PARROCCA SAN GORG MARTRI

 

ST. GEORGE'S PARISH CHURCH

 
QORMI - MALTA

BEJNIETNA 151 - Awwissu 2008

Il-Kelma tal-Arcipriet

M’hemm xejn li ma jispiccax, hlief ...

Diga ghadda nofs is-sajf. Nghiduha kif inhi. Xbajna fis-shana. Igri tibda x-xitwa!

Kollox hemm zmienu u kollox jghaddi. Ahna hekk maghmulin. Meta nkunu waqt xi haga niftakru meta konna f’haga ohra. Donnu xejn ma jissodisfana u nkunu kuntenti. Meta jkun is-sajf, noholmu fix-xitwa. Meta tkun ix-xitwa noholmu fis-sajf u f’kemm immorru nghumu. Jekk tkun mizzewweg tghid kemm huwa sewwa tkun qassis u meta tkun qassis tghid kemm hu sewwa tkun mizzewweg. Meta ma jkollok xejn tghid kemm hu sewwa li jkollok hafna finanzi u propjeta’. Meta jkollok hafna finanzi u djar tghid kemm hu sewwa min ma ghandu xejn.

Donnu ma nafux nghixu il-hajja taghna kif inhi bhalissa. Erhilna ngergru u nqabblu lilna nfusna ma’ haddiehor. Dak sewwa jew dik sewwa.

Imma ahna nafu li fid-dinja kollox jintemm. Tintemm it-tbatija u jigi l-ferh. Jintemm il-ferj u tigi t-tbatija. Tintemm is-sahha u jigi l-mard u jintemm il-mard u tigi s-sahha. Jintemm iz-zmien tajjeb fil-biznis u jigi zmien hazin u jintemm iz-zmien hazin u jigi t-tajjeb.

San Pawl jghidilna li kollox jispicca hlief haga wahda  -  l-imhabba. “L-imhabba ma tintemm qatt”. Imma anke din tista’ tintemm. Jew ahjar noqtluha ahna.

Fil-hajja tieghi ta’ sacerdot iltqajt ma’ zewg estremi fiz-zwieg: hemm min baqa’ flimkien u ccelebra sahansitra is-70 sena taz-zwieg u hemm min l-anqas l-ewwel anniversarju ma lahaq iccelebra ghax infired.

Veru li l-imhabba ma tintemm qatt, kif qalilna San Pawl?  Iva, veru. L-imhabba tibqa’ ghal dejjem u aktar ma jghaddi zmien, flok tonqos tikber u tizdied. Imma ahna ghandna s-setgha li neqirduha. Hemm haga wahda li hija l-oppost tal-imhabba u li kapaci teqred lill-imhabba. Dan huwa l-egoizmu. Aktar ma nahseb fija nnifsi aktar indghajjef l-imhabba. U din tghodd kemm ghaz-zwieg kif ukoll ghall-hbiberija. Hafna zwigijiet jitkissru ghax xi hadd mill-partners ikun kapriccuz. Ifittex biss lilu nnifsu. Jahseb biss f’dak li jaqbel lilu. Ihobb lilu nnifsu u mhux lil ta’ madwaru. M’hemmx ghafejn ingib ezempji ta’ dan. Jigru madwarna il-hin kollu.

Jista’ jkollok zwieg f’sahhtu meta inti tahseb biss fik innifsek?  Jista’ jkollok hbiberija tajba meta jsir kollox kif trid int?

Dik li San Pawl qal li ma tintemm qatt, tista’ teqridha int bl-egoizmu tieghek. zommha ghal dejjem u ibza’ ghaliha.


MILL-HAJJA TAL-KOMUNITA TAGHNA - AVVIZI

Il-Gimgha 1:

L-ewwel Gimgha tax-Xahar. Wara l-quddiesa tas-6.00 pm isir ftit hin ta’ adorazzjoni u tinghata l-Barka Sagramentali.

Fis-Sagra Familja jkun hemm gurnata ta’ adorazzjoni.

Is-Sibt 2:

Fil-Knisja Parrokkjali issir quddiesa tas-7.00 pm li fiha jigi ccelebrat is-Sagrament taz-Zwieg.

Il-Hadd 3:

It-18 il-Hadd Matul is-Sena A.

Fil-Knisja Parrokkjali issir quddiesa tas-11.30 pm li fiha jigi ccelebrat is-Sagrament taz-Zwieg.

