Knisja Parrokkjali Parroċċa Kristu Re

 

 

 

 

 

 

 

Bidu

 

Merħba

 

Storja

 

Kleru

 

Quddies

 

Servizzi

 

Għaqdiet

 

Is-Saltna

 

Avviżi

 

Ħolqa ma' ...

 

Nisimgħu mingħandek

 

Ħajr

 

 

 

 

KUMMENTI  U  TRUFIJIET

Il-Postijiet fil-Knisja

 

Għalkemm  il-knisja  parrokkjali  hija  kbira ħafna mhux darba jew tnejn li f’xi okkażjonijiet speċjali nisimgħu li jinqalgħu argumenti dwar il-postijiet fil-knisja. 

 

Filwaqt li hija ħaġa sabiħa li wieħed jipprova jagħmel ħiltu biex joqgħod fuq quddiem f’ċelebrazzjonijiet Liturġiċi biex ikun jista jipparteċipa sewwa, minn naħa l-oħra tqum il-mistoqsija: "nista’ nerfa’ postijiet għal ħaddieħor?"  Ir-risposta hija "Le, mhux sew".  Imma issa huwa tajjeb li wieħed jirrifletti għaliex din ir-risposta negattiva.

 

Il-knisja m'hix xi tejatru fejn inti tmur tagħmel booking u tagħżel il-postijiet minn ġranet qabel; il-knisja  m'hijiex xi ħanut fejn jiena nagħmel l-ordnijiet ta' dak li għandi bżonn; il-knisja m'hix xi post fejn jien għandi drittijiet aktar minn ħaddieħor għax is-soltu nkun hemmhekk.

  

Nieħdu gost ninnotaw li, filwaqt li ċerti kategoriji hemm bżonn li jkunu flimkien, dawn ma għandhomx jistennew li jkunu f’postijiet daqshekk prominenti fil-knisja; nieħdu gost ninnotaw li fil-funerali dejjem jitħalla wisa’ biżżejjed għal tal-familja; nieħdu gost ninnotaw li ċerti nies ma jsibuha xejn diffiċli biex jibdlu posthom u jieħdu sehem fil-quddies minn postijiet differenti.  

 

Tajjeb li nkunu flessibbli; tajjeb li naħsbu f’ħaddieħor; tajjeb li fejn inkunu ma ntellfux lill-oħrajn mit-talb li wieħed għandu dritt għalih għax għalhekk jiġi l-knisja.

 

 

 

 

 

 

 

 

Hosted by www.Geocities.ws

1 1