Il-gublew tat-twelid ta’ Gesù jsejhilna sabiex:
“inhabbru l-helsien lill-imjassrin,
inwasslu l-bxara t-tajba lill-fqajrin
u d-dawl mill-gdid lill-ghomja,
nroddu l-helsien lill-mahqurin.” (Luqa 4, 18)
Bhala dixxiplu ta’ Gesù fil-millenju l-gdid jiena nwieghed li:
Nitlob regularment ghal aktar gustizzja u paci.
Nitghallem aktar dwar it-Taghlim Socjali tal-Knisja u s-sejha taghha ghall-protezzjoni tal-hajja, ghall-ghajnuna ghall-foqra u ghall-harsien ta’ l-ambjent.
Naqsam fruntieri ta’ religjon, razza, kultura, sess u sitwazzjonijiet zvantagguzi.
Nghix hajja xierqa fil-familja, fl-iskola, fuq ix-xoghol, fis-suq u fl-arena politika.
Naqdi lil dawk fqajrin jew dghajfin u maghhom naqsam aktar hin u l-kapacitajiet tieghi.
Inheggeg u nappogga mizuri pubblici li jiharsu l-hajja umana u jgibu ‘l quddiem id-dinjita tal-bniedem, jindukraw il-holqien u jsahhu l-paci.
Ninkoraggixxi lill-ohrajn biex jahdmu ghall-imhabba, gustizzja
u paci akbar.
---------------------------------------------------------------------
Firma
L-imhabba ghall-ohrajn, fuq kollox l-imhabba ghall-fqar, li fihom il-Knisja tidentifika lil Kristu nnifsu, titwettaq jekk il-gustizzja tingieb il-quddiem – (Papa Gwanni Pawlu II, Centesimus Annus, nu. 58). Il-Gublew joffri opportunita lill-Insara li jgeddu l-impenn taghhom li jghinu lill-foqra u jistinkjaw ghall-gustizzja u ghall-paci fil-millenju l-gdid. Bhal ma ddikjara l-Papa Gwanni Pawlu II : “|gur irid jinghad illi l-impenn ghall-gustizzja u ghall-paci ... huwa kundizzjoni mehtiega ghall-preparazzjoni u c-celebrazzjoni tal-Gublew” - (Tertio Millenio Adveniente, nu. 51)
Il-Weghda Gubiljari tinstilet mit-temi principali tat-Taghlim Socjali tal-Knisja Kattolika:
Il-Hajja u d-Dinjita tal-Persuna Umana.
Sejha lill-Familja, Komunita u Partecipazzjoni.
Drittijiet u Dmirijiet
Ghazla ghall-Foqra u ghad-Dghajfin.
Id-Dinjita tax-Xoghol u d-Drittijiet tal-Haddiema.
Solidarjeta
Harsien ta’ l-Ambjent.
L-insara mhegga jqisu l-weghda (gubiljari) bhala l-elm ta’ l-impenn taghhom li jwiegbu ghas-sejha ta’ Gesu: “Hobb lil ghajrek bhalek innifsek” (Mark XII, 31). Madankollu, aktar milli jwieghdu, l-insara ghandhom isibu l-mezz kif iwettqu l-weghda, kif isahhu sehemhom fl-ghajnuna ta’ dawk fil-bzonn u kif jahdmu u jirsistu ghat-tkabbir tal-paci u tal-gustizzja kemm f’pajjizhom kif ukoll barra minn arthom.
KIF TIBDA:
Il-Weghda Gubiljari dwar l-Imhabba, il-Gustizzja u l-Paci mhix sempliciment l-iffirmar ta’ bicca karta. Hija mpenn ghall-azzjoni. Biex taghmel il-weghda ahseb sew fuq dawn it-tliet rakkomandazzjonijiet:
Irrifletti, bl-ghajnuna tat-talb, dwar il-weghda li tidher fil-bidu ta’ dan il-fuljett. Iffirmaha u zommha fejn tfakkrek fl-impenn tieghek li twettaqha.
Ahseb dwar kif diga qed tghin lill-foqra u kif qed tahdem ghall-gustizzja u l-paci f’kull qasam tal-weghda. Fittex qasam jew aktar li tahseb li tista’, jew ghandek bzonn, ittejjeb.
Sib mezzi specifici adattati biex issahhah fejn ghandek bzonn ittejjeb u agixxi skond il-weghda.
