![]() |
Mawra sal-Kajr
| Ghandi seba’ mitt sena sakemm
nasal il-Kajr. L-ghodwa li gejja rrid nisma’ l-muezzin jitlob mill-quccata
tal-moskeja. Irrid nitwahhad mal-gemgha-kurrent ta’ l-erbatax-il miljun
persuna li tghix f’dil-belt mill-eqdem. Kurjuz qatigh dwar ma’ xiex ser
niltaqa’, izda cert li se tkun esperjenza sabiha u istruttiva. Hawnhekk
fil-mitjar ta’ Hal Luqa ninsab imdawwar bin-nies li se jkunu mieghi waqt
il-vjagg. Milli nista’ nifhem s’issa huma nies ta’ l-affari taghhom,
edukati, mhux storbjuzi, u jhobbu l-familja. Bhal qed inhoss li se ningibed
lejn dan il-poplu, minkejja li jezistu bosta pregudizzji kontrih.
Qed noqorbu. L-ajruplan ghadu kemm dawwar imniehru lejn il-Kajr. Fuq il-lemin jahkem id-dlam, u d-dwal ta’ l-Afrika ta’ Fuq, donnhom xi haga arkana jew misterjuza. Fuq ix-xellug qed jisbah, ix-xefaq trikolor - ikhal mitfi, orangjo u ahmar skur. L-Egittu minn hawn fuq donnu s-sema bil-lejl, iswed, imdawwal b’kostellazzjonijiet ta’ qawwa differenti. L-art maghmula minn tbajja’ ta’ dlam u ta’ dawl, bicciet imdawwla hafna izjed mill-ohra. Jidhru ’l hawn u ’l hinn imdawwla t-toroq principali, maqtughin wahda mill-ohra, sura ta’ slaleb, triangli, qmura jew qwas. Id-dehra hawn taht tfakkarni f’xena fantaxjentifika. L-ajruplan dalwaqt niezel fil-mataar, jehtieg li nilbsu l-hazeem. Biex dhalt fil-pajjiz, ta’ l-immigrazzjoni ittimbrawli timbru fuq il-passaport. Fit-triq lejn dar siehbi nnutajt toroq dritti u wesghin. Kulma tara huma karrozzi antiki, vannijiet u karrozzi tal-linja jdahhnu, min iserrep ’l hawn u min iserrep ’l hemm, anki f’dis-siegha bikrija. Rajt bosta suldati jew pulizija armati matul it-triq, u taz-zibel, bilwieqfa fuq karettun-kaxxa kbir ta’ l-injam misjuq minn xi hmar zghir, tnejn jew tlieta. Ghaddejna qrib in-Nil, it-triq tiehu l-isem ta’ El Corniche, ghax issibha madwar ix-xmara. Ghall-ewwel deher post mahmug, izda wara, lejn il-gzira Roda, li tinsab f’nofs in-Nil, il-pajsagg inbidel ghax il-ftuh jiehu post id-djuq. Fil-genb cimiterju antik u kbir, fil-parti antika tal-Kajr. Illum jghixu l-fqar fih. Ghaddejna ghad-dell tac-cittadella. Fic-centru jizdied l-iskart. Tara anki sinjali ta’ faqar. Fit-triq tifel b’bixkilla hobz (‘aish) ibbilancjata fuq rasu, hobz skur u mqatta’ flieli rqaq. Ghadda guvni fuq rota kbira u ta’ zmien zemzem. L-ambaxxata ta’ Malta tinsab f’Maadi li hija provincja tal-Kajr (fin-Nofinhar tal-belt metropolitana), bhalma huwa l-ajruport (fil-Grigal). Hija zona sinjura mimlija vilel, hdura, u gonna privati. Is-suldati u l-pulizija jghassu quddiem id-djar ta’ xi barranin importanti erbgha u ghoxrin siegha kuljum. It-toroq hawn jissejhu sharija. Minn fuq il-bjut tilmah bosta dishes tat-televizjoni bis-satellita. Fit-toroq isfel xi tfal fuq il-ghatba, jew xi familja fuq it-terf ghall-frisk. Filghaxija terga’ tisma’ l-muezzin jitlob. Hemm ghaxar tajriet jittajru fil-boghod. Milli jidher dan huwa wiehed mill-passatempi favuriti