|
Fr Joe Alessandro twieled f”Raħal Ġdid fl-1944.
Hu ħa l-edukazzjoni primarja tiegħu fl-iskola primarja tal-gvern
ta' Raħal Ġdid u dik sekondarja fil-Lyceum tal-Ħamrun. Fl-1961 daħal mal-Patrijiet Franġiskani
Kapuċċini.
L-istudju tal-filosofija u tat-teoloġija għamilhom
fi ħdan il-Provinċja Kapuċċina Maltija, fl-INSERM u
fis-Seminarju Djoċesan ta' Trento fl-Italja fejn ġie ordnat
l-ewwel Djaknu mbagħad saċerdot
fl-1970.
Fr. Alessandro kompla l-istudji tiegħu
f'Ruma, fejn ħa l-Liċenzja fit-teoloġija morali fl-1974
mill-Akkademja Alfonsjana. Matul dan iż-żmien iffrekwenta kors u ħa
d-Diploma fil-Pastoral Pyschological
Counselling.
Lura f'Malta ta s-sehem tiegħu fl-INSERM, bħala
Lecturer fit-teoloġija morali. Fl-1977 intagħżel Viċi-Rettur
ta' l-INSERM, post li okkupa għal erba' snin.
Fl-1983 ġie elett għall-ewwel darba bħala
rettur ta' l-INSERM fl-1986 ġie kkonfermat għal sentejn oħra
u nominat l-ewwel president tal-Council of Formators in Consecrated
Life. F'dawn is-snin kien ukoll
Vigarju Provinċjal tal-Kapuċċini f'Malta.
Fl-1989 ħalla Malta biex imur jaħdem
fil-missjoni tal-Kapuċċini Maltin fil-Kenja fl-Afrika. Fl-1900 ġie
magħżul Kunsillier tal-Kustodja tal-Kenja u fl1993 nħatar
Superjur Regolari ta' l-istess Kustodja.
Wara sena jokkupa dan il-post ta' Superjur kellu jirritorna lura Malta
għall-kura wara inċident li kellu fil-Kenja fejn sparaw fuqu.
Fl-1995 ntagħżel
Vigarju Provinċjali tal-Provinċja Kapuċċina ta'
Malta. F'Ġunju tal-1996 reġa'
ntagħżel rettur ta' l-INSERM.
Fid-19
ta' Mejju 2004 ġie elett Provinċjal tal-Kapuċċini f'Malta.
|