|
|
| Hsibijiet u energija alternattivi Fl-ahhar qed isiru xi hwejjeg bis-sens. Hija inizzjattiva kuragguza u mill-isbah il-progett taz-zrigh mill-gdid ta’ xi 170 elf sigra madwar il-gzejjer Maltin. U hija wkoll idea tajba li bosta minn dawn is-sigar jithawlu mill-generazzjoni zaghzugha halli sigar u tfal jikbru u jimmaturaw flimkien u ghalhekk jitwieled dak ir-rispett lejn l-ambjent naturali li donnu nieqes sewwa fost il-generazzjonijet tal-lum. Tajjeb li l-awtorita' kkoncernata tiftakar li progett bhal dan jiehu fit-tul u mhux marbut biss mal-waqt prezenti: jehtieg li jkun akkumpanjat minn progetti ohra ta’ manutenzjoni, ghallinqas sakemm is-sigar jaqbdu sewwa. Hemm min ilu li nduma li l-masgar tal-Buskett qed imut mewta naturali proprju ghax wasal fi tmiem ic-ciklu naturali tieghu. Kienu l-Kavallieri li holquh mix-xejn u zraw ammont kbir ta’ sigar f’abitat mhux daqstant naturali ghalihom. Imma l-esperiment taghhom kien success. Hadd ma haseb peroc biex jizra’ sigar zghar li xi darba ghad jiehdu post dawn is-sigar xjuh sekli shah. U l-post huwa limitat hafna bhala spazju. Minbarra dan kollu, ghandhom jigu impjegati persuni professjonisti li jzommu ruhhom aggornati dwar l-izvilupp ta’ dawn is-sigar minn zmien ghal zmien, jistudjaw l-impatt ta’ l-ambjent fuqhom - inkluz it-tniggis ta’ l-arja u l-ghejun ta’ l-ilma safi -, u jharsuhom minn attakki ta’ vandalizmu. Barra minn Malta hemm fakultajiet apposta fi hdan l-akbar universitajiet li jharrgu lil min hu interessat bis-serjetac kemm fil-kamp prattiku, kif ukoll fil-kamp teoretiku u xjentifiku. Nafu li Malta u Ghawdex huma gzejjer spiss mahkuma minn irjihat qawwija u ohrajn anqas qawwija. Huma gzejjer milquta minn shana kbira matul l-istagun tas-sajf u fejn ix-xemx ma tonqosx lanqas fl-istaguni l-ohra. Huma gzejjer u ghalhekk huma mdawra mill-bahar, ghajn iehor ta’ energija, l-iktar fejn tidhol energija bhalma hija dik tal-fluss ta’ l-imwieg. Ir-rih, ix-xemx u l-mewg huma tliet ghejun ta’ energija li hawnhekk ftit jittiehdu bis-serjetac. Hemm “professuri” jew ministri li jsostnu li hu kamp li jehtieg wisq flus biex l-ideat jinbidlu xi darba f’xi haga prattika u konkreta. Ghall-gvernijiet tal-passat u tal-prezent din qatt ma kienet ghalqa li ta’ min tinvesti fiha. Li tinvesti fis-sahha tal-Maltin tal-prezent, u aktar u aktar tal-gejjieni, qatt ma kienet raguni valida bizzejjed biex jigu investiti ammonti kbar ta’ flus f’qasam mhux esplorat bhal dan. U dan minkejja li l-pajjizi ta’ l-Ewropa tat-Tramuntana ilhom ihaddmu u juzaw dawn is-sorsi ta’ energija naturali ghal snin twal. Ahna fuq din il-gebla f’nofs il-Mediterran nippreferu ninvestu fil-kura (azma, kankru, ulceri u l-bqija) milli fil-prevenzjoni. Intant hawn Malta l-irjieh jonfhu kontra l-faccati tad-djar taghna b’ghadab liema bhalu, u jservu biss biex iharrku l-bnadar fuq il-bjut u biex inixxfu l-hasla ta’ kuljum. Ix-xemx tikwi u tiddi filwaqt li ahna negherqu l-gharaq u ninhaslu kull siegha. Il-mewg ihabbat bir-rabja mal-blat li jiekol bil-ftit il-ftit. U ahna nharsu, mikula mill-apatija, nibilghu d-diskorsi rzina tal-politikanti li jridu jikkonvincuna li qed jaghmlu minn kollox biex Malta tidhol fl-Ewropa. Nippreferu nghattu t-twieqi digac zghar taghna b’purtieri mill-isbah, inbarru d-dawl naturali matul il-jum, u minflok ninqdew bid-dawl artificjali li aktar kemm jghaddi z-zmien aktar qed isir jiswa kemm f’termini finanzjarji, u iktar u iktar f’termini ta’ sahha fizika. Basta niehdu bhala ezempju d-dhahen velenuzi li l-power stations jarmu fl-arja, u mhux biss, siegha wara l-ohra. Jehtieg li nifthu ghajnejna. Kull darba li nghaddi qrib ghadd ta’ sigar migmugha flimkien, kwazi kwazi nisma’ lehen li ghandu mill-ihirsa jkellimni. Hu lehen li jidwi sa l-ibghad gheruq u garigori li jwasslu sac-centru tad-dinja. Hu lehen li jitkellem dwar dawn il-gzejjer fl-ibghad zminijiet, gzejjer miksija bis-sigar, inkluza l-balluta. Hu lehen jghajjat ghajta mugugha u jistedinna biex immorru lura ghall-gheruq. Djar fejn noqoghdu hawn kemm trid, daqs kemm hawn djar vojta u abbandunati, mhux uzati. Ta’ min nibdew naraw jaqa’ ftit minn dal-bini u minfloku nergghu naraw jiehdu l-hajja rqajja’ hodor. M’hermmx isbah minn central strip jew roundabout imlewna bil-fjuri tal-qarsu, tal-gargir jew tal-lellux, kif qed ikun hemm bhalissa fi zmien ir-rebbiegha. Nippreferu nahartu dan il-gid u din l-isbuhija naturali biex minflok nizirghu fjur artificjali. M’hemmx isbah minn triq imdella mis-sigar gholjin sulari fuq kull naha, minn masgar, anki jekk fi spazju limitat bejn bini u iehor. Ghadna ma skoprejniex verament x’jistghu joffru lid-dinja moderna u zviluppata dawn il-gzejjer li jmorru lura fis-sekli qatigh. Jew ippreferejna nwarrbu fil-genb l-gherf ta’ missirijietna u nitwahhdu mal-kumditajiet qattiela tad-dinja globalizzata.
L-aqwa l-ambizzjoni tal-mument. Il-bqija nigu naqghu u nqumu minnu! ______________________________________ |