L-Indulgenza tal-Gublew

Fl-Incarnationis Mysterium, il-Bulla li habbret il-Gublew il-Kbir li qed nghixu din is-sena, il-Papa kien stqarr li l-Indulgenza hi wahda mill-elementi kostituttivi tal-Gublew.

Forsi aktar nafu bil-problemi li holqot l-Indulgenza, milli x’inhi tassew! Wiehed irid jara l-Indulgenza fl-isfond ta’ l-imhabba li Alla jibqa’ dejjem joffrilna, imhabba li hi mfissra l-aktar bil-mahfra tad-dnubiet. B’hekk hu jurina l-milja tal-hniena tieghu: “Alla wriena l-imhabba tieghu meta Kristu miet ghalina, ahna li konna ghadna midinbin” (Rumani 5:8). L-Indulgenza tissoponi li d-dnub digà inhafer. Madanakollu, meta jinhafer id-dnub permezz tal-ministeru tal-Knisja fil-qrar, dan ma jfissirx li ma baqax izjed effetti tad-dnub li minnhom wiehed irid jissaffa.

L-Indulgenza tikseb l-importanza taghha propju f’din il-haga: tfisser id-don shih tal-mahfra ta’ Alla. Hija mezz kif Alla jaghmilna ulied tieghu b’mod shih, kif isaffina minn kull forma ta’ rabta mhix f’postha ma’ hlejjaq ohra u jghaqqadna b’mod shih mieghu. Tghinna nikbru fl-ghazla li naghmlu ta’ Alla u nitnaddfu b’mod shih mill-htija, anzi, mill-gheruq tal-htijiet taghna. L-Indulgenza mhux biss tghinna npattu ghall-piena tad-dnub imma wkoll thajjarna nwettqu ghemejjel ta’ tjieba, ta’ penitenza u ta’ karità biex nikbru fil-fidi u l-gid komuni. Fl-istess waqt, permezz tat-tajjeb li naghmlu, inkunu qed nghinu  lill-ohrajn  (hajjin u mejtin) biex inkunu dejjem aktar maghqudin mal-Missier fis-sema.

Ghalhekk, l-Indulgenza m’hijiex xi haga mekkanika, m’hijiex xi mod kif wiehed ‘jixtri’ l-mahfra, lanqas ma tnehhi l-obbligi li hemm marbuta mal-mahfra ta’ certi dnubiet bhal, nghidu ahna, li wiehed irodd dak li jkun seraq. Hija mument importanti fil-mixja tal-konverzjoni taghna li fiha ahna mistiedna nkomplu nikbru fil-hbiberija taghna ma’ Alla.

Kif wiehed jista’ jircievi Indulgenza tal-Gublew

F’dan il-Gublew il-Kbir wiehed jista’ jirbah jew jircievi Indulgenza Plenarja (jigifieri shiha) ghalih jew ghaliha stess kif ukoll ghall-erwieh ta’ l-gheziez tieghu jew taghha. Dan ghaliex hemm ligi ta’ solidarjetà bejn il-bnedmin li tmur lil hinn mill-mewt.

Wiehed jircievi din l-Indulgenza filwaqt li jaghmel zjara lil Gesù f’wiehed mill-postijiet indikati bhala postijiet ta’ pellegrinagg. Dawn jinkludu l-bazilici l-kbar f’Ruma u fl-Art Imqaddsa. F’Malta wiehed jista’ jzur il-Knejjes kollha parrokkjali, kif ukoll il-Katidral (fl-Imdina jew fir-Rabat, Ghawdex), il-Kon-Katidral ta’ San Gwann, il-Grotta ta’ San Pawl u l-Katakombi ta’ Sant’Agata, is-Santwarju ta’ San Pawl tal-Hgejjeg u l-Gzira ta’ San Pawl, f’San Pawl il-Bahar, is-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieha u s-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu. Minbarra f’dan wiehed jista’ wkoll jircievi l-Indulgenza billi jzur lil Gesù prezenti f’hutna li jinsabu f’xi tigrib jew f’xi htiega (morda, habsin, anzjani wahedhom, persuna b’dizabilità u ohrajn).

Ma’ dan l-ispirtu ta’ pellegrinagg, zewg elementi ewlenin biex wiehed jircievi l-Indulgenza huma c-celebrazzjoni tas-Sagrament tal-Qrar u s-sehem fic-celebrazzjoni ta’ l-Ewkaristija. Wiehed irid ukoll jitlob lil Alla Missierna, isellem lil Marija ommna, jistqarr il-fidi tieghu, u jitlob skond il-fehmiet tal-Papa biex juri l-ghaqda tieghu mal-Knisja, u jwettaq ghemejjel ta’ karità u penitenza. Fuq kollox wiehed irid ikollu dispozizzjoni shiha ghall-ghaqda ma’ Alla.
 

Hosted by www.Geocities.ws

1