|
L-Ordni
Sagri (Is-Saċerdozju)
Ir-Reliġjonijiet
kollha għandhom xi xorta ta' Saċerdozju. Jista' jissejjah
Patrijarka, Sultan, Saħħar, Shaman, Iman, jew bniedem
mediku. Dawn huma
kollha
magħżulin
mill-allat jew minn
xi ħadd li jifhem il-misteri moħbija ta' l-allat. Is-saċerdozju Lhudi kien mwaqqaf
minn Alla nnifsu meta dan talab lil Mosč biex jordna lil ħuh Aaron u
lid-dixxendenti tiegħu maskili.
Fl-Aħħar Ċena
Ġesų waqqaf is-Saċerdozju tal-Liġi l-Ġdida. Hekk seħħet il-profezija ta'
Eżekiel (Eż Kap. 34), li bassar li Alla nnifsu għandu jkun
l-uniku u l-veru Ragħaj.
Il-mewt fuq is-Salib kienet il-final tas-Sagrifiċċju
Divin. Meta t-tempju ta'
Ġerusalem kien meqrud, daqstant ieħor inqered ukoll
is-saċerdozju Lhudi. Ġesų għażel bħala l-ewwel
saċerdoti tiegħu tnax-il bniedem ordinarju, fosthom erba'
sajjieda u kollettur tat-taxxa.
Ġesų
offra l-aqwa sagrifiċċju fuq is-Salib u kien waqt
l-Aħħar Ċena li ordna lid-dixxipli tiegħu jkomplu
jagħmlu dan. L-Aħħar
Ċena, il-Mewt fuq is-Salib u l-Quddiesa huma ħaġa
waħda. Ġesų ma waqqafx is-Saċerdozju fuq dak ta' Aaron, imma
fuq dak ta' Melkisedek li offra l-ħobż u l-inbid bħala
sagrifiċċju.
Is-sagriffiċċji
dejjem jinvolvu li jkun hemm qtil u distruzzjoni tal-vittma. Dawn kienu jsiru biex il-bniedem
jogħġob lill-allat jew
biex tintalab l-għajnuna tagħhom; inkella
għall-maħfra ta' dnubiet nazzjonali jew individwali.
Is-Saċerdozju
nisrani huwa sejħa speċjali minn Ġesų Kristu. Ħadd ma jista' jsir Saċerdot
jekk ma jsejjaħlux Kristu.
Hemm min jaċċetta din l-istedina u min ma jaċċettax minħabba flus
jew xi ħaġa li toffri d-dinja.
Jista' jkun hemm min jitlob il-vokazzjoni li ma tiġix
aċċettata minn Kristu.
Għad hawn
bżonn tas-Saċerdoti illum il-ġurnata? Iva. Irridu nifhmu li
mingħajr is-Saċerdot ma jkunx hemm l-Ewkaristija li
mingħajrha ma jkunx hemm Knisja Kattolika. L-Ewkaristija hija l-qalb u r-ruħ
tal-Knisja Kattolika.
L-Ewkaristija
L-ommijiet
malajr jgħidulek li tarbija tkun trid iddaħħal f'ħalqha
kull ma tara. It-trabi jużaw is-sens tat-togħma biex jidraw
x'hemm madwarhom. L-omm turi
l-imħabba tagħha lejn it-tarbija wkoll permezz ta' din il-fakultā. Mhux ta' b'xejn li Ġesų tana
ġismu stess biex nieklu u demmu biex nixorbu. Meta hu qal lil dawk ta' quddiemu
(Ġwanni Kap. 6) biex jagħmlu dan, ħafna ma emmnux dak li
kien qed jgħid u qabdu u telqu.
Meta Ġesų sab ruħhu waħdu ma' l-Appostli staqsiehom
jekk riedux jitilqu huma wkoll.
Grazzi
għal dak li wieġbu Pietru, ħadd minnhom ma telaq. San Pawl wissa' lill-Korintin li jekk ma
jagħmlux distinzjoni bejn biċċa ħobż u
l-Ġisem ta' Kristu jkunu qed jissugraw li jitilfu ruħhom u jkunu
ħatja tal-ħajja ta' Kristu jekk jieklu Ġismu bid-dnub.
San Tumas
Akwinu jgħidilna li "Dak li
ma nifhmux bis-sensi
tagħna, għandna naċċettawh permezz tal-fidi." Studjużi medjovali jfakkruna li
għalkemm ħafna affarijiet jidhru l-istess ħaġa,
s-sustanza tagħhom tkun differenti.
It-Teorija Quantum tikkonferma dan.
Xjenzjati moderni skoprew li kull ma hawn fid-dinja madwarna hu
kompost minn ċelloli inviżibli u misterjużi li huma stess
mhux kapaċi jispjegaw. Dan
il-fenominu ta bidu għall-eżistenza tal-pjaneti, l-istilel, il-baħar,
il-ġisem tal-bniedem, is-siġar u lil dak kollu li jinsab fl-univers. Għaldaqstant m'għandux ikun
diffiċli għan-nisrani li jemmen li bl-istess mod Ġesų
juża s-sustanza tal-ħobż u l-inbid biex jibdilhom
f'ġismu u f'demmu u b'hekk isiru l-persuna tiegħu.
Fl-imħabba
tiegħu Ġesų jibdilna għal ftit minuti f'tabernaklu ħaj
bih ġo fina, bħal ma kien f'ġuf ommu, misteru ta' fidi kbir
li lanqas l-istess Luteru ma ċaħad. "Dan hu ġismi, Dan
hu demmi." Din hi bħal
dik id-dikjarazzjoni li Alla għamel lil Mosč
f'ħuġġieġa nar qalb l-għollieq "Jiena Hu,
Jiena Neżisti, Jiena Ħaj."
Ġesų żied juri li l-ġisem u d-demm huma tiegħu
nnifsu biex jemfasiżża li fl-Ewkaristija hu ma hux biss bniedem,
imma wkoll Alla.
Imberkin huma
dawk li mingħajr ma jaraw ix-xbiha ta' Ġesų jemmnu li qed
jirċievuh ġo fihom.
L-Ewkaristija hija r-ruħ tal-Knisja Kattolika. Tressaqna lejn il-ħajja ta' dejjem
għax hi l-ikel spiritwali tagħna.
F'dinja kkomplikata mimlija gwerra, terrur u mibegħda,
Ġesų fl-Ewkaristija jibqa' jirrenja bħala l-Prinċep Ewlieni
tal-Paċi.
|