hawnhekk. Ix-xemx ghadha kemm inhbiet wara xi blokks. Jahkem il-kwiet. |ewg persuni jharsu mill-gallarija, igawdu din is-siegha ta’ serhan. Bhala gazzetti lokali bl-Ingliz issib il-Cairo Times li tohrog kull hmistax, u l-Middle East Times, kull gimgha. Lira Egizzjana tiswa bejn wiehed u iehor ghaxar centezmi Maltin. Il-flus hawn huma tal-karta, jidhru wzati minn miljuni ta’ nies kuljum. Gwida tajba hafna ghal min bi hsiebu jdur l-Egittu hija Egypt - The rough guide, ta’ Dan Richardson. Il-Muzew ta’ l-Antikitajiet Egizzjani jinsab f’Tahrir Square, fic-centru tal-Kajr. Jekk tuza l-metro jehtieg tieqaf Sadat, u t-tariffa tvarja minn hamsin piasters sa lira Egizzjana. Qabel qbizt ix-xatba principali tal-Muzew waqqafni Yasser, taxi driver mhux ufficcjali, student mit-Tunezija. Ghallinqas hekk qalli. Kulhadd jara kif se jaqla’ lira extra hawnhekk. Qalli jekk ninsa ismu niftakar f’Arafat. Ried johodni dawra mal-Kajr, izda qtajtlu fil-qasir u bil-pulit billi ghidtlu li rrid niltaqa’ ma’ siehbi. Baqa’ jinsisti li niltaqghu wara u jien m’ghidtlux le, forsi ghal darb’ohra. Ragel iehor ried joqghodli ta’ gwida matul il-gita tieghi fil-Muzew. It-twegiba tieghi kienet simili ghal ta’ l-ewwel. Biex tidhol fil-Muzew thallas ghoxrin lira izda jekk ikollok il-card ta’ l-istudent thallas nofs prezz. Jekk se tuza l-kamera trid thallas ghaxra ohra, jew inkella thalliha go kamra apposta fejn ragel inkarigat jaghtik bhal munita tar-ramm b’numru fuqha. Gewwa l-Muzew enormi. Isfel maqsum fi tliet partijiet: Old Kingdom, Middle Kingdom u New Kingdom. Issib statwi kbar u zghar, imnaqqxin u mahdumin bl-akbar precizjoni, oqbra ta’ sinjuri, kolonni. Tistordi ddur, anki ghaliex hawn hafna x’tara u trid preparazzjoni tajba biex tifhem. Fl-ewwel sular issib it-taqsima ta’ Tutankamun. Jolqtok it-tron tieghu, lewn id-deheb. Is-sala favurita tieghi hija numru 29 fejn issib il-papiri manuskritti. Il-geroglifici lewn iswed u ahmar, filwaqt li l-figuri lewn abjad, ahmar, ahdar u blu-griz skur. Kerha l-injuranza tieghi f’dan il-qasam. F’sala 13 hemm il-karrijiet b’zewg roti, indurati bid-deheb. Fil-qrib hawn ukoll bhal kmamar jew kaxxi kbar, donnhom garaxx, lewn id-deheb, imnaqqxin bil-kitba geroglifika. Fihom kienu jitqieghdu l-oqbra. F’sala 3 hemm il-qabar ta’ Tutankamun, il-gojjelli u tizjin iehor li sabu mgezwrin mieghu: deheb, ivorju, tahlita ta’ hgieg ikkulurit. Numru kbir ta’ gizirajjen sura ta’ sriep u ajkli. F’sala 27 tara mudelli ta’ dghajjes bla qlugh u bi qlugh wiehed rettangulari maghmul mill-gilda tal-barri. Il-kamra tas-sinjur fin-nofs u l-qaddejja jahdmu barra, quddiem jew fil-gnub tal-mirkeb. Dghajjes ohra - bil-moqdief, tal-funerali, bil-qlugh jjew ta’ l-ivvjaggar - jinsabu f’sala 32. Kellimni pulizija zaghzugh liebes l-abjad, bi kmiem twal: ried il-pinna li biha kont qed nikteb bhala souvenir. Ma fhimtx sewwa l-Ingliz primittiv tieghu u fotunatament wegibtu “No thank you”. F’sala 37 