PARROĊĊA SAN ĠORĠ MARTRI

 

ST. GEORGE'S PARISH CHURCH

 

QORMI - MALTA

BEJNIETNA 159 - April 2009

Il-Kelma tal-Arċipriet

Kemm nixtieq!

 

Dan ix-xahar, jekk Alla jrid, nerġgħu niċċelebraw il-Festa l-kbira tar-reliġjon tagħna. Kif qalulna l-isqfijiet tagħna fil-pastorali tar-Randan, suppost li għamilna l-erbgħin ġurnata tar-Randan nippreparaw qalbna ħalli ma’ Ġesu’ ngħaddu aħna wkoll mill-passjoni u l-mewt tiegħu.

Iż-żmien tar-Randan huwa żmien ta’ penitenza u rebħ tagħna nfusna biex nitgħallmu ngħixu aħjar il-ħajja nisranija tagħna. Dan jidher mis-simboli li jintużaw waqt il-liturġija: il-kulur vjola, l-irmied, l-eżerċizzi u li nisimgħu aktar il-Kelma t’Alla, il-penitenza li nagħmlu b’mod personali, eċċ.

Imma għalina l-qriema huwa wkoll żmien ta’ stennija biex niċċelebraw il-Passjoni, l-Mewt u l-Qawmien ta’ Ġesu’ permezz tal-purċissjonijiet sbieħ li nagħmlu. U hawn irridu nieqfu u naħsbu.

Kemm nixtieq li kull min jiġi r-raħal f’Ħamis ix-Xirka, l-Ġimgħa l-Kbira u fl-Għid jgħid kemm għandna organizzazzjoni u kemm il-qriema jagħmlu l-purċissjoni minn qalbhom! Kemm nixtieq li jgħid kemm għandna knisja sabiħa!

Kemm nixtieq li kull min jiġi Ħal Qormi għall-purċissjonijiet jinduna kemm aħna nagħmluha mill-qalb! Nixtieqhom jgħidu, “Kemm jidħlu fiha! Verament jagħmluha minn qalbhom!”

Imma nixtieq ukoll li jgħid li meta rana għaddejjin mit-toroq bl-istatwi ra fina lil Ġesu’ ħaj qed ibati għalina!

Nixtieq li jmorru jgħidu li matul it-Tlett Ijiem Imqaddsa, f’Ħal Qormi qisu jkun hemm Ġesu’ qed jerġa’ jgħaddi mill-passjoni, l-mewt u l-qawmien tiegħu.

Jiena hekk inħares lejhom l-purċissjonijiet tagħna il-Vanġelu permezz tal-istatwi u l-personaġġi. Hawn min l-istorja ta’ Ġesu’ kitibha u dak li kiteb insejħulu Vanġelu u hekk hu. U hawn min joħroġ il-vari tat-tbatija u tar-rebħa ta’ Ġesu’ u l-persunaġġi mat-toroq u dak ukoll insejħulu Vanġelu. U hekk għandu jkun.

Ifraħ għax lilek Ġesu’ wasslek biex ixxandar il-Vanġelu b’dan il-mod. Inti u tieħu sehem jew inti u qed tara l-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira u tal-Għid il-Kbir, ftakar li inti wkoll qed twassal l-Aħbar it-Tajba tal-imħabba ta’ Ġesu’ lejna l-midinbin.

Min jaf jekk hemmx xi ħadd fuq il-bankina li Ġesu’ jista’ jmisslu qalbu għax jara lilek tieħu sehem b’devozzjoni?

 

 

MILL-ĦAJJA TAL-KOMUNITA TAGĦNA - AVVIŻI

Il-Ħamis 2:         9.30 am laqgħa tal-Mother and Baby Club fiċ-Ċentru.

 

Il-Ġimgħa 3:       Festa tad-Duluri ta’ Ommna Marija Santissima.

                          Fil-11.00 am issir quddiesa għat-tfal tal-iskejjel.

