|
* Għal dan l-iżbilanċ ta’ LM 3491 saret
kontribuzzjoni mill-fondi tal-Kumitat tal-Festa Kristu Re.
Il-Kappillan Dun
Noel Vassallo u l-Kumitat tal-Festa Kristu Re jirringrazzjaw lil
dawk kollha li
b’xi mod jew ieħor jaħdmu matul is-sena biex jinġabru l-fondi tant meħtieġa biex tkun tista ssir il-festa titulari
fil-Parroċċa tagħna. Lil dawn kollha ngħidulhom
GRAZZI mill-qalb u Kristu Re jberikhom.
Naħsbu li kulħadd
japprezza kemm hemm
bżonn li nifhmu
l-ħtieġa li nsaħħu l-kontribuzzjonijiet tagħna biex il-fondi tal-Parroċċa jkunu jistgħu jintużaw b’mod aħjar fil-ħidma pastorali fost il-familji fil-bżonn, l-anzjani,
ż-żgħażagħ, it-tfal, il-morda u dawk bi bżonnijiet speċjali
li jgħixu f’Raħal Ġdid.
|