|
Għalkemm
jiena wkoll bniedem midneb xorta ħassejt il-bżonn li nikkummenta
dwar din l-imġieba li tinkwieta lil kull min hu serju, kemm jekk hu raġel
u anke jekk hi mara. Bqajt mistgħaġeb kemm
dan l-aħħar ġranet smajt nies inkwetati bis-serjetà bil-ħsara
li qed tiġri bid-diżonetà.
Il-ħażin jibqa' ħażin mhux għaliex xi nies
huma konservattivi jew antiki iżjed minn oħrajn, iżda għaliex
in-natura fil-bniedem baqgħet dik li kienet u l-persuna ta' sess
differenti tibqa' dejjem
tattira lil bniedem
speċjalment meta mġieba partikulari kienet
u baqgħet ħażina u
taffetwa ħażin minn fejn tgħaddi għalkemm mhux
bl-istess mod.
Hemm
bżonn li kulħadd jerfa' r-responsabilità tiegħu. Ma naqbel xejn ma dawk li jgħidu li
għandhom il-libertà li jilbsu
kif iridu u ħaddieħor għandu jagħmel ħiltu biex ma jħarisx. Filwaqt li dan l-aħħar qiegħdin
jittieħdu diversi miżuri marbutin mat-tipjip u ħarsien
ambjentali, jien nħoss li kull nisrani għandu jħares lejn
ir-responsabilità u jgħin u jħobb lil dawk li għandu madwaru
u mhux itellef jew jikkundizjona l-libertà ta' ħaddieħor. Ma naħsibx li wieħed għandu
jistenna li jkun hemm liġijiet biex joqgħod attent x'jagħmel,
iżda kull nisrani huwa dejjem obbligat li jifforma ruħu biex
ikompli jitgħallem dwar
dak li huwa
ħażin u jagħmel
ħsara anke jekk hu jaħseb li dan m'għadux ħażin. Mhux
kull moda hija tajba. Mhux għax
ħafna jagħmlu hekk ifisser li nista nagħmel hekk
jien ukoll.
Niftakru li quddiem Alla kulħadd
huwa responsabbli ta' għemilu.
|