Knisja Parrokkjali Parroċċa Kristu Re

 

 

 

 

 

 

 

Bidu

 

Merħba

 

Storja

 

Kleru

 

Quddies

 

Servizzi

 

Għaqdiet

 

Is-Saltna

 

Avviżi

 

Ħolqa ma' ...

 

Nisimgħu mingħandek

 

Ħajr

 

 

 

 

LURA WARA L-VAGANZI TAS-SAJF!

Uffiċċju Parrokkjali

 

Nittamaw li kull parruċċan kellu żmien sabiħ fejn kellu l-opportunitą li jistrieħ xi ftit jew jibdel ir-"rutina" tas-soltu.   Inħossuna wkoll ħaġa waħda ma' dawk li matul dawn ix-xhur li għaddew kellhom xi ġranet diffiċli minħabba mard jew xi nkwiet ieħor li ma ħallilhomx moħħ biex jistrieħu.   Inħossuna solidari ma' dawk li ġarrbu xi mewt fil-familja jew fost il-ħbieb.   Kulħadd ikollu l-esperjenzi partikulari tiegħu li jġorr miegħu u jgħaqqadhom ma' tal-parruċċani l-oħra lejn tmiem Settembru. 

 

Kemm hu mportanti li issa nagħmlu time-tables għax-xhur li ġejjin li fihom insibu ħin għall-iżjed affarijiet importanti fil-ħajja tagħna.   Li tintefa' b'ruħek u b'ġismek fix-xogħol jew l-istudju b'tagħbija eseġerata ta' privatijiet hija aħjar minn bniedem għażżien, iżda ma ninsewx li ż-żejjed huwa kollu żejjed.   Il-ħin għall-familja u l-ħin għall-mistrieħ mhuwiex kapriċċ, lanqas m'hu ħin moħli.

 

Nagħmlu appell speċjali lil dawk li forsi traskuraw xi ftit lil Alla matul ix-xhur tas-Sajf.  Il-post t'Alla fil-ħajja tagħna mhux xi deżerta!  Il-post tal-Quddiesa tal-Ħadd, xi laqgħat ta' tagħlim u formazzjoni nisranija', id-duttrina tat-tfal, it-talb ta' kuljum u ħin għall-Qrar huma fost is-suġġetti li ma nistgħux inħallu barra mit-time-table tagħna.

 

Ma' dawn għandna nżidu wkoll xi żjarat li suppost nagħmlu lil xi qraba tagħna li għandhom parti minn ħajjitna.

 

Nawgurawlkom!

 

 

 

 

 

 

 

 

Hosted by www.Geocities.ws

1 1