieta 17:

Napprezzaw il-hidma ta' xulxin.
L-ghaqdiet li jaqsmu fir-responsabbilta' tal-festa, jigifieri, il-Kumitat Festi Esterni, l-Ghaqda tan-Nar 23 ta' April, u z-zewg baned tal-parrocca taghna, 'San Gorg Martri' u 'Anici', niltaqghu flimkien u niehdu xi haga tal-festa. Maghhom jinghaqdu wkoll dawk li jiehdu hsieb l-armar tal-knisja ghall-festa ta' San Gorg. Niltaqghu fil-bitha tac-Centru mit-8.00 pm 'l quddiem.

L-Erbgha 18:

Ghal-Lajci mpenjati u membri tal-ghaqdiet religjuzi u socjali.
Niltaqghu fit-8.00 pm fil-bitha tac-Centru. Isir ftit hin ta' talb quddiem Gesu' Ewkaristija u wara niehdu xi haga flimkien.

Il-Gimgha 20:

Hallu t-tfal jigu ghandi.

It-tfal jingabru hdejn il-knisja ta' San Frangisk, fil-5.30 pm. Ma ninsewx ingibu maghna fjura. Flimkien nimxu wara l-vara ta' omm San Gorg. X'hin naslu l-knisja noffru l-fjura lil San Gorg u niccelebraw flimkien l-Ewkaristija li din is-sena se jmexxiha Dun John Muscat, vici-parroku l-Gzira.
 

Ghaz-zghazagh - San Gorg sfida ta' hajja nisranija.
7.30 pm: Quddiesa ghaz-zghazagh fil-knisja. Nistiednu liz-zghazagh fil-kummissjonijiet tal-kazini tal-baned tal-parrocca taghna, "San Gorg Martri" u "Anici", fil-kummissjoni taz-zghazagh tal-Kumitat Festi Esterni u z-zghazagh fl-Ghaqda tan-Nar, kif ukoll iz-zghazagh fil-fratellanzi u fil-Grupp Zghazagh tal-Parrocca, u liz-zghazagh li jhobbu lil San Gorg biex naraw kif il-Patrun taghna joffrilna sfida u kuragg ghal hajjitna bhala nsara fid-dinja tal-lum. Imexxi din ic-celebrazzjoni l-Kan Dun David Cilia, surmast fis-Seminarju.

Il-Hadd 22: It-12 il-Hadd Matul is-Sena A.

Imwiet matul ix-xahar ta’ April 2008: - Aghtihom O Mulej il-Mistrieh ta' Dejjem . . .

Anne Magro (88 sena)

Rosina Cini (77 sena)

Violet Decelis (89 sena)

Alfred Salerno (69 sena)

Carmen Ancilleri (50 sena)

Josephine Ciappara (77 sena)

Joseph Azzopardi (58 sena)

 

Maghmudijiet matul ix-xahar ta’ April 2008: Merhba fid-Dar fejn jghammar il-Mulej, Sid il-Holqien kollu.

Nathan Bugeja

 

Sven Demicoli

 

Leonel McKay

 

Kaine Briffa

 

Jesmar Baldacchino

 

Zwigijiet matul ix-xahar ta’ April 2008: Kunu intom ix-xandara tal-Ahbar it-Tajba.

Martin Ciantar ma’ Joanne Rose Sciberras (20-04-08)

 

Malcolm Tabone ma’ Christine Muscat (26-04-08)

 

 

Irrangata 24-05-2008

aboutmalta.com


Hosted by www.Geocities.ws

1