• Information 
  • Interview
  • Poetry 
  • Prose
  • Authors
  • New Writers
  • Social Articles  
  • Photo Gallery 
  • Contact Email
  • Paul P. Borg - poeta

     
    Paul P. Borg twieled Hal Balzan fl-1949. Ghex f’B’Kara, imma qatta’ parti kbira minn tfulitu jigri fil-berah ta’ Selmun fejn tghallem jikber, jghix u jirrispetta l-ambjent u l-hlejjaq naturali fil-varjetajiet kollha taghhom. Borg huwa l-aktar maghruf ghall-kitba ta’ proza. Kiteb bosta rumanzi bhal Dal-lejl gie Alla, Bejn mara u qassis, Minn fuq ghal isfel, Gheluq, Anna, u Cikku Fenech - Il-qtil, il-harba, il-bidwi. Hareg ukoll bosta novelli f’gabriet bhal Bezghat u Demghat (din ta’ l-ahhar harget ftit tal-gimghat ilu), flimkien ma’ zewg volumi mdaqqsa li jittrattaw il-Maltin u s-snajja’ taghhom.

    Illum Paul P. Borg hu wkoll l-awtur ta’ ktieb ghat-tfal bl-isem ta’ Qari Malti, bid-dedika li tghid hekk: “Lill-ghalliema kollha, l-aktar dawk ta’ l-ilsien Malti ghax iridu jkunu huma fost l-ewlenin li jkebbsu u jsahhu fit-tfal taghna l-imhabba lejn l-ambjent, lejn il-kultura taghna u lejn dak kollu li jaghtina identita’”. Dedika bhal din tintrabat direttament ma’ l-ghan ewlieni ta’ Paul P. Borg prozatur u poeta. Iva, ghax ftit huma dawk li jafu li dal-kittieb jikteb ukoll il-poezija. It-temi jixbhu hafna lil dawk ittrattati fil-qasam tal-proza: imhabba bejn ragel u mara; il-gibda lejn in-natura; tigrib il-hajja; il-meta-poezija; il-problemi socjali u t-tema ambjentalistika.

    L-aspett ambjentali u socjali

    Paul P. Borg huwa bniedem li jiehu l-kwistjoni tal-qirda ta’ l-ambjent bis-serjetac, tant li mhux l-ewwel darba li kiteb artikli shah dwar dil-problema anki f’bosta gazzetti lokali, bil-Malti u bl-Ingliz. Huwa aspett li jigi ttrattat minnu kemm fil-kitbiet ta’ proza, kif ukoll fil-poezija. It-tema ambjentalistika ghal Borg spiss tintrabat ma’ problema socjali b’sahhitha fil-kuntest Malti: l-apatija. Hekk fil-poezija . . .f’dal l-ewwel jum tas-sajf. . jinsisti fuq il-vers “u ahna dhakna qisu mhu jsehh xejn” ghal bosta drabi. L-idea hija din: bhalma s-sajf igib mieghu nixfa u qirda fil-kampanja Maltija, hekk ukoll il-progress “fint’ li jwarrab il-wirt ta’ l-imghoddi biex iwelled djar godda u toroq, igib bil-mod il-mod nixfa fil-qasam ambjentalistiku.

    L-ambjent u s-socjali jergghu jidhru fil-poezija Gheluq:

    “la twellidnix.
    Biex ma nismax dal-gens bla Lsien, ja ommi.
    Biex ma narax dal-gens bla ruh, ja ommi.
    Biex ma nxommx l-ghelieqi mharrbta, ja ommi. .”

    Il-poeta fetu jirrifjuta li jitwieled f’pajjiz fejn m’hemm rispett la lejn l-ilsien u lanqas lejn l-art. Ghalhekk dak taghna huwa pajjiz fejn jahkmu gheluq, djieq u swidija, anki fuq livell ta’ mentalitac. Dan il-hsieb jintrabat mal-poezija Il-mithna tax-Xarolla: huwa veru li r-rih tal-bidla tajjar mieghu “zmien hiemed/ mimli guh u ghaks/ u sliem u nghas/ u dlam li dam”. Imma fuq in-naha l-ohra ha mieghu wkoll elementi pozittivi li ntilfu darba ghal dejjem bhall-“imhabba ghal dil-art/ u l-gherf qadim/ li kellu t-tahhan ix-xih”. Il-mistoqsija li jistaqsi Borg hija din: ahna l-Maltin tal-prezent kemm ghadna nhobbu dak li habbew u kibru mieghu missirijietna, fosthom l-art?