issib mudelli ta’ regimenti ta’ suldati bil-qaws jew bil-lanec. Grupp minnhom huwa regiment tan-Nubia, bla tarki. Qabel ninzel isfel nara mummja ta’ xadina zghira, midfuna bhala pet, misjuba fil-Wied tar-Rejiet, f’Luxor (1200 Q.K.) Huwa interessanti li f’dan il-bini jiltaqghu bosta turisti ta’ kull ilsien, lewn u kultura. Ghaddew izjed minn saghtejn hemm gewwa. L-ishana gewwa u barra hija qawwija, u trid tixrob ghax inkella jhossok hazin. Quddiem il-Muzew gnien imdaqqas fejn it-turisti jistriehu ghad-dell tal-palm. Il-Kajr igawdi minn metro li taqsam il-belt minn Helwan sa El Marg, b’Tahrir Square bhala c-centru. Diga qed isir xoghol biex jinfethu zewg linji ohra u b’hekk il-belt kollha tkun tista’ tintlahaq facilment fi zmien qasir. Staghgibt bl-indafa li ssib fuq il-vaguni u anki fl-istazzjonjijiet differenti. Qatt tinsa li l-ewwel zewg vaguni huma riservati ghan-nisa biss. Tazzardax tipprova l-kuntrarju! Izda hi u tirfed it-toroq, tara bosta kerrejja u karrozzi abbandunati, donnhom milquta minn gwerra recenti. Il-faqar hawn tarah u tmissu b’idejk. Jekk xi darba ssib li ghandek ftit sighat hielsa tajjeb li tieqaf fl-istazzjon ta’ Mar Girgis, li jfisser San Gorg. Hawnhekk issib il-komunita nisranija lokali (Kopti), li giet imwaqqfa minn San Mark fl-ewwel seklu wara Kristu. Tara bosta knejjes jew kattedrali nsara. Tahrir Square ssibha fil-parti li tissejjah Downtown. Il-hin kollu tara folla umana f’moviment mghaggel. L-ewwel impressjoni hija dik ta’ mewga kbira ta’ nies, hornijiet ipaqpqu, karrozzi mahrubin, pulizija lebsin l-abjad, bil-kmiem twal isaffru s-suffara. Hawnhekk il-mewga kostanti tat-traffiku ma tiqafx quddiem l-ahmar tat-traffic lights jekk ma jkunx hemm pulizija jidderiegiha. Tibda tilmah imbaghad il-bejjiegha tfal, irgiel u nisa, kollha jghajtu l-ghajta tipika taghhom biex jaraw lil min se jwaqqfu u jbighhulu xi haga. Khan El-Khalili hija zona centrali fejn issib bosta hwienet ibighu prodotti ta’ l-artigjanat bhal deheb, fidda, oggetti tal-hgieg jew tal-kristall, papiri u l-bqija. Tissejjah ukoll bazaar. Ftakart fl-isqaqien ta’ Napli. Biex wasalna hemm qbadna taxi minn Tahrir u hallasna xi seba’ liri lokali. Waqafna fil-pjazza fejn hemm il-Moskeja storika El Hussein. Is-sewwieqa huma esperti u dhulin, u bl-Ingliz jirnexxilhom sahansitra jiccajtaw. Tahkem ir-riha tal-hwawar li jinbieghu f’dawn l-isqaqien. Gzuz ta’ nies jizolqu minn bejn il-hitan, bhalma jizolqu bla ma jhallu ebda hsara karrozzi u roti. Jum fost l-ohrajn ghidt lil siehbi li jekk jirnexxilek tissaporti l-ewwel ftit jiem kapaci tidra, u sahansitra ssir thobb, kultura bhal din. Ghal min idum hawn pero hija kultura li tista’ tghajjik hafna. Matul il-gurnata l-Kajr mimli daqs bajda bil-karrozzi. It-traffiku u s-sewqan huma frenetici. Donnok qbizt go xmara mqallba waqt li terhi ruhek ghall-kurrent, ghaddej bi zbrixx minn ma’ kullimkien, bosta drabi bla ma tinbarax. Ma tarax karrozza bla