Knisja Parrokkjali Parroċċa Kristu Re

 

 

 

 

 

 

 

Bidu

 

Merħba

 

Storja

 

Kleru

 

Quddies

 

Servizzi

 

Għaqdiet

 

Is-Saltna

 

Avviżi

 

Ħolqa ma' ...

 

Nisimgħu mingħandek

 

Ħajr

 

 

 

 

RAĦAL  ĠDID

Aktar minn 80 sena ilu…

L-Ewwel Rivista tal-Parroċċa

Alfred Ellul Galea

 

RA}AL  {DIDIs-Saltna, il-fuljett maħruġ mill-Kunsill Pastorali Parrokkjali tal-Parroċċa Kristu Re ta’ Raħal Ġdid, issa ilu magħna għal dawn l-aħħar 26 sena.   Iżda forsi ftit huma dawk fostna li jafu li aktar minn 80 sena ilu, meta l-Parroċċa ta’ Raħal Ġdid, (dak iż-żmien iddedikata lill-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù), kienet ilha wieqfa biss 8 snin, ġa kellha l-perjodiku tagħha ta’ kull xahar mgħammed Il Parroccia tar-Rahal Gdid.

 

L-ideja u l-moħħ wara din il-pubblikazzjoni ta’ kull xahar, ma kien Ħadd għajr it-tielet Kappillan tal-Parroċċa tagħna Dun  Nerik Bonnici  J.C.B., D.D. (Settembru 1917-Diċembru 1921)  li  beda joħroġ dan il-perjodiku sena biss wara li kien ġie fostna.   Dan ir-ragħaj spiritwali ħabrieki, li kellu ħsieb jibni knisja ġdida flok dik ta’ Sant’Ubaldeska minħabba li din kienet saret żgħira għall-popolazzjoni li kienet dejjem qed tikber, kien ir-Direttur u l-Amministratur ta’ din ir-Rivista li kienet tiġi stampata fl-istamperija "Victoria" ta’ Triq il-Fran, il-Belt.

 

L-ewwel ħarġa ta’ Il Parroccia tar-Rahal Gdid ġiet ippubblikata f’Settembru 1918.   Fost l-għanijiet wara l-ħruġ ta’ din ir-Rivista nsibu l-bżonnijiet tal-knisja ta’ Sant’Ubaldeska sabiex timxi ‘l quddiem għax  għadna lura  wisq  għax  il-bżonnijiet  tal-knisja għan-numru ta’ nies li jinsabu f’dan il-pajjiż qegħdin jikbru kull jum.”   Għan ieħor importanti kien li twassal it-tagħlim tal-Vanġelu.

 

Il-perjodiku kien jinkludi diversi artikli nteressanti, fosthom rokna għat-tfal u suġġetti attwali, ħajjiet il-Qaddisin u f’ħarġiet oħra nsibu avviżi tal-fieri kbar li bdew jiġu organizzati biex jinġabru fondi għall-bżonnijiet tal-knisja.   Fit-tieni ħarġa ġie ppubblikat messaġġ ta’ tifħir għal din l-inizjattiva ġdida fil-parroċċa żgħażugħa mill-Arċisqof Monsinjur Dom Mauro Caruana OSB.   L-aħħar ħarġa ta’ din ir-Rivista nteressanti kienet f’Mejju 1919 bin-numru 9.   Mir-raba’ ħarġa ‘l quddiem l-isem tal-perjodiku sar Il Parroccia ta Rahal Gdid  flok “tar-Raħal Gdid”

 

Leħen  il-Parroċċa  reġa’  beda  jitwassal lir-residenti  Pawlisti f’Mejju/Ġunju 1978 permezz ta’ IS-SALTNA.   Għalkemm matul l-aħħar 26 sena dan il-fuljett  bidel xi ftit il-format tieghu, dejjem baqa’ bl-istess għan prinċipali, dak li tinfirex is-Saltna ta’ Kristu fost il-bnedmin kollha.   Illum qed jerġa jibdel il-format u jsir parti integrali minn rivista akbar, b’aktar artikli u kontribuzzjonijiet interessanti li jwasslu l-ħsibijiet ewlenin u t-tagħlim tal-Knisja ta’ llum.

 

 

 

 

 

 

 

 

Hosted by www.Geocities.ws

1 1