L-Erbgha 6: Festa tat-Trasfigurazzjoni tal-Mulej. Nitilghu flimkien ma’ Pietru, Gakbu u Gwanni fuq l-gholja tat-Tabor biex ikollna hjiel tas-sebh li hemm imhejji ghalina fis-sema. Dan nilhquh billi nisimghu mill-Missier: “Dan hu Ibni l-ghaziz, isimghu lilu”. Il-quddiesa tal-lum wiehed jista’ jsegwiha mill-messalin A pagna 459. 
Il-Hamis 7:

Wara l-quddiesa tas-6.00 pm tinghata l-Barka Sagramentali.

Il-Hadd 10:

Id-19 il-Hadd Matul is-Sena A.

Fil-11.30 am issir quddiesa li fiha jkun iccelebrat is-Sagrament tal-Maghmudija.

L-Erbgha 13:

Harga ghal irgiel gewwa l-Gzira Ghawdxija.

Il-Hamis 14:

Tifkira ta’ San Massimiljanu Marija Kolbe.

Peress li llum jahbat lejlet Santa Marija, il-quddies ta’ fil-ghaxija jkunu bhas-Sibt. Jigifieri fil-Knisja Parrokkjali fil-5.00 u fis-6.00, filwaqt li fil-Kappella Sagra Familja fis-6.00 u fis-7.30.

Fil-Knisja tal-Vitorja issir quddiesa tas-7.00 pm li fiha jigi ccelebrat is-Sagrament taz-Zwieg.

Il-Gimgha 15: Solennita’ tat-Tlugh ta’ Marija fis-sema bir-ruh u l-gisem. Il-Mulej ried li Marija, Omm Alla, tkun mehlusa minn kull tebgha ta’ dnub sa mill-ewwel mument tat-tnissil taghha  u li meta ttemm il-hajja taghha fuq l-art, gisimha ma jarax it-tahsir tal-qabar, imma minnufih jikseb il-glorja tal-qawmien mill-mewt. Illum hija festa kmandata u hemm l-obbligu tas-smiegh tal-quddies. Il-hinijiet tal-quddies ikunu bhal nhar ta’ Hadd. Il-quddiesa tal-lum wiehed jista’ jsegwiha mill-messalin A pagna 465.
Il-Hadd 17:

L-20 Hadd Matul is-Sena A.

Festa tal-Madonna tal-Hlas. Fid-9.15 am jkun hemm quddiesa bil-prezentazzjoni tat-trabi. Fis-6.00 pm issir il-quddiesa tal-festa u wara jkun hemm festa zghira fuq iz-zuntier.

Il-Hamis 21: Wara l-quddiesa tas-6.00 pm tinghata l-Barka Sagramentali.
Il-Hadd 24: Il-21 Hadd Matul is-Sena A.

Festa tal-Madonna ta’ Fuq tal-Blat. Fis-6.00 pm issir il-quddiesa tal-festa fil-Kappella Fuq Tal-Blat u wara jkun hemm festa zghira fuq iz-zuntier.

Il-Hamis 28: Wara l-quddiesa tas-6.00 pm tinghata l-Barka Sagramentali.
Il-Gimgha 29: Tifkira tal-Martirju ta’ San Gwann Battista.
Il-Hadd 31: Itl-22 Hadd Matul is-Sena A.
   

Imwiet matul ix-xahar ta’ Gunju 2008: - Aghtihom O Mulej il-Mistrieh ta' Dejjem . . .

Carmela Azzopardi (79 sena)

Carmelo Camilleri (71 sena)
Josephine Portelli (69 sena) Edward Gatt (27 sena)
Pauline Apap (57 sena) John Lewis (80 sena)
Michael Attard (66 sena) Concetta Cassar (75 sena)

Maghmudijiet matul ix-xahar ta’ Gunju 2008: Merhba fid-Dar fejn jghammar il-Mulej, Sid il-Holqien kollu.

Cristina Grech

 
Jorrin-Liam Busuttil  
Alaizah Ellul Grech  
Jamie Micallef  
Kayden Zerafa  

Zwigijiet matul ix-xahar ta’ Gunju 2008: Kunu intom ix-xandara tal-Ahbar it-Tajba.

Shawn Grixti ma’ Josianne Agius (7 ta’ Gunju)

 
George Tabone ma’ Marika Cilia (20 ta’ Gunju)  
Brian Hili ma’ Lucinda Fenech (21 ta’ Gunju)  
Ismael Galea ma’ Esther Camilleri (22 ta’ Gunju)  

 

Irrangata 21-07-2008

aboutmalta.com


Hosted by www.Geocities.ws

1