mittiefsa minn barra. It-taxis jidhru antiki u mdamdma minn barra, izda nodfa minn gewwa u l-magna ghadha tajba. Innutajt li kull meta jkollhom ftit hin liberu l-propjetarji tat-taxis tarahom jahsluhom b’ilma jfur bir-raghwa, anki tard bil-lejl. Bosta drabi jkollok tghaffeg fl-ghadajjar li jhallu warajhom fil-genb tat-triq. It-traffiku jibqa’ sa kmieni filghodu. Tezisti dikotomija kbira hawnhekk: issib il-faqar, l-injuranza, nies disposti li jghinuk, hafna minnhom bi tbissima, minkejja li jbatu biex jaqilghu l-ghixien taghhom. Issib ukoll is-sinjuri, bil-vilel jew appartamenti lussuzi u karrozzi kbar, igawdu minn kull kumdita. Sirt naf li biss biss fil-Kajr joqoghdu madwar ghaxart elef Amerikan: min jahdem fl-industriji taz-zejt, min fl-iskejjel, min fil-hotels u fit-turizmu. Issib fil-Kajr l-American University of Cairo. Il-Kajr hija belt fejn hemm tahlita kontinwa, kunflitt jew muviment ta’ tolleranza, bejn it-tradizzjonali u l-modern, bejn dak li huwa lokali u dak li huwa Ewropew, bejn il-Medju Orjent u l-Punent. Tara nies lebsin hwejjeg Ewropej u ohrajn bil-galabija jew nisa mghottija kollha sa wicchom b’veli suwed. In-nisa hawn, xi whud minnhom, huma verament sbieh: f’xi whud tista’ tilmah f’ghajnejhom, lewn ahdar zebbuga, in-Nil imdawwal filghaxija. Fil-partijiet il-foqra jew matul it-toroq ghadek tara l-karettuni bil-hmir, fuqhom ghaxriet ta’ bettieh u dolliegh irrangati fuq xulxin, ir-ragel li jbigh l-ilma, dawk li jillostraw iz-zraben, u l-kenniesa b’bicca xkupa donnha fergha tal-palm. Ragel miexi bilqieghda mal-art fuq idejh, tilef riglejh it-tnejn. Iehor ghaddej fuq triciklu misjuq b’idejh: il-pedali mal-maqbad. Tara lil min jillostra xi hgiega ta’ xi vettura jitlob il-bukxix, u l-bejjiegha tal-garar tal-fuhhar bilqieghda fi gzuz ghall-kenn tad-dell. Hemm sahansitra l-hanut fejn jghaddu l-hwejjeg bil-hadida tal-moghdija. Fit-toroq il-bejjiegha tal-frott u tal-haxix, fi kjosks jew b’karettuni. Kultant zmien tilmah ukoll xi hanut tal-fjuri. It-tallaba anzjani jintefghu bilqieghda fl-art b’saqajhom imsallbin jitolbu l-hniena, b’ilsien li ma jinftiehemx, izda li tifhem xi jridu minn ghandek. Tara min b’rasu baxxuta lejn l-art, titharrek lura u ’l quddiem b’moviment awtomatiku u b’idu donnha pjattaforma lesta biex tilqa’ dak kollu li jipprovdi Allah, u min fis-skiet ihares lejn in-nies ghaddejja, jara min minnha se jintlaqat mill-harsa t’ghajnejh, jieqaf u jaghtih ftit bukxix. F’xi triq imwarrba gieli tara lil taz-zibel weqfin jaghzlu l-iskart, jaraw jekk hemmx xi hwejjeg siewja ghalihom jew li jistghu jbieghu ghal ftit flus. Il-fqar jilbsu l-galabija, bosta drabi jkun evidenti li hija mahmuga. Mhux kulhadd ghandu l-furtuna li jsib il-vit bl-ilma fih id-dar. Hemm bosta li lanqas dar sura ma ghandhom. Hafna huma bla xoghol, u s-salarju medju huwa baxx hafna. Bosta jiehdu x-xoghol ta’ tassista bhala t-tieni xoghol. It-tobba tal-gvern jithallsu madwar LE 300 