|
|
|
|
|
|
Is-sliem għalik
Marija!
X'tislima ħelwa
din,
Minn qalbna
ngħiduhielek
Matul il-jum, kull
ħin.
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Int omm
mill-iżjed safja,
Bħal ġilju
tal-widien,
Inti tfewwaħ
bħal warda,
U tgħaxxaq
kullimkien.
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Int xebba u omm
Alla,
Min jista' jifhmu
dan?
Int l-isbaħ
fost il-ħlejjaq
Li ħarġu mis-Setgħan.
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Int ommna u wisq
tħobbna,
Tridilna l-ġid
u l-ferħ
Jekk aħna
insejħulek
Tismaghna, 'ttina s-serħ
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Int tqisna bħal
uliedek,
Bħal ommna
inħobbuk,
Fil-hemm li
aħna nġarrbu
Ismagħna,
nitolbuk.
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Lil Alla wisq għoġobtu,
Qatt lilu
m'għidtlu le,
Għinna ħa
nagħmlu bħalek:
Ta' qalbna
nżommuh Re.
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
AVE!
nerġgħu ngħidulek,
Hekk qal
l-anġlu ħabbar
Met' huwa ġie
jżurek,
Fil-ġabra minn tad-dar.
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Matul ix-xhur ta' Settembru u ta' Ottubru niċċelebraw
il-festi tat-Twelid ta' Ommna Sidtna Maria u dik tal-Madonna
tar-Rużarju. Għaldaqstant ħassejna li jkun xieraq li f'din
il-ħarġa tal-fuljett, għal dawn ix-xhur, insellmu lil
Marija, Omm li tant tħobbna, bil-poeżija li s-Sinjura Violet
Cassar kitbet apposta għal din l-okkażjoni.
Matul ix-xahar ta'
Ottubru ejjew ma nonqsux li ngħidu r-Rużarju kuljum bl-akbar
devozzjoni...
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|