Knisja Parrokkjali Parroċċa Kristu Re

 

 

 

 

 

 

 

Bidu

 

Merħba

 

Storja

 

Kleru

 

Quddies

 

Servizzi

 

Għaqdiet

 

Is-Saltna

 

Avviżi

 

Ħolqa ma' ...

 

Nisimgħu mingħandek

 

Ħajr

 

 

 

 

PROGRAMM   TAL-FESTA  SOLENNI

F'ĠIEĦ  KRISTU RE  -  PAOLA

IL-ĦADD  25 TA' LULJU 2004

 

It-Tnejn 19 ta' Lulju: JUM IL-KOMUNITĄ

6.30pm

Quddiesa  bil-partiċipazzjoni  tal-Kunsill Lokali, Kumitati  u  Soċjetajiet kemm Reliġjużi, Soċjali  u Politiċi  tal-Parroċċa. Imexxi  din  iċ-Ċelebrazzjoni Dun Noel Vassallo, Kappillan.

 

 

7.30pm

Ċelebrazzjoni mmexxija minn Mons. Dun Ġorġ Deguara tal-Ħruġ tal-Vara Titulari biex titpoġġa f'postha fil-Knisja.

 

 

It-Tlieta 20 ta' Lulju: JUM IL-FAMILJA

6.00pm

Quddiesa għall-bżonnijiet tal-familji kollha ta' Raħal Ġdid.   Jiġi ċċelebrat is-Sagrament tal-Magħmudija. Mistiedna t-trabi kollha u wara jkun hemm il-preżentazzjoni tat-trabi lil Kristu Re. Imexxi din iċ-Ċelebrazzjoni Dun Vinċenz Deguara.

 

L-Erbgħa 21 ta' Lulju: JUM L-EWKARISTIJA

 

L-Ewwel  Jum tat-Tridu

6.00pm

Quddiesa ta' Fejqan - mistieden kulħadd. Wara ikun hemm il-Barka Sagramentali u ftit ħin ta' Talb. Imexxi ċ-Ċelebrazzjoni Dun Ġorġ Bezzina, Kappillan tal-Fontana.

 

 

Il-Ħamis 22 ta' Lulju: JUM IT-TFAL

 

It-Tieni Jum tat-Tridu

5.30pm

It-Tfal jinġabru ħdejn il-Museum tal-Bniet, Triq Santa Monica, biex jakkumpanjaw l-istatwa żgħira ta'  Kristu Re  lejn il-Knisja Parrokkjali.

 

 

6.00pm

Quddiesa animata mit-tfal stess u mmexxija minn Fr. Michael Bellizzi.

 

 

Il-Ġimgħa 23 ta' Lulju:  JUM L-ANZJANI u L-QDUSIJA TAL-KLERU

 

It-Tielet Jum tat-Tridu

10.00am

Quddiesa għall-Morda u l-Anzjani kollha tal-Parroċċa.   Mistiedna l-Anzjani Pawlisti li jinsabu f'xi Djar Residenzjali tal-Knisja, Stat jew Privat u anki dawk f'San Vinċenz de Paule.  Wara l-Quddiesa titkanta l-Antifona u tingħata l-Barka Sagramentali.   Imexxi ċ-Ċelebrazzjoni l-Kan. Dun Mario Agius.  Wara ċ-ċelebrazzjoni jkun hemm bibibita.    Dawk li għandhom bżonn transport biex ikunu jistgħu jattendu mitluba javżaw fl-Uffiċċju Parrokkjali.

 

 

6.00pm

Quddiesa bl-Omelija għall-Qdusija tal-Kleru u Barka Sagramentali. Imexxi ċ-Ċelebrazzjoni il-Kan. Dun Guzepp Abdilla.

 

 

Is-Sibt 24 ta' Lulju: LEJLIET IL-FESTA

4.30pm

Qrar fil-Knisja Parrokkjali

 

 

5.45pm

Translazzjoni Solenni bir-Relikwa tas-Salib Imqaddes fil-Knisja.

 

 

6.00pm

Quddiesa Kantata għall-bżonnijiet tar-Residenti kollha f'Raħal Ġdid.   Titkanta l-Antifona, l-Innu ta'  Kristu Re u tingħata l-Barka Sagramentali. Imexxi ċ-Ċelebrazzjoni Mons. Edgar Attard.

 

 

Il-Ħadd 25 ta' Lulju:JUM IL-FESTA

 

Filgħodu l-Quddies ikun bħas-soltu bl-Omelija dwar Kristu Re.

 

 

6.00pm

Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija minn Patri Effie Mallia OFM Cap, Gwardjan tal-Kunvent tal-Kapuċċini f'Għajn Dwieli.

 

 

7.30pm

Manifestazzjoni bl-Istatwa Titulari ta' Kristu Re mmexxija minn Patri Effie Mallia li tgħaddi mill-Pjazza, Triq Tarxien, Triq Lampuka, Triq Żabbar u l-Pjazza.

 

 

10.30pm

Dħul ta' l-Istatwa Titulari ta' Kristu Re.  Kant ta' l-Antifona, Att ta' Ringrazzjament, Konsagrazzjoni tal-Parroċċa u Barka Sagramentali.

 

 

Matul il-ġranet tal-Festa jieħu sehem il-Kor "Allelujah"

immexxi mis-Surmast  David Sammut.

 

 

 

 

 

 

 

 

Hosted by www.Geocities.ws

1 1