fix-xahar. Ghalhekk bosta jkollhom jaghmlu izjed minn xoghol wiehed bilfors. Ma nistax ninsa l-harsa msahhra tal-belly dancer, tfajla mill-isbah. Rajt il-bejjiegha tal-gizimin, mahduma f’sura ta’ gizirajjen, u dawk tal-qamhirrun imsajjar fuq il-gamar. Ma ninsiex lanqas it-tbissima sinciera tal-bawwaab li joqghod f’kamra unika flimkien ma’ martu u tliet ulied. Fqir izda ferhan. Nies bhalu jahslu l-karrozzi tas-sinjuri malli jkollhom waqt ta’ hin liberu biex jaqilghu xi piastra zejda. Il-bennejja bosta drabi jkunu gejjin minn barra l-belt, u ghalhekk jorqdu fuq il-post tax-xoghol matul l-iljieli. Xi drabi jigu maghhom in-nisa taghhom, tarahom isajru quddiem l-imkien tax-xoghol. Il-fqar li m’ghandhomx kumditajiet, filghaxija jhobbu johorgu u jsibu post bit-terf, ipoggu fuqu u hemm igawdu l-arja friska waqt li jithaddtu jew jilaghbu l-karti ghal sighat twal. Bhala trasport pubbliku ssib bosta tipi: taxis, mini-vans, karrozzi tal-linja, it-tramm u l-metro. Hemm taht, fil-kurituri tal-Metro, it-tfal ihobbu johduha bil-girja u wara ftit jizolqu fuq dak il-madum miknus u mizmum nadif. Inti tisma’ t-thaxkin ta’ qiegh iz-zarbun ma’ l-art, id-dahk tat-tfal, u tara tixref tbissima fuq wicchom, filwaqt li warajhom jimxu ommijiethom u missirijiethom. Ghall-fqar il-laham u l-hobz, fost l-ohrajn, huma ssussidjati mill-gvern. Anki l-edukazzjoni hija b’xejn. Hemm partijiet min-Nil li huma sbieh u miftuha. Rajt ir-river cruisers lussuzi u l-felukki primittivi. Fil-boghod il-qcacet ta’ tliet piramidi, dawk ta’ Giza. Matul l-iljieli gewwa shana toqtor l-gharaq jekk l-air-conditioner ma jkunx mixghul. Lehen il-muezzin jinstema’ mahnuq fuq il-loudspeaker ghal xi erba’ minuti. Il-kuntatt ma’ Allah fil-belt qed isir permezz tal-loudspeaker, m’ghadux live. Jinstema’ wkoll l-ghajat ta’ xi ghasafar mistura fis-sigar tal-madwar. Jidden xi serduq. It-traffiku jinstema’ ghaddej fil-boghod, il-hoss tal-magni u xi hornijiet ma jafx waqt ta’ mistrieh. L-ghajta “Allah hu l-akbar” terga’ tidwi b’sahhitha. Fl-isfond jinstemghu l-ilhna ta’ zewg muezzini ohra aktar imbieghda. Dan il-kor uman kmieni filghodu u fil-hemda tas-siegha bikrija bhal donnu johloq rabta bejn hawn isfel u hemm fuq, bejn il-prezent u l-imghoddi, bejn l-uman, id-divin u l-misterjuz. Drabi ohra tisma’ diehel mill-gallarija r-ritmu fuq tieghu tal-muzika lokali. Jekk tismaghha fl-ambjent fejn twieldet zgur li tinghogob hafna. “The night is still young” hija espressjoni li tapplika hafna ghan-nies tal-Kajr, li taf tiddeverti ruhha sas-sighat bikrija ta’ filghodu. Jekk titfi d-dwal u thares ’il barra tinduna li kull moskeja ghandha bozza hamra tnemnem fil-quccata tal-minarett taghha. In-Nil bil-lejl ghandu mill-orjentali, mill-magiku, kollu mdawwal u hajja. Imdawwla l-bini tax-Sheraton Hotel, il-Hilton, it-Tower of Cairo, il-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin u l-Broadcasting House. Bosta river cruisers ittrakkati ma’ Geziret