Knisja Parrokkjali Parroċċa Kristu Re

 

 

 

 

 

 

 

Bidu

 

Merħba

 

Storja

 

Kleru

 

Quddies

 

Servizzi

 

Għaqdiet

 

Is-Saltna

 

Avviżi

 

Ħolqa ma' ...

 

Nisimgħu mingħandek

 

Ħajr

 

 

 

 

Elezzjoni  tal-Kunsill  Lokali  l-ġdid

Uffiċċju Parrokkjali

 

F'Marzu li għadda kien imiss li jsiru l-elezzjonijiet lokali f' diversi bliet u rħula, fosthom f'Raħal Ġdid.  Imma peress li fit-12 ta' Ġunju, f'Malta, bħal f'pajjiżi oħra fl-Ewropa, kienet se ssir l-elezzjoni għal ħames Membri tal-Parlament Ewropew, il-Gvern iddeċida li minħabba xogħol amministrattiv, dawn Iż-żewġ elezzjonijiet isiru fl-istess ġurnata.

 

Għall-elezzjoni tal-Kunsill Lokali Paola ta' nhar is-Sibt, 12 ta' Ġunju fuq Raħal Ġdid kien hemm 6942 votant reġistrat biex jeleġu 7 Kunsilliera.   Minn dawn marru jivvutaw 5763 li minnhom kien hemm 233 vot invalidu.   Il-Kwota biex Kunsillier ikun elett kienet ta' 692.  Il-voti mitfugħa kienu:

 

 

Indipendenti

Malta Labour Party

Partit Nazzjonalista

211

3464

1855

B'hekk il-Malta Labour Party tella' 5 Kunsilliera filwaqt li l-Partit Nazzjonalista għandu 2.   Dawk eletti, kif jidhru hawn taħt, ġabu n-numru ta' voti indikat ħdejn isimhom fl-ewwel Count.  Jidher ukoll il-persentaġġ tal-voti miksuba mit-total ta' dawk mitfugħa:

 

Raymond Attard (MLP)

Stefan Zahra (MLP)

Duncan Borg Myatt (PN) 

Anthony D. Brincat (MLP)   

Clint Tanti  (MLP) 

Laurence Azzopardi (PN)   

Bernard Sean Lynch(MLP)

1420 (24.64%)

1283 (22.26%)

698   (12.11%)

296   (  5.14%)

199   (  3.45%)

656   (11.38%)

266   (  4.62%)

F'ħarġa oħra jkollna d-dettalji ta' kif tqassmu responsabiltajiet ta' kull wieħed mill-Kunsilliera wara li jittieħed il-Ġurament tal-Ħatra u ssir l-ewwel laqgħa tal-Kunsill il-Ġdid. Nieħdu din l-okkażjoni biex f'isem ir-residenti kollha ta' Raħal Ġdid nawgurawlhom suċċess fil-ħidma amministrattiva li huma mistennija li jwettqu fl-aħjar interess ta' Raħal Ġdid maqgħud verament f'komunitą waħda.

 

 

 

 

 

 

 

 

Hosted by www.Geocities.ws

1 1