Il-Girlanda u l-Erba’ Hdud ta’ l-Avvent

(Miktuba mis-seminaristi f'Tal-Virtu 1999)

Tifsira tal-girlanda

Hu mahsub li l-girlanda originat f’dak li kienu jaghmlu l-popli Germanici fi zmien qabel ma saru nsara. Fix-xahar kiesah ta’ Dicembru huma kienu jigbru weraq li jibqa’ dejjem ahdar u jixghelu n-nar bhala sinjal ta' tama ghar-rebbiegha. Din l-uzanza ittiehded mill-insara biex jiccelebraw it-tama ta’ l-avvent fi Kristu.
 
Il-forma tonda tal-girlanda tirrapprezenta l-fatt li f’Alla la hemm bidu u l-anqas tmiem. Fl-istess hin tfakkarna li dan Alla infinit dahal fl-istorja finita taghna. Il-weraq rnaqtugh minn sigar li jhaddru s-sena kollha juri t-tama taghna ghall-hajja eterna. L-­erba xemghat jirrapprezentaw il-gimghat ta’ l-avvent sal-Milied, kif ukoll l-eluf ta snin ta’ stennija ghat-twelid tal-Messija. Ix-xemghat mhux mixghula jirrapprezentaw id-dlam qabel il-rnigja ta Gesu’, kull xemgha li nixghelu kulll gimgha tirraprezenta lil Kristu d-dawl tad-dinja li qieghed dejjem joqrob.
 
It-tifsira tax-xemghat hi din:
L-ewwel u t-tieni xemgha: sinjal ta’TAMA u PACI - il-migja ta’ Gesu’.
It-tielet xemgha: sinjal ta FERH - Gwanni l-Battista; il-prekursur li pprepara t-triq ghall-migja tal-Mulej
Ir-raba’ xemgha: IMHABBA – Marija, il-qaddejja tal-Mulej. Marija hija l-qaddejja maghzula minn Alla biex iggib fid-dinja lil Gesu’.
Bhalma jitwalu l-iljieli u jiqsaru l-granet taghna, ahna nharsu lejn dawn is-sinjali, lejn id-dawl u lejn dawk il-ferghat hodor, u niftakru fil-weghda li Alla ghamel lid-dinja: Kristu, id-dawl u t-tama taghna, li ser jigi.

Qari mill-ktieb tal-Profeta Isaija (Is 9, 1-2)

Il-Poplu li kien miexi fid-dlam ra dawl kbir:

in-nies li joqghodu f’art id-dlam dawl idda fuqhom
Int kattart il-gens, kabbart il-hena:
huma ferhu quddiemek,
bhalma jifirhu fi qsim il-priza
 
Il-Kelma tal-Mulej
O Alla, bil-ferh ahna niftakru fil-weghda ta’ Ibnek. Bhad-dawl mix-xerngha., hekk tigi l-barka ta’ Kristu fuqna, biex iddawwal it-triqat taghna, u tmexxina fil-verita’ Tieghu. Nitolbu li Kristu s-Saivatur taghna, jerga jgib il-hajja fid-dlam tad-dinja taghna, u fil-hajja taghna li nistennew il-migja Tieghu. Ahna nitolbu dan f’isem Kristu Sidna. Amen.
 
jew

Mulej Gesu’, Sid tal-jum u tal-lejl, ibghat l-Ispirtu Qaddis Tieghek fuqna li qeghdin inhejju ruhna ghall-Milied. Ahna li tant ghandna x’naghmlu, ghinna nfittxu spazju fis-skiet biex kuljum nisimghu Lehnek.

Ahna li tant ninkwetaw fuq hafna affarijiet, aghmel li b’hegga nharsu lejn il-migja Tieghek fostna.
Ahna li ahna mberkin f’hafna modi, aghmel li jkollna x-xewqa ghall-ferh shih ta’ Saltnatek.
Ahna li ninsabu mtaqqlin, aghmel li nfittxu l-ferh tal-prezenza Tieghek.
Ahna l-poplu Tieghek, miexi fid-dlam, aghmel li nfittxu d-dawl.
Lilek intennu. “Ejja, Mulej Gesu.”
(Henri J.M. Nouwen)

Nitolbu

Mulej aghrnel li l-barka tieghek tinzel fuq din il-girlanda u fuq il-komunita’ migbura hawnhekk. Ghin lilna li nuzaw din il-girlanda biex nippreparaw ghall--migja ta’ Kristu l-Mulej taghna. Dan nitolbuh f’isem ibnek Gesu’ Knistu li jghix u jsaltan mieghek u ma l-Ispirtu Santu. Amen.

Tinxteghel ix-xemgha

L-Ewwel Gimgha

Immanuel, Gesu Kristu
Xewqa ta’ kull poplu,
Salvatur tal-bnedmin kollha
Ejja u ghammar fostna

It-Tielet Gimgha

O muftieh ta’ David, Gesu Kristu
il-bibien tas-sema jinfethu ghall-kmand tieghek
ejja w urina t-triq tas-salvazzjoni.

It-Tieni Gimgha

O Re tal-popli kollha, Gesu Kristu
ferh wahdieni ta’ kull qalb,
ejja u salva l-poplu tieghek

Ir-Raba’ Gimgha

O gherf, kelma qaddisa ta’ Alla, Gesu Kristu,
kollox huwa taht idejk,
ejja w urina t-triq tas-salvazzjoni.
 
Hosted by www.Geocities.ws

1