Zamalek, f’nofs in-Nil. Felukki silenzjuzi u dghajjes imdawwla jdawru lit-turisti u lin-namrati, filwaqt li tisma’ n-noti tal-muzika lokali hierga mir-radjijiet li hemm fuqhom. It-tragitt favurit huwa dak li jghaddi minn taht is-6th October Bridge u t-Tahrir Bridge u jdur man-Nile Fountain li hemm ftit ’il boghod. Fis-sajf hemm il-hajja matul in-Nil fic-centru tal-Kajr: zghazagh, koppji u hbieb jippassiggaw mal-perimetru, night-clubs, gonna zghar fejn tara n-nies bilqieghda fi gruppi, gemghat ta’ zghazagh ipejpu. Hawn id-drawwa li l-irgiel u l-guvintur jimxu id f’id fit-triq. |gur tinnota li l-Egizzjani huma nies li jhobbu lit-tfal, u ghandhom sens kbir ta’ protezzjoni lejhom, anki jekk ma jkunux taghhom. Huwa poplu li jitbissem qatigh. Il-Metro ta’ l-ahhar - 12.30 a.m. - tkun iffullata bin-nies sejrin lura d--dar. Tara f’dan il-hin fuq il-vaguni tifel ibigh xi gazzetta lokali, ghaddej jirfed il-gemgha jghajjat l-isem tal-gurnal. Fuq il-gzira ta’ Zamalek hemm it-Torri tal-Kajr, gholi sittin sular. Minn fuq nett ghandek veduta mill-isbah: il-Hotel Meridien, l-isports club fuq Zamalek, il-pontijiet differenti li jaqsmu x-xmara, u n-Nile Fountain, li ma tahdimx dejjem. Tinduna anki minn hemm fuq li l-Kajr hija metropoli hawtiela ghall-ahhar. Fil-boghod tara l-piramidi ta’ Giza, mistura wara star ta’ shab irqiq, u mdawwrin bid-dezert. Fil-coffee shops lokali wiehed jista’ jpejjep ix-xixa li timla l-arja b’riha helwa. Bhala xorb sajfi tista’ tipprova jew lumi maghsur bl-ilma kiesah - ‘asr limuun - jew il-karkadej (hibiscus), xarba kulur l-inbid ahmar u l-frawli fl-istess hin li tigi servuta shuna jew kiesha. Xarba ohra komuni hafna hawn hija l-juice tal-mango. Dezerta lokali tajba hija Umm Ali li tigi servuta tahraq u li zgur tfakkrek fil-porridge Ingliz. Saqqara huwa post rurali fid-dezert fin-nofsinhar tal-Kajr. Gie mibdul f’art ghammiela permezz ta’ sistema ta’ kanali li gabu l-ilma min-Nil. Matul it-triq principali tara fillieri twal bla ma jispiccaw ta’ sigar tal-palm u bambu. L-ilma fil-kanal lewn ahdar-kannella, izda xorta tara t-tfal lewn il-karawett jitbahbhu u jilaghbu fih. Xi hmir marbutin ghad-dell ta’ sigra, baqar jirghu qrib il-kanal, u xi moghoz jixxabtu mal-hamrija tizzerzaq fil-gnub biex jixorbu. Fit-triq tara wkoll kerrejja, wahda wara l-ohra, imdallma minn gewwa, l-art bla madum, u wara l-bieb miftuh berah tilmah lil xi mara bilqieghda fl-art quddiem tagen kbir tlesti l-ikel. It-tfal b’xi rota ruhha fi snienha jew jilaghbu ghad-dell tal-palm. L-irgiel jilaghbu l-karti (inzerta jum il-mistrieh, il-Gimgha) go xi gharix tal-qasab lewn id-deheb, bhalma lewn id-deheb huma l-piramidi, l-isfingi u r-ramel. Aktar ’il quddiem issib bosta fabbriki li jipproducu t-twapet Egizzjani, u xi hwienet tal-fwejjah. Il-piramidi - imponenti, mhux biss fl-ispazju izda anki fiz-zmien. Mistoqsija li ghaddiet minn mohhi kienet din: ghala dak il-hela ta’ spazju kollu biex jindifnu