Kull jum nidhlu minn tant bibien minghajr ma noqghodu naghtu kaz. Tul iz-zmien li fih qed niccelebraw il-Gublew tas-Salvazzjoni taghna, jixraq li nahsbu fi Kristu, il-bieb lejn il-Missier, li jhabbat il-bieb tal-qalb taghna, ta' djarna u tal-knejjes taghna. Gesu' qal: "Jiena hu l-bieb; jekk xi hadd jidhol gewwa permezz tieghi jsalva, u jidhol u johrog u jsib fejn jirgha" (Gwanni 10, 9).
Fil-lejl tal-Milied li ghadda, il-Papa Gwanni Pawlu II fetah bieb specjali ghal gol-Bazilika ta' San Pietru f'Ruma li, sa mill-1500, beda jinfetah fil-bidu tal-Gublew. Hekk kif infetah dan il-bieb is-sena li ghaddiet il kor kanta: "Kristu l-bierah u llum, it-tmiem u l-bidu, l-Alfa u l-Omega, lilu glorja ghal dejjem". Dan huwa l-messagg fil-qosor li l-Papa jqieghed bhala gabra tac-celebrazzjonijiet kollha tal-Gublew tas-sena 2000. Il-kliem jirreferu ghall-bieb miftuh li huwa sinjal ta' Gesu', sinjur ta’ l-istorja kollha tal-bniedem, li jibqa' prezenti fil-Knisja tieghu sa l-ahhar taz-zmien.
Nghixu fi zmien fejn hafna jixtiequ li l-prezenza ta' Alla tkun aktar qrib taghhom. F'qalbna l-hin kollu nfittxu ghal dak li jaghmel sens u li jservi ghal xi haga. Probabilment m'hu ser nieqfu qatt sakemm permezz tal-grazzja ta' Alla nwiegbu ghas-sejhat li Hu jaghmlilna. Kristu jinsab fil-bieb ta’ qalbna, ihabbat biex jidhol u jbiddel hajjitna. Bhad-dixxipli li kienu msakkra fil-kamra ta' fuq bil-biza' jghidilna "Tibzghux! Jiena Hu!"
Illum rari ghadek issib min tul il-jum ihalli l-muftieh tad-dar fil-bieb; anzi, nsakkru u nixeghlu l-alarm! Il-bibien ta' djarna saru jinfethu hafna inqas ghal niesna u qrabatna. Il-ftuh tal-bieb tal-Gublew joffrilna sfida biex nahsbu kif nifthu aktar il-bibien taghna ghall-qraba u l-hbieb, ghal dawl li jehtiegu l-ghajnuna taghna u ghal dawk li sakkarnihom barra minn qalbna.
U jekk nghaddu xi ftit mill-imsierah tal-knejjes taghna, naraw quddiemna l-bibien tal-knejjes, li fis-skiet jixhdu ghall-mumenti l-aktar importanti ta’ hajjitna. Hdejn dak il-bieb laqghuk ghall-ewwel darba bil-ferh bhala membru tal-komunita' li tissejjah Knisja. Minn dak il-bieb dhalt biex ghamilt l-Ewwel Tqarbina, il-Grizma u forsi wkoll biex izzewwigt. U minn dak il-bieb tghaddi meta l-komunita' trodd hajr lil Alla ta' kull ma ghamel mieghek u titlob ghalik fl-ahhar ta' hajtek. Il-bieb tal-Knisja jfakkrek fil-bieb tas-salvazzjoni tieghek, il-bieb tas-Saltna, Kristu stess.
Ir-raghaj mhux biss kien imexxi u jindokra l-merhla tul il-jum, imma bil-lejl kien jintefa' fil-bieb biex jara min hiereg jew diehel magenb in-naghag. Ghalhekk, Gesu' huwa r-raghaj it-tajjeb u l-bieb. Huwa jipprotegi lill-merhla afdata lilu billi jiehu hsiebha u jehlisha minn kull ma huwa ta' periklu. Minbarra li jistieden lil kulhadd biex jidhol fis-Saltna tal-Missier permezz tieghu, Gesu' jhalli wkoll ic-cwievet tas-Saltna f'idejn l-Appostli tieghu biex f'ismu jkomplu dak li wettaq Hu. U l-Knisja tkompli tghin lil dawk kollha li jersqu lejha biex ihejju l-imsiebah taghhom tajjeb biz-zejt ghal meta jasal l-Gharus (ara Mattew 25,10).
Ma tkunx ideja hazina li tara kif ser taghmel il-bieb tad-dar tieghek
il-bieb tal-Gublew tal-familja tieghek. Zgur li jekk ghandek it-tfal, dawn
jiehdu pjacir ipingu xi dekorazzjoni jew il-logo tal-Gublew li tista' twahhal
vicin il-bieb halli tiftakar f'bieb aktar importanti ghal hajtek. Imbaghad
f'xi anniversarju importanti ghall-familja tieghek, flimkien ma' dawk li
tghix maghhom, tista' taghmel talba specjali lil Alla biex il-Gublew ikun
specjali ghalik ukoll. U ta' kuljum, int u diehel u hiereg, ghax-xoghol,
ghall-iskola, ghall-ground, biex twassal it-tfal ghad-duttrina jew ghal-lezzjoni
tal-ballet, tiddejjaqx tghid talba lill-Mulej, biex huwa jkun il-bidu u
t-tmiem ta' dak kollu li naghmlu.