ITLOB : Meta titlob irrifletti dwar fejn kellek success jew fejn ma rnexxielekx li taqdi lil min hu anqas ixxurtjat minnek, jew li thabrek ghall-gustizzja u l-paci fil-hajja tieghek ta’ kuljum. Fit-talb tieghek tinsiex lil min hu fqir jew dghajjef. Ikkommetti ruhek li kull jum taghzel grupp partikulari, regjun fid-dinja, jew uhud li ntlaqtu minn xi gwaj dan l-ahhar u tiftakar fihom fit-talb tieghek u fit-talb tal-familja.
TGHALLEM: It-Taghlim Socjali tal-Knisja huwa minjiera abbundanti ta’ materja prima ghall-bini ta’ socjeta gusta kif ukoll ghall-hajja ta’ qdusija minkejja l-isfidi tas-socjeta moderna. Minn zmien ghal zmien aqra dwar xi aspett tat-taghlim socjali nisrani.
ILHAQ: Ibni pont li jaqsam il-fruntieri tar-religjon, razza, kultura u lingwa, sess u zvantaggi. Aghmel sforz specjali biex tirrispetta u tittollera lil kull min ma jaqbilx mieghek fil-parrocca, fost il-girien, fl-iskola, fuq il-post tax-xoghol jew f’xi ghaqda rivali. Jekk tgawdi pozizzjoni fejn bid-decizjonijiet tieghek se taffettwa lil ohrajn qis sew jekk intix qed tistma’ b’gustizzja u ndaqs lil min ma jabilx mieghek.
GHIX: L-opportunitajiet l-aktar importanti biex tahdem ghall-gustizzja u l-paci ma jirrizultawx minn programmi specjali, imma mill-ghazliet li naghmlu u mill-mod kif ingibu rwiehna ma’ l-ohrajn kuljum. Thallix jaharbulek opportunitajiet li jgibu ‘l quddiem il-gustizzja u l-paci fid-dar, fil-parrocca, fl-iskola, fuq il-post tax-xoghol, f’attivitajiet tal-komunita u fid-decizjonijiet finanzjarji tieghek.
AQDI: Aghmel xoghol ta’ volontarjat regolarment fil-parrocca, ma’ ghaqdiet tal-karita jew organizazzjonijiet li jiehdu hsieb il-foqra jew id-dghajfin, iddefendi l-hajja, indokra l-ambjent u stinka ghall-paci. Tista’, per ezempju, tissieheb f’wahda mill-ghaqdiet tal-volontarjat f’pajjizna jew tmidd idejk biex tipprizerva jew issebbah l-ambjent.
AGHTI: Il-gbir li l-Knisja taghmel ghall-foqra joffrilek opportunitajiet u cans tajjeb biex taqsam minn dak li ghandek ma’ min hu fil-bzonn. Ikkontribwixxi mill-ahjar li tista’ ghall-fondi bhal ma huma dawk ghad-Dar tal-Providenza, tal-Caritas, tal-Community Chest Fund, l-Eden Foundation u ta’ Missjonarji Maltin. Ghin kull ghaqda li tahdem biex dejjem joktru l-paci u l-gustizzja.
HABREK: Habrek ghan-nies u man-nies. Issieheb ma’ xi ghaqda religuza jew xi grupp favur il-hajja, grupp li jghin bil-pariri jew jahdem ghall-paci. Inghaqad ma’ xi inizjattiva komunitarja. Fid-doveri pubblici u civili tieghek agixxi skond il-kuxjenza msejsa fuq it-taghlim socjali tal-Knisja. Ikteb jew cempel lir-rapprezentanti politici tieghek dwar dak kollu li jolqot il-hajja, il-gustizzja u l-paci. |omm kuntatt mal-kappillan jew mexxejja djocesani ohra ghal xi nformazzjoni li jkollok bzonn.
INKORAGGIXXI: Il-Gublew il-Kbir u l-Millenju l-Gdid huma l-waqt
li nsahhu u niehdu sehem fit-tixrid tas-Saltna ta’ Alla. Dan nistghu naghmluh
mhux biss billi ngedddu l-impenn taghna favur l-imhabba, il-gustizzja u
l-paci ahna biss; jinhtieg li ninkoraggixxu lill-ohrajn jaghmlu l-istess.
Aghmel kopja ta’ din il-weghda u ffirmaha mal-familja jew ma’ xi hbieb.
Waqt li tkun qed twettaq din il-weghda stieden hbieb jew xi membri tal-familja
biex jinghaqdu mieghek, jew aqsam maghhom taghrif dwar dak li qed titghallem
jew taghmel.