persuna jew ftit persuni? Jew hemm xi hwejjeg li ghadna ma nafux bihom? Li kieku ma kienx ghat-turisti l-piramidi kienu jithallew wahedhom, dezolati. Ghaliex illum il-piramidi jigu pprofanati, umiljati, kuljum, minn eluf, inkluz jiena? Eluf ihallsu l-flus biex jigbdu ritratt, xejn izjed. Ghalija l-piramidi huma esperjenza mistika: igaghluk thares ’il fuq, vertikalment, lejn is-sema. Id-dezert igaghlek thares orizzontalment, ’il boghod, sakemm harstek tintilef fix-xejn. Thares ’l isfel u tara r-ramel, u forsi jghaddilek minn mohhok li int wahda minnhom, quddiemek xi haga enormi u misterjuza, massicca, stabbli, li ilha hemm ghal zmien twil, u li tibqa’ ghal zmien twil wara mewtek, il-piramida. Hdejn il-piramida mghawga ta’ Dahshour, izjed ’l isfel minn Saqqara, smajt ir-rih jonfoh u jinghi, hassejt ix-xemx tahraq fuq gildi, rajt ir-ramel jaghmel passi ta’ nemla, ir-ramel li kapaci jghatti bliet shah, ir-ramel Ii jqarmec taht kull pass li naghti. Laqtuni l-gebliet imlewna, eluf minnhom, li hemm madwar il-piramidi, jew lixxi mahduma mir-ramel ta’ eluf ta’ snin, jew bhal minquxa, opri ta’ l-arti, skulturi naif. Bosta nies tal-post jistaqsuk mil-liema pajjiz gej. Meta sar jaf li jiena minn Malta wiehed minnhom wegibni “No trees in Malta”. Spiss il-gzira taghna hija maghrufa mal-barranin bhala l-gzira ta’ bla sigar, u trid tmur barra biex tinduna kemm dan huwa minnu. Hasra. Hdejn il-moskeji jkun hemm viti apposta biex il-fidili jinhaslu qabel ma jidhlu fit-tempju ghat-talb li jsir hames darbiet kuljum. Tista’ tinzerta lil xi hadd jirrecta xi sura mill-Koran, mitfugh gharkubbtejh fl-art anki fl-ajruport int u tistenna filghodu kmieni. Ma tarax irgiel lebsin ix-xorts, hlief xi tfal, u rari xi zaghzugh jiggoggja fi grupp ma’ hbiebu. Wisq probabbli dawn ikunu jaghmlu parti minn xi tim sportiv lokali. Hija tendenza li jintlibsu qomos bil-kmiem twal anki matul is-sajf. Forsi hija kwistjoni ta’ eleganza? Il-Hadd mhuwiex jum ta’ mistrieh hawnhekk. Minfloku l-Egizzjani jistriehu nhar ta’ Gimgha li huwa jum it-talb. Fit-toroq tilmah bosta rgiel lebsin il-galabija bajda u nadifa tazza. Inqas traffiku, ghallinqas filghodu. Twila kemm hi twila l-btala dejjem hemm tmiem ghaliha. Fit-triq lura lejn l-ajruport ghaddejna minn Heliopolis fejn tara bosta bini modern, fosthom lukanda ohra tax-Sheraton. F’din is-siegha bikrija rajt ic-~ittadella milquta minn dawl safrani qawwi hemm fuq fil-gholi, u matul it-triq is-siluwetti ta’ mitt moskeja. Huwa spettaklu sabih li ghandu mill-holm u mill-hrejjef orjentali fl-istess hin. Il-minaretti mixghula bi dwal dehbiena fuq in-naha l-ohra tat-triq. Tajjeb li nispicca b’espressjoni li tintuza hawnhekk: “Juqaddinu fi Malta”. Din tfisser jitkellem ghalxejn, hadd ma jaghti kasu, minn jidden. Jafu li f’Malta m’hemmx Musulmani. Ghad nerga’ nzuru dan il-post. Patrick
J Sammut
|
Fuq ix-xellug qed jisbah, ix-xefaq trikolor - ikhal mitfi, orangjo u ahmar skur.
|