|
|
PARROĊĊA SAN ĠORĠ MARTRI |
|
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
QORMI - |
BEJNIETNA 163 - Awwissu 2009
Il-Kelma tal-Arċipriet
Jekk xi darba tħoss li inti midneb u li Alla ma jħobbokx minħabba xi difett li għandek u li tirrepeti spiss, ftakar:
Noe kien xurban meta Alla qallu biex jibni l-arka.
Abraham kien xiħ meta Alla qallu biex jitlaq lejn l-art il-ġdida.
Isaac kien iħobb joħlom.
Ġakobb qarraq b’missieru.
Mose kien itemtem.
Gideon kien
jibża
David ħa l-mara ta’ Urija u qatlu.
Elija spiss kien jaħseb li jneħħi ħajtu b’idejh.
Gona ħarab lil Alla.
Naomi kienet armla.
Ġobb falla.
Pietru ċaħad lil Kristu tliet darbiet.
Id-dixxipli raqdu fil-mument tal-prova.
Marta kien moħħha f’ħafna affarijiet barra dawk essenzjali.
Il-mara Sammaritana kienet divorzjata mill-inqas sitt darbiet.
Zakkew ma kien fih xejn.
Pawlu kien juri ħeġġa żejda.
Lazzru kien mejjet.
Tinsiex li Alla inqeda bihom ilkoll. Aħna bħalhom. Xi ħaġa għandna, kemm jiena kif ukoll inti. Id-differenza hi biss li huma mxew fuq dak li talabhom Alla. Ħallih int ukoll.
Dun Anton
MILL-ĦAJJA TAL-KOMUNITA TAGĦNA - AVVIŻI
Il-Ħadd 2: It-18 il-Ħadd Matul is-Sena B.
Il-Ħamis 6: Festa tat-Trasfigurazzjoni tal-Mulej. Nitilgħu flimkien ma’ Pietru, Ġakbu u Ġwanni fuq l-għolja tat-Tabor biex ikollna ħjiel tas-sebħ li hemm imħejji għalina fis-sema. Dan nilħquh billi nisimgħu mill-Missier: “Dan hu Ibni l-għażiż, isimgħu lilu”. Il-quddiesa tal-lum wieħed jista’ jsegwiha mill-messalin A paġna 459.
Il-Ġimgħa 7: L-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar. Wara l-quddiesa tas-6.00 isir ftit ħin ta’ adorazzjoni u tingħata l-Barka Sagramentali.
Il-Ħadd 9: Id-19 il-Ħadd Matul is-Sena B.
Fi-11.30 am quddiesa li fiha jingħata s-Sagrament tal-Magħmudija.
Il-Ġimgħa 14: Tifkira ta’ San Massimiljanu Marija Kolbe.
Peress
li llum jaħbat lejlet
Is-Sibt 15: Solennita’ tat-Tlugħ
ta’ Marija fis-sema bir-ruħ u l-ġisem. Il-Mulej ried li Marija,
Omm Alla, tkun meħlusa
Il-Ħadd 16: L-20 Ħadd Matul is-Sena B.
Festa tal-Madonna tal-Ħlas. Fid-9.15 am jkun hemm quddiesa bil-preżentazzjoni tat-trabi. Fis-6.00 pm issir il-quddiesa tal-festa u wara jkun hemm festa żgħira fuq iz-zuntier.
Il-Ħamis 20: Wara l-quddiesa tas-6.00 pm tingħata l-Barka Sagramentali.
Il-Ħadd 23: Il-21 Ħadd Matul is-Sena B.
Festa tal-Madonna ta’ Fuq tal-Blat. Fis-6.00 pm issir il-quddiesa tal-festa fil-Kappella Fuq Tal-Blat u wara jkun hemm festa żgħira fuq iz-zuntier.
Il-Ħamis 27: Wara l-quddiesa tas-6.00 pm tingħata l-Barka Sagramentali.
Is-Sibt 29: Tifkira tal-Martirju ta’ San Ġwann Battista.
Il-Ħadd 30: It-22 Ħadd Matul is-Sena B.
Imwiet matul ix-xahar ta’ Ġunju 2009: - Agħtihom O Mulej il-Mistrieࣷ ta' Dejjem . . .
Carmela Said (88 sena)
Angelo Pace (77 sena)
Rita Grech (55 sena)
Maria Carmela Manicolo (81 sena)
Alfred Axisa (67 sena)
Anthony Demicoli (74 sena)
Felic Meli (74 sena)
Magħmudijiet matul ix-xahar ta’ Ġunju 2009: Merħba fid-Dar fejn jgħammar
il-Mulej, Sid il-Ħolqien kollu.
Matthias Scerri
Dijan Cini
Gabriel Jeff Camilleri
Julian Jay Attard
Sven Barbara
Celine Casha
Jodieanne Ellul Grech
Aaliyah Bonnici
Żwiġijiet matul ix-xahar ta’ Ġunju 2009: Kunu intom ix-xandara tal-Aħbar it-Tajba.
Clinton Joseph Degiorgio ma’ Maria Sabrina Micallef (6 ta’ Ġunju)
Joseph Grech ma’ Maria Anette Micallef (6 ta’ Ġunju)
Joseph Borg ma’ Paola Anne Zammit (13 ta’ Ġunju)
Anton Debono ma’ Graziella Zammit (20 ta’ Ġunju)
Alberto Ferroni ma’ Demelza Attard (21 ta’ Ġunju)
Peter Mallia Ma’ Dorianne Camilleri (29 ta’ Ġunju)
04-08-2009