Knisja Parrokkjali Parroċċa Kristu Re

 

 

 

 

 

 

 

Bidu

 

Merħba

 

Storja

 

Kleru

 

Quddies

 

Servizzi

 

Għaqdiet

 

Is-Saltna

 

Avviżi

 

Ħolqa ma' ...

 

Nisimgħu mingħandek

 

Ħajr

 

 

 

 

IL-KATEKIŻMU  TAL-KNISJA  KATTOLIKA

Tkompli l-ispjega fuq is-Sagramenti

Fr Tito Sammut

 

Il-Magħmudija

 

Id-Dnub t'Adam u Eva ma kienx dnub tagħhom biss, iżda ta' l-Umanità kollha.   Tant kien kbir f'għajnejn Alla li Hu wiegħed li jibgħat lil Ibnu stess kif jidher b'mod ċar mill-Antik Testment. Ġobb  kien stqarr  li  "m'hemm  l-ebda  bniedem,  għandu kemm għandu żmien, anki ta' ftit siegħat, li hu mingħajr dnub”. David qalha b'mod ieħor “Fid-dnub nisslitni ommi”. Alla ordna li ssir iċ-Cirkonċiżjoni mill-irġiel dixxendenti ta' Abraham minħabba t-twemmin primittiv tagħhom li (a) ir-raġel biss seta' jirriproduċi lilu nnifsu; (b) il-bidu tal-ħajja jinsab fid-demm u (ċ) it-tixrid tad-demm ipatti għad-dnub.  Iżda Ġesù qal lil Nikodemu “Il-bniedem irid  jerġa'  jitwieled  mill-ġdid  permezz ta'  l-ilma u l-Ispirtu”.

 

Din hi t-tifsira ewlenija tal-Magħmudija li litteralment  tfisser  “tidfen”.   Bl-ilma  tal-Magħmudija aħna nindifnu ma' Kristu u nerġgħu  nieħdu l-ħajja mill-ġdid miegħu. Kuntrarju għal dak li kulħadd jaħseb, il-Magħmudija ma tagħmilniex Kattoliċi, iżda permezz tagħha nsiru parti mill-ġisem ħaj ta' Kristu nnifsu.

 

Fil-Magħmudija nirċievu d-doni tal-Fidi, tat-Tama u ta' l-Imħabba.   Nakkwistaw id-dritt li sakemm nosservaw il-Liġi ta' Alla, mmorru ngawduh fil-ħajja ta' dejjem. Il-Magħmudija tiftħilna l-bieb għas-Sagramenti l-oħra.  Ħafna drabi għandna t-tendenza li nħaltu l-Fidi mat-Twemmin. Il-Fidi hi rigal t'Alla lil dawk li jitgħamdu.   It-Twemmin hu l-aċċettazzjoni tagħna għal dak kollu li għallimna Kristu.  Ġesù   ma biddel xejn mill-Kmandamenti    t'Alla.   Għaldaqstant wieħed ma jistax jemmen f'Alla u fl-istess waqt iwarrab it-Tagħlim tal-Knisja li hi l-ġisem mistiku ta' Kristu.

 

Alla fil-Ġustizzja tiegħu jagħti lil kulħadd l-opportunità tas-salvazzjoni.    Hemm   dawk li jsegwu t-Tagħlim tal-Knisja u dawk l-oħrajn,  li għalkemm  mhumiex parti mill-Knisja Kattolika,  jgħixu ħajja tajba, l-bogħod mill-ħażen,  kif wara kollox jitolbu l-Għaxar Kmandamenti.   Dawn ta' l-aħħar jagħmlu wkoll parti mir-ruħ  ta' Kristu u għalhekk għandhom id-dritt tas-salvazzjoni.

 

Il-Griżma ta' l-Isqof / Konfirmazzjoni

 

Dan hu s-Sagrament ta' l-impenn fejn in-nisrani jagħżel li jsir jixbaħ lil Kristu.   Għal din ir-raguni l-Ispirtu s-Santu jsaħħaħ lill-bniedem bis-seba' doni ta' Għerf; Fehma; Kunsill; Qawwa; Xjenza; Pjetà u Biza' t'Alla, l-istess doni li skond Isaija (Is 11, 2-3) kien mogħni bihom Ġesù. L-Ispirtu s-Santu nsibuh fil-komunjoni  tal-Knisja   permezz  ta'   l-Iskrittura u t-tradizzjonijiet kollha  tagħha li ngħixuhom bil-Liturġija, is-Sagramenti u l-ħajja ta' kull membru fil-Ġisem ta' Kristu.   L-Ispirtu s-Santu jfittex art fertili fejn bil-għajnuna tiegħu tkompli tikber iż-żerriegħa tal-Grazzja biex in-nisrani jħares 'l fuq lejn Alla u jwettaq il-ħidma tiegħu madwaru.  Dan hu Sagrament li għandna nħarsu lejh mhux  bħala  xi  ritwali  li jsir għax  wieħed laħaq ċerta età, imma bħala deċiżjoni personali  ta' servizz impenjattiv lejn Alla.

 

Ir-Rikonċiljazzjoni / Qrar

 

Ix-Xitan u d-dnub huma rejaltà. Ix-xitan jittantana, imma l-għażla tad-dnub hi kollha kemm hi deċiżjoni personali tagħna.   It-tajjeb jew il-ħażin mhux dak ta' kif jaħseb l-individwu.   Id-dnub ma mhux biss att kontra l-Liġi t'Alla, imma anki kontra l-liġi tan-natura, kontrina stess u kontra l-proxxmu tagħna.   Illum nippruvaw inwaħħlu fis-Soċjetà, fl-Ambjent u f'ħaddieħor għan-nuqqasijiet   tagħna.  Xejn  ġdid! Adam  waħħal  f'Eva  u  din waħħlet  fis-serp.    Imma  aħna  liberi  biex  nagħżlu t-tajjeb  mill-ħażin.  U d-dnub hu abbuż mill-privileġġ ta' din il-libertà.

 

Is-Sagrament   tar-Rikonċiljazzjoni hu l-mod ta'  kif  Alla jgħidilna “Naf sew li int uman u dgħajjef, iżda jien dejjem lest li nieħdok lura bħala ħabib”.  Iżda irridu nindmu minn dnubietna, inqerruhom, nagħmlu ħilitna li ma nerġgħux nagħmluhom u npattu għalihom.   Il-Qrar mhux ċajta. Id-dnubiet mhumiex bħal xi ftit imbarazz li nitfuh ġo xkora u narmuh 'l barra. Nistgħu nqarrqu bin-nies il-ħin kollu iżda b'Alla le għax Hu jaf kull ħsieb li għandna moħbi f'qalbna.

 

 

 

 

 

 

 

 

Hosted by www.Geocities.ws

1 1