|
Fid-29
t'Awissu 1905 l-Isqof Pietro Paul Pace ħareġ digriet li bih għolla
l-Kappella ta' Sant' Ubaldeska, li kienet tagħmel parti mill-parroċċa
ta' Ħal Tarxien, għal Viċi Parroċċa. Sew sew ħames snin wara, fit-12 ta'
Lulju 1910, b'digriet ieħor twaqqfet il-Parroċċa ġdida
ta' Raħal Ġdid bit-titular tagħha l-Qalb Imqaddsa ta' Ġesù. L-ewwel kappillan kien Dun Salv Chircop
mill-Belt Valletta.
Jekk
Alla jrid is-sena d-dieħla niċċelebraw il-mitt sena minn
meta bdiet il-mixja biex il-Pawlisti jkollhom ukoll il-Parroċċa
tagħhom. Tajjeb li kif allura
f'dak iż-żmien l-antenati tagħna ħadmu biex ikollhom
il-Parroċċa tagħhom, avveniment li ntlaqa' b'ferħ kbir,
hekk ukoll aħna naħsbu biex mis-sena d-dieħla niċċelebraw
b'mod xieraq l-ewwel mitt sena mit-twelid tal-Parroċċa l-ġdida.
Niftakru
x'sar matul dawn il-mitt sena l-aktar il-bini ta' l-akbar tempju f'Malta.
Minn dejjem kellna servizzi pastorali mill-aqwa immexxija minn kappillani ħabrieka,
zelanti u li ħabbew il-lokalità minkejja li ma kienux imwielda hawn.
Kemm rajna ġrajjiet kbar, lokali u nazzjonali, iseħħu. Kemm
ulied mgħammda f'din il-Parroċċa servew u taw l-aqwa servizz
lil pajjiż twelidhom u lil Malta tagħna. Il-Parroċċa
kienet dejjem fuq quddiem fl-organiżazzjoni ta' laqgħat kbar reliġjużi
u attivitajiet oħra.
Għaldaqstant
hu dover tagħna li maqgħudin flimkien nirringrazzjaw lil
missirijietna ta' dak kollu li tawna.
Nsellmulhom u ngħidulhom
“Grazzi talli kontu intom li bdejtu t-triq li biha aħna
l-Pawlisti għandna fejn nistgħu ningħaqdu bħala komunità waħda. Irridu
ningħaqdu magħkom f'dik
l-għanja li tant kantajtu bil-qalb mitt sena ilu:
|