                          Fil-5.00 pm issir quddiesa u wara toħroġ il-purċissjoni bl-istatwa tad-Duluri. Kif tidħol il-purċissjoni, għall-ħabta tas-7.00 pm, issir quddiesa kantata.

                          Fiċ-Ċelebrazzjonijiet ta’ matul dan iż-żmien tant speċjali, jieħu sehem il-Kor tal-Parroċċa ‘Exsultate Domino’.

 

Il-Ħadd 5:          Ħadd il-Palm u l-Passjoni tal-Mulej.   Messalin B: Paġna 172

                          Fid-9.00 am tberik taż-żebbuġ fil-Knisja ta’ Santa Marija Fuq Tal-Blat u wara purċissjoni sal-Knisja Parrokkjali u quddiesa.

                          Wara l-quddiesa tal-5.00 pm ssir il-Festa tal-Via Sagra permezz ta’ meditazzjoni fuq il-Passjoni ta’ Ġesu’.

 

It-Tnejn 6:          It-Tnejn tal-Ġimgħa Mqaddsa.

                          Fis-7.00 pm fil-Knisja ssir laqgħa ta’ talb u kontemplazzjoni fuq Kristu Msallab.

                          5.00 pm laqgħa għall-persuni b’diżabilita’ fiċ-Ċentru.

 

It-Tlieta 7:          It-Tlieta tal-Ġimgħa Mqaddsa.

                          Fis-7.00 pm Via Sagra ‘Ikun li Trid Int’, immexxija mill-Grufan.

 

L-Erbgħa 8:        L-Erbgħa tal-Ġimgħa Mqaddsa.

                          Wara l-quddiesa tas-6.00 pm, issir il-Via Sagra u wara purċissjoni u benedizzjoni bir-relikwija tas-Salib Imqaddes.

 

Il-Ħamis 9:         Ħamis ix-Xirka.   Messalin B: Paġna 204

                          Niċċelebraw it-twaqqif tas-Saċerdozju u tal-Ewkaristija. Fil-għodu l-Knisja tkun magħluqa. Is-saċerdoti bħal-lum jingħaqdu flimkien ma’ l-Arċisqof fil-Kon-Kattidral ta’ San Ġwann għall-Quddiesa tal-Griżma li fiha jġeddu l-wegħdiet saċerdotali tagħhom u jitbierku iż-żjut imqaddsa.

                          4.00 pm quddiesa fil-Knisja tal-Vitorja.

                          5.00 pm quddiesa fil-Knisja Parrokkjali.

                          6.30 pm Konċelebrazzjoni Solenni li fiha jsir il-ħasil tar-riġlejn simbolu tal-imħabba u s-servizz li għandu jkollna bejnietna bħala kommunita’. Kif tintemm il-quddiesa ssir il-purċissjoni b’Ġesu’ Ewkaristija lejn l-Artal tal-Adorazzjoni.

                          8.45 pm Visti lil Ġesu’ Ewkaristija. Nistiednu b’mod speċjali lill-fratelli u lil dawk kollha li se jieħdu sehem fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira.

                          11.00 pm Nishru ma’ Ġesu’ f’Siegħa Adorazzjoni flimkien fl-10.30pm mal-Grupp taż-żgħażagħ ‘Link’.

 

Il-Ġimgħa 10:     Il-Ġimgħa l-Kbira  -  Jum l-Akbar Imħabba.   Messalin B: Paġna 211

                          Fis-6.00 am, 7.00 am, 8.00 am u 9.00 am, visti flimkien. Nixtiequ li kemm jista’ jkun il-visti jsiru flimkien f’dawn il-ħinijiet.

                          3.00 pm Ċelebrazzjoni tal-Passjoni u l-Mewt ta’ Ġesu’  -  Qari tal-Passjoni ta’ Ġesu’ skond San Ġwann; it-Talb tal-Kommunita’; l-Adorazzjoni tas-Salib u t-Tqarbin.

                          5.30 pm tibda l-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira li tfakkarna minn dak li għadda Ġesu’ għall-imħabba tagħna.