    It-tema ambjentalistika tidher ukoll f’L-ghasfur li ma tarx. . . fejn jitqieghdu wicc imb wicc l-innocenza ta’ holqien zghir bhalma huwa l-ghasfur u l-mohqrija tad-dinja tal-bniedem, u f’L-ghajta tac-cinju. F’din ta’ l-ahhar il-poeta jsir cinju li jinnarra l-vjagg li mill-helsien ta’ artijiet imbieghda jwasslu ghall-mewt li tahkem is-smewwiet ta’ gziritna. Din hija poezija li tibqa’ attwali f’dil-gzira fejn jahkem il-barbaru bis-senter f’idejh: basta tisma’ l-ahbarijiet jew tiftah gurnal lokali. Ironikament, Malta hija gzira fejn jabbondaw knejjes fuq naha u snieter fuq in-naha l-ohra. Lejn l-ahhar tal-poezija, it-tema ambjentalistika tintrabat mal-passjoni ta’ Kristu:

    “Fuq kull warda ma rajtx ’l Alla,
    ma’ kull ziffa smajt twerziqa,
    ma’ kull rih ir-ruh ghaddejja
    fuq kull xaghra li zvergnaw
    fuq kull ghalqa li wittew
    u kull zokk maqtugh ghalxejn.
    U mas-sigra f’qiegh il-wied
    Qalb intejjen, bottijiet,
    rajt lil Alla ghadu msallab,
    jinghi, jibki d-demm li hela. . .”

    Poeziji ta’ xejra socjali huma wkoll Hallini nibki ja Mulej u Passjoni prematura. Fl-ewwel wahda jesprimi l-ghadab u l-ugigh li jinsab fih minhabba l-problemi li qed jghawru lil Malta llum: qirda ta’ l-ambjent u l-hlejjaq naturali, qirda ta’ l-Ilsien Malti, u l-apatija tal-bosta. F’Passjoni prematura jikteb li l-mewt ta’ Kristu fuq is-salib ma swiet ghalxejn ghax il-bniedem ghadu qarrieq u mhux veru li tnaddaf mid-dnub:

    “Mewtek hi festa. Mewtek quccata ta’ dahk u zufjett.
    Mewtek hi dahka. Mewtek hi zifna. Mewtek tibjid ta’ l-ucuh.
    Mewtek zarzira fil-hemda tar-ruh.
    Mewtek hi karba fid-dlam ghand ghami u trux.
    Mewtek hi l-buffu jitqalleb fir-ruh.”

    Ghalhekk krimini bhall-abort, il-gwerra, id-droga, u mard bhall-Aids u l-kancer huma l-ekwivalenti tal-qtil ta’ Kristu fuq is-salib. Ir-rabta bejn Alla u l-aspett ambjentalistiku terga’ tixref b’sahhitha anki f’. . .il-kilba ta’ poeta. . . Il-bniedem irrifjuta l-imhabba t’Alla ghax warrab dak li snin ilu Alla halaq ghal kulhadd:

    “Imbaghad ghaddew is-snin:
    ftit trab ma baqa’ mkien
    inbnew kollha l-widien. . .
    twittew il-wileg kollha
    li Alla f’telf ta’ genn
    kien holoq ghall-bnedmin:
    u gharrex ragg il-lejzer
    u fittex b’reqqa, fittex,
    ihares kullimkien;
    izda lill-hmar bahnan
    ma seta’ jsibu mkien. . .”

    Tigrib il-hajja u l-versi ta’ l-imhabba

    Paul P. Borg poeta ghandu wkoll versi li jittrattaw semtimenti bhalma huma imhabba, ugigh il-qalb, sens ta’ paternitac, u forzi bhalma huma l-hajja u l-mewt. Kien Alla. . . hija poezija li tittratta waqt ta’ dlam, “rih isfel u swied il-qalb”. Jikteb dwar it-telfa ta’ iben li ma twelidx u ghalhekk dwar l-ugigh ta’ missier li jara l-holm tieghu ta’ genitur jiggarraf u jisfa fix-xejn.  Ghall-mistoqsija “Ghaliex bghadtu l-kenn ta’ gufha, bniedem zghir?”, il-poeta jfittex twegiba fil-maqdes jew fost in-natura (“u imrieghed u bezghan fittixt f’qalbi/ ghat-twegiba, gharrixt ruhi u madwar”). Hija poezija fejn jahkem il-patos estrem waqt dan l-indirizz monologu lill-“fetu zghir”. Borg jinduna kemm il-bniedem huwa vulnerabbli, “waqt li barra d-dagha u l-hmieg ghadu ghaddej/ u t-tkissir. . .” L-ixbihat naturali jsiru simboli li jwasslu dak li hass il-poeta missier f’waqt bhal dan.  Fl-ahhar parti Borg jorbot flimkien  tliet generazzjonijiet:

    “Imbaghad rajt jien f’qalbi fgata u mugugh
    lil missieri minn gol-qabar qalb ic-cpar
    ta’ Rdum il-Bies, qieghed jgharrex gewwa l-hsieb
    b’hars ta’ hniena ghal fuq ibnu qalb il-blat
    iwennisni, jibki mieghi iben zghir. . .”

