Knisja Parrokkjali Parroċċa Kristu Re

 

 

 

 

 

 

 

Bidu

 

Merħba

 

Storja

 

Kleru

 

Quddies

 

Servizzi

 

Għaqdiet

 

Is-Saltna

 

Avviżi

 

Ħolqa ma' ...

 

Nisimgħu mingħandek

 

Ħajr

 

 

 

 

 

Il-Komunità tal-Patrijiet Kapuċċini

Għajn Dwieli - Paola

 

Uffiċċju  Parrokkjali

 

Il-Patrijiet Kapuċċini bdew il-ħidma pastorali tagħhom f’Għajn Dwieli fl-1953 fid-dar ta' Pietru Paul Micallef. Fl-1957-58 bnew kappella żgħira fejn illum hemm showroom tal-karozzi.

 

Fil-5 ta' April 1964 l-Arċisqof Gonzi bierek l-ewwel ġebla tal-Knisja dedikata lil Sant’Antnin li tbierket fl-10 ta' Lulju 1965 minn Patri Fortunato, Provinċjal tal-Kapuċċini.  Mibnija fuq stil Romanesk din il-knisja, li magħha għandha wkoll Kunvent tal-Patrijiet,  hi ffrekwentata ħafna minn nies devoti ta' Sant’Antnin.

 

GRAZZI U AWGURI

 

Minn qalbna nirringrazzjaw lil Patri Effie Mallia tas-servizz tant siewi li ta fil-Komunità Reliġjuża ta' Għajn Dwieli bħala Gwardjan ta' dan il-lokal.  Fl-istess waqt nawgurawlu ħidma mimlija mħabba bħala Kappillan tal-parroċċa ta' San Ġwann.

 

Nirringrazzjaw lil Patri Joe Saliba tal-ħidma twila fil-Fraternità ta' Għajn Dwieli, filwaqt li nawgurawlu xhieda Franġiskana fil-parroċċa ta' Marija Reġina, il-Marsa.

 

Nifirħu u nilqgħu bil-qalb fostna lil Patri William Axiaq li ġie maħtur bħala l-Gwardjan il-ġdid tal-Komunità.  J’alla ħafna minna jkollhom il-possibilità li jixorbu mill-esperjenza vasta tiegħu.

 

Nawguraw lil Patri Lawrenz Briffa u lil Patri Karm Dimech li reġgħu ingħaqdu magħna biex jaħdmu fostna fil-parroċċa tagħna speċjalment fost ir-residenti fl-inħawi ta' Għajn Dwieli.

 

Nitolbu għal dawn il-membri ġodda u għal sħabhom l-oħra kollha biex flimkien ikomplu jxerrdu l-Vanġelu u l-ispirtu Franġiskan fost il-bnedmin ta' rieda tajba.

 

 

 

 

 

 

 

 

Hosted by www.Geocities.ws

1 1