 

Is-Sibt 11:          Sibt il-Għid.

                          5.00 pm jibda l-qrar fil-Knisja Parrokkjali.

                          8.00 pm Quddiesa tal-Vġili tal-Għid li fiha naraw l-Istorja tas-Salvazzjoni, jiġifieri dak li għamel Alla ma’ missirijietna u magħna.  Messalin B: Paġna 232

                          Min jixtieq jista’ jixtri xemgħa mill-Knisja stess.

 

Il-Ħadd 12:        L-Għid il-Kbir.   Messalin B: Paġna 271

                          Quddies fis-6.00 am, 7.00 am, 8.00 am u fid-9.30 am.

                          9.00 am Purċissjoni ta’ Kristu Rxoxt. Meta tasal ħdejn il-Knisja tal-Vitorja, jsir it-tberik tat-tfal bil-figolli.

                          5.00 pm Quddiesa Solenni tal-Għid il-Kbir.

 

It-Tnejn 13:        Illum tibda l-Ottava tal-Għid.

                          Jibda t-tberik tal-familji skond il-programm. (ara l-programm).

 

L-Erbgħa 15:      9.30 am inżuru lil ħutna anzjani f’San Vinċenz.

Il-Ħamis16:        Wara l-quddiesa tal-4.30 pm tingħata l-Barka Sagramentali.

                          9.30 am coffee-morning b’risq il-Knisja.

                          9.30 am laqgħa tal-Mother and Baby Club fiċ-Ċentru.

 

Il-Ħadd 19:        It-2 Ħadd tal-Għid tas-Sena B.   Messalin B: Paġna 279

                          Fil-11.30 am issir il-quddiesa tal-Magħmudija.

                          Fl-4.30 pm quddiesa fil-Kappella tal-Ħlas bil-preżentazzjoni tat-trabi.

 

It-Tlieta 21:        9.30 am irtir għan-nisa u xebbiet għand is-sorijiet Franġiskani.

 

Il-Ħamis 23:       Solennita’ tal-Patrun tagħna San Ġorġ.

                          Fis-6.30 pm Quddiesa Solenni, Kurunella, Innu, Antifona u Barka Sagramentali.

 

Il-Ħadd 26:        It-3 Ħadd tal-Għid tas-Sena B. Messalin B: Paġna 284

                          Illum ukoll ikun iċċelebrat Jum il-Karita’. Il-ġbir kollu li jsir fil-knejjes imur

                          għall-istituti ta’ karita’ li għandha l-Knisja f’Malta.

 

It-Tnejn 27:        Mons. Aisqof se jagħti l-Ministeru tal-Lettorat lil ħames seminaristi fosthom

                          Rene’ Cilia mill-parroċċa tagħna. Iċ-ċelebrazzjoni ssir fil-Knisja Parrokkjali.

 

 

Imwiet matul ix-xahar ta’ Frar 2009: - Agħtihom O Mulej il-Mistrieħ ta' Dejjem . . .

Francis Ebejer (67 sena)

Raymond Baldacchino (54 sena)

Antonia Farrugia (74 sena)

George Cumbo (86 sena)

Josephine Borg (69 sena)

Consolata Genovese (92 sena)

Francis Pirotta (56 sena)

Alfred Spiteri (69 sena)

Anthony Frendo (71 sena)

 

 Magħmudijiet matul ix-xahar ta’ Frar 2009: Merħba fid-Dar fejn jgħammar il-Mulej, Sid il-Ħolqien kollu.

 

Kurt Ciappara

Christianne Marie Ablett

Jayden Pace

Mariah Camilleri

Kelsey Attard

 

Żwiġijiet matul ix-xahar ta’ Frar 2009: Kunu intom ix-xandara tal-Aħbar it-Tajba.

Jonathan Spiteri ma’ Desiree’ Mangion (10 ta’ Frar)

 

 

·          Lura għal Paġna Prinċipali

15-03-2009

aboutmalta.com

 

Hosted by www.Geocities.ws

1