Imbaghad tghodd seba’ gimghat ta’ snin, seba’ snin ghal seba’ darbiet li jgibu disgha u erbghin sena. U ddoqq it-tromba fl-ghaxra tas-seba’ xahar, f’jum l-espjazzjoni u ssemmghu t-trombi ma’ artkom kollha. Tqaddsu intom il-hamsin sena u tniedu l-helsien fl-art lil kull min jghammar fiha. Tkun is-sena tal-Gublew ghalikom: kull wiehed jerga’ ghal li kellu u ghal ma’ niesu - (Levitiku 25: 8-10).
Din is-silta mill-ktieb tal-Levitiku turi kif ic-celebrazzjoni tal-Gublew ssib l-gheruq taghha fit-tradizzjoni Biblika Lhudija. Fil-fatt anke l-kelma Gublew gejja mill-kelma jobel li hi l-kelma Lhudija ghat-tromba li biha kien jissejjah il-Gublew. Il-Gublew Lhudi kien zmien ta’ ferh u ta’ celebrazzjoni ghax kien jaghti l-mahfra, specjalment tad-dejn; kien jaghti l-liberta’ lill-ilsiera; helsien minn kull xorta ta’ xkiel; u kien iserrah lill-art! Kollox kellu jerga’ lura ghal li kien: bidu gdid, tama gdida! (Ara Levitiku 25).
Il-Milja f’Gesù
It-tifsira tal-Gublew bhala sena ta’ grazzja lahqet il-milja taghha, u t-tifsir profond taghha, f’Gesù li habbar is-sena tal-grazzja fis-Sinagoga ta’ Nazaret:
L-Ispirtu tal-Mulej fuqi,
ghax hu kkonsagrani.
Baghatni nhabbar il-helsien lill-imjassrin,
nwassal il-bxara t-tajba lil-fqajrin,
u d-dawl mill-gdid lill-ghomja,
nrodd il-helsien lill-mahqurin
u nxandar sena tal-grazzja tal-Mulej (Ara Isaija 61, 1-2; Luqa 4, 18-19).
Imbaghad qalilhom: Din il-kitba sehhet illum intom u tisimghu (Luqa 4, 21). B’hekk Gesù wera li fil-persuna tieghu Alla wettaq il-weghdiet tieghu. Il-vera helsien issa jinkiseb fil-Mulej Gesù.
Il-Gublew fil-Knisja
L-ewwel Gublew fil-Knisja ssejjah mill-Papa Bonifacju VIII fis-sena 1300 AD. Il-Papa Bonifacju sejjah il-Gublew minhabba l-migja kbira ta’ pellegrini f’Ruma fis-sena 1300 ghax kienu jemmnu li sena centinarja kellha tkun meqjusa bhala sena ta’ mahfra u rikonciljazzjoni. Ghalhekk bil-Bulla Antiquorom habet digna fide relatio tat-22 ta’ Frar 1300, il-Papa stabilixxa Gublew Universali: kull mitt sena bil-helsien mill-htija u mill-pieni.
Il-Papa Klemet VI fi zmien ta’ taqlib ghall-Knisja meta l-Papa kien eziljat gewwa Avignone kien mitlub mir-Rumani jerga’ lura f’Ruma u jsejjah Gublew. Il-Papa mexa fuq id-drawwa Lhudija ta’ harnsin sena u sejjah il-Gublew tal-1350.
L-iskadenza ta’ hamsin sena malajr inbidlet f’dik ta’ tlieta u tietin sena, daqs kemm dam Kristu jghix fid-dinja, minn Papa Urbanu VI li sejjah Gublew bil-Bulla Salvator Noster Unigenitus. Aktar tard, il-Papa Pawlu II ried li mill-Gublew tal-1475 il-Gublewijiet ikunu ccelebrati kull 25 sena, izda miet bla ma kien lahaq wettaq dan it-tibdil. Is-successur tieghu, il-Papa Sistu IV wettaq din id-decizjoni bil-Bulla Salvator Noster Dei Patris tas-26 ta’ Marzu 1472. L-iskadenza ta’ hamsa u ghoxrin sena kellha tibqa’ ssehh fiz-zminijiet ta’ wara.