    Il-poeta missier jerga’ jidher f’. . .u Alla jsikket lil dan hsiebi. . . Minkejja l-imhabba ta’ wliedu u martu, ihossu mnikket u mahkum mid-dlam. Forsi qed ihoss il-mewt fil-qrib? F’imxejtha kollha t-triq . . il-hajja hija mifhuma bhala vjagg mimli hofor u wgigh. Ghalhekk il-mewt tinftiehem bhala tmiem li joffri s-serh ahhari:

    “issa nistenna b’sabar
    is-serh hanin tal-qabar”.

    Dwar l-imhabba Paul P. Borg jikteb hafna. F’Jekk ninsa nhobb jasal ghal dan il-hsieb universali: fejn m’hemmx l-imhabba hemm ix-xejn. F’Lilha juri x-xewqa li hu u l-mahbuba jterrqu flimkien, imma wehidhom, fis-sliem. Versi bhal dawn li gejjin ghandhom mir-ritmu ta’ xi  poeziji ta’ Anton Buttigieg (bhal Bomblu Ghana):

    “wehedna irrid
    li nimxu id f’id
    f’gherien u widien
    fis-sabar fis-sliem
    mill-hemm mehlusin
    bi hsieb minghajr kliem
    li joghla ’l fuq
    u jhenni il-qlub
    bhall-ghana t’ghasfur
    f’harruba mistur”.

    Fl-ahharnett fil-poezija . . .fi hdan l-eternitac l-isbuhija naturali ssir haga wahda mas-sentiment ta’ l-imhabba: it-tnejn ghandhom mis-safa u joffru serhan.

    Dwar il-poezija

    Paul P. Borg jittratta wkoll it-tema tal-metapoezija, jew ahjar, jikteb dwaru nnifsu bhala poeta fl-istess versi tieghu. F’ Salisbury fis-Sajf  jikteb hekk:

    “Gharaftu il-wicc b’iehor, xemx u xita!
    U biex nissielet ghandi biss il-qalb.
    U l-poezija.”

    Mela l-poezija hija mezz kif il-poeta jiggieled kontra l-ostakli li jiltaqa’ maghhom matul il-hajja. Minn tieqa l-ferrovija tiehu l-forma ta’ indirizz dirett lill-Mulej li jitqabbel ma’ poeta ghax halaq il-gmiel kollu li quddiemu qed jilmah il-poeta:

    “flok f’Kelma qlibt l-imhabba u f’Hoss il-hsieb
    imheggeg u mixghul bil-poezija
    minn tieqa l-ferrovija. . .”

    Mill-banda l-ohra, f’Arlogg qadim P.P.Borg jitlob biex jerga’ jintlaqat mill-Muza. Tohrog mill-versi l-idea Platonika tal-poeta mignun. Hemm qawwa divina fil-poeta li jinhakem mill-muza. L-istess idea tal-poeta mignun narawha f’. . .il-kilba ta’ poeta. . .: did-darba l-poeta jidher bhala “hmar bahnan” ghaliex hu difensur u mahbub ta’ l-ambjent naturali u tal-wirt storiku  marbut ma’ dan l-ambjent. Jekk tintemm in-natura jintemm ukoll il-poeta.

    Borg jirreferi ghall-forza tal-kitba poetika fil-poezija Wara x-Xlendi, fil-frazi qasira “u naqbad b’lapes jahraq”. Dal-lapes isejjahlu “skalpell f’idejja” fil-poezija Taht il-Ballut. Mela l-poeta huwa dak li kapaci johloq mix-xejn grazzi ghal forza specjali li titwieled minn go fih, bhalma jaghmel kull artist, pittur, skultur u l-bqija. Fl-ahharnett ta’ min isemmi l-poezija Passjoni prematura ddedikata lil poeta lil m’ghadux maghna, Carmel Attard, habib kbir ta’ Paul P. Borg.

    Bhala kittieb Paul P. Borg jista’ jissejjah all-rounder. Fil-hajja ta’ kuljum hadem fil-qasam ta’ l-industrija, u anki bhala ghalliem. Huwa ggradwat kemm fil-qasam tat-teknika u tax-xjenza, kif ukoll f’dak tal-letteratura. Fuq kollox ghandu ghal qalbu dak kollu li jaghmilna Maltin u jistinka qatigh biex jghinna nifthu ghajnejna ghat-tajjeb li hallew warajhom missirijietna u nahsbu ghal dawk li gejjin warajna. Dak li hu taghna bhala Maltin illum huwa biss misluf lilna. 

    Patrick Sammut
    (Awissu 2002)
    [email protected]

    _______________________
     
     
     
     
     


    websajt disinjata u mhejjija
    minn Stephen Cachia
    Hosted by www.Geocities.ws

    1