|
Kemm hija ħafifa biex tgħidha u kemm huwa diffiċli
biex tagħmel jew tgħix din il-kelma. F’dinja mgħaġġla, fejn
kulħadd jinsab f’ġirja waħda biex ikun minn ta quddiem, mhux
faċli li naċċettaw ir-rejaltà li ngħixu flimkien.
Biex ngħixu flimkien ifisser li kull bniedem irid
ineħħi l-egoiżmu tiegħu u jaħseb
f'ħaddieħor;
Li nkunu flimkien ifisser li nistennew lil xulxin fejn ta' quddiem
jieqaf jew jgħin lil dawk li qegħdin lura;
Li nkunu flimkien ifisser ukoll li min qiegħed lura
jagħmel l-isforzi tiegħu biex ilaħħaq ma' dawk li
qegħdin qablu;
Li nkunu flimkien ifisser li kulħadd iċedi
biċċa, li nidraw naħdmu flimkien, li dak li nagħmlu
jitwettaq b' direzzjoni waħda u b'rieda waħda;
Li nkunu flimkien ifisser li naċċettaw li nibqgħu
lura u inċedu l-pjanijiet tagħna jew ir-riżultati li
stajna akkwistajna biex
ħaddieħor ikun daqsna u bħalna.
Ħafna aktar ħafif li taqta' għal rasek, iżda
dan mhuwiex il-valur tal-Vanġelu; il-valur evanġeliku huwa li
nkunu flimkien.
------ o ------
Il-Kappillan
Dun Noel Vassallo flimkien mal-kleru, il-Kunsill Pastorali
Parrokkjali u l-Kumitat tal-Festa Kristu Re jirringrazzjaw
lir-residenti kollha ta’ Raħal Ġdid
għall-Partiċipazzjoni tagħhom b'mod tant dinjituż matul
il-ġranet tal-festa Titulari f'ġieħ KRISTU RE.
|