Ghaldaqstant il-Papiet sejhu Gublewijiet skond dawn l-iskadenzi u dawn jissejhu Gublewijiet Ordinarji li s’issa minnhom kien hemm 26. Gie li wkoll Papiet sejhu Gublew mhux skond dawn l-iskadenzi minhabba xi rikorrenzi specjali jew inkella minhabba xi esigenzi urgenti fil-Knisja. Dawn jissejhu Gublewijiet Straordinarji u minn dawn kien hemm 13.
Il-Gublew il-Kbir tas-Sena 2000
Nistghu nghidu li dan il-Gublew ilu fil-qalb tat-Papa Gwanni Pawlu II minn meta sar Papa. Fil-fatt jidher li hafna mill-hidma tieghu kienet biex igib hajja gdida fil-Knisja li tilhaq il-qofol taghha bic-celebrazzjoni ta’ dan il-Gublew il-Kbir li ghandu jkun is-sena tal-grazzja ghall-Knisja fil-mument storiku ta’ bhalissa.
Fl-1983 il-Papa Gwanni Pawlu II nieda Gublew Straordinarju fl-okkazjoni tat-1950 sena mir-Redenzjoni (il-Papa f’dan il-kaz haddem l-iskadenza tat-33 sena). Fl-1987 l-istess Papa ordna Sena Mqaddsa Marjana ad unur tal-Vergni Marija; u fl-1994 ppubblika l-Ittra Appostolika Tertio Millennio Adveniente li tat programm ta’ thejjija ghall-Gublew il-Kbir. Fl-Ewwel Hadd ta’ l-Avvent tat-1998 sejjah il-Gublew il-Kbir bil-Bulla Incarnationis Mysteriurn.
F’din il-Bulla, bhal ma spjega fl-Ittra Appostolika Tertio Millennio Adveniente, il-Papa jurina x’inhurna s-sinjali ta’ grazzja ta’ dan il-Gublew: il-Pellegrinagg; il-Bieb Imqaddes; u l-Indulgenzi. Ma’ dawn is-sinjali li nsibuhom f’kull Gublew, il-Papa uriena zewg sinjali godda ghal dan il-Gublew il-Kbir: it-tisfija tal-memorji mill-izbalji tal-passat u t-talba ta’ mahfra ghalihom; u t-tifkira tal-martri (ta’ dawk li taw xhieda b’hajjithom, sahansitra sal-mewt) ta’ zmienna.
Il-Papa Gwanni Pawlu II ma naqasx ukoll li jaghfas fuq l-aspett socjali u ta’ karità tal-Gublew. Fil-fatt ghamel kampanja shiha biex il-pajjizi s-sinjuri jiehdu l-okkazjoni tal-Gublew biex jahfru d-dejn tal-pajjizi l-foqra; kif ukoll mexxa moviment biex jinhafru l-pieni tal-mewt u jinbidlu f’sentenzi ta’ habs.
Fil-qosor
Gublew huwa zmien ta’ ferh minhabba l-effetti tieghu fuq il-hajja tal-poplu. Gublew mghix sewwa ghandu jkun grajja ta’:
1. Barka specjali: sena tal-grazzja
2. Rikonciljazzjoni u mahfra: m’Alla u ma’ xulxin
3. Qsim u ta’ karita: il-gid jinqasam b’mod aktar gust u kull wiehed
jghin lill-iehor.
4. Ringrazzjament u tifhir: nghollu lill-Mulej ghal imhabbtu maghna
5. Tigdid: l-iskop ahhari tal-Gublew li nakkwistaw il-helsien ta’ ulied
Alla.