|
Alla tana
l-grazzja li nibdew dan ix-xahar ta’
Diċembru li fih niċċelebraw il-festa tal-Milied. Ninsabu
fi żmien sabiħ iżda mpenjattiv ħafna u jista’ jtellfilna
mis-sens nisrani tiegħu.
Ilkoll
nifirħu
bit-twelid ta’ tarbija u lkoll nagħtu
ċerta mportanza lill-birthdays.
Il-Milied huwa mportanti ħafna għalina għaliex Alla niżel fostna
billi tana lil Ibnu l-waħdieni. Kemm
hi kbira din
il-ħaġa! Kemm hu sabiħ il-Milied! Il-kobor tiegħu jiżdied daqskemm
jirnexxilek iżżommu sempliċi, mingħajr komplikazzjonijiet u
tensjonijiet żejda.
Ejjew
insibu l-ħin
għaċ-ċelebrazzjonijiet
liturġiċi u okkażjonijiet ta’ natura nisranija! Ejjew napprezzaw il-preżenza ta’ Ġesù
f’kull tarbija li titwieled! Ejjew
ninżlu għarkubtejna
quddiem il-preżenza ta’ Ġesù fl-Ewkaristija!
Minn qalbi
nixtieqilkom Milied Sabiħ u
Sena Tajba mimlija
paċi fil-qlub tagħkom ilkoll.
------ o ------
Il-Kappillan Dun Noel
Vassallo u l-Kleru
flimkien mal-Bord
Editorjali ta’ IS-SALTNA
u
il-Kunsill Pastorali
Parrokkjali,
jawguraw MILIED QADDIS u ĦIENI
u SENA ĠDIDA MIMLIJA
RISQ u BARKA
lill-familji kollha ta’ Raħal Ġdid
|