Knisja Parrokkjali Parroċċa Kristu Re

 

 

 

 

 

 

 

Bidu

 

Merħba

 

Storja

 

Kleru

 

Quddies

 

Servizzi

 

Għaqdiet

 

Is-Saltna

 

Avviżi

 

Ħolqa ma' ...

 

Nisimgħu mingħandek

 

Ħajr

 

 

 

 

Quddiem  Kristu  Sultan

Violet Cassar

 

 

Ħarist lejk u nissilt fija              

Qima kbira u rispett,                

Ħassejt qalbi tfur bl-imħabba,  

Kull ħaġ'ohra minni bgħedt.      

 

 

 

 

 

 

Wieqaf hemm, bil-libsa bajda   

Illi tixhed veritą,                         

Ħarstek serja, kollha ħniena,   

Din mhix ħolma, realtą.

 

 

 

 

 

 

B'idek waħda issejħilna,            

Bl-oħra tgħaqqad mal-Missier,   

F'għajnejk ħarsa ta' mogħdrija   

Għal min f'qalbu għadu fqir.

 

 

 

 

 

 

O! Sultan! Aħkem  lil qlubna,

Tħallix firda, għelt u ġlied,

F'dil-parroċċa tant għal qalbek,

Żommna tiegħek il-ulied.

 

 

 

 

 

 

U madwar it-tempju tiegħek

Iġbor lilna lkoll flimkien,

Tina l-forza, s-saħħa, l-għaqda,

Xerred grazzji kullimkien.

 

 

 

 

 

 

Meta ddur mat-toroq tagħna,

Ixħet fostna sliem u ġid,

Ħalli nibqgħu nagħtuk qima,

Aħna n-nies ta' Raħal Ġdid! 

 

 

 

 

 

 

Festa ta' Kristu Re 2004

 

 

 

NAWGURA  FESTA  TA'  FERĦ  U  GĦAQDA

LILL-POPLU  KOLLU  TA'  RAĦAL  GDID.

 

 

 

 

 

 

 

 

                                                                                 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Hosted by www.Geocities.ws

1 1