Knisja Parrokkjali Parroċċa Kristu Re

 

 

 

 

 

 

 

Bidu

 

Merħba

 

Storja

 

Kleru

 

Quddies

 

Servizzi

 

Għaqdiet

 

Is-Saltna

 

Avviżi

 

Ħolqa ma' ...

 

Nisimgħu mingħandek

 

Ħajr

 

 

 

 

MESSAGG MIC-CHAIRMAN

TAL-KUMITAT  FESTA  KRISTU  RE

 Mario Vella

 

Din hi l-ewwel sena li jien qed inwassal dan il-messaġġ fis-Saltna bħala Chairman tal-Kumitat tal-Festa.   Għalija din is-sena kienet esperjenza ġdida ta' responsabilità biex insaħħu l-għaqda fost dawk kollha li huma nteressati fil-Festa.   Ridt ukoll nieħu ħsieb dawk l-attivitajiet li jgħinu nsaħħu l-fondi neċessarji biex nistgħu norganizzaw il-Festa.

 

Din is-sena ħsibna biex nagħmlu ġabra extra għall-ispejjeż tad-dwal fit-toroq li jiswa lill-Parroċċa mal-LM2500.  Ġbarna s-somma sabiħa ta' LM 900.   Nirringrazzjaw bil-qalb lil dawk kollha li taw is-sehem tagħhom u nittammaw li jkomplu jissapportjaw l-isforzi tal-Kumitat biex ikollna Festa denja ta' Raħal Ġdid.

 

Ma nistax ma nsemmix in-niċċa li trid issir lil Kristu Re fil-knisja.   Kulħadd jaqbel li l-istatwa artistika titulari għandha titgawda minn kulħadd. Imma biex dan jista jsir hemm bżonn ta' niċċa addattata. F'dawn is-sentejn sar studju dwar l-abbozz tal-mudell; il-post ta' fejn tista' titqiegħed u l-ispejjeż li tista tinvolvi. Il-Kummissjoni  tal-Kurja  issa  approvat  l-abbozz  u  wasalna  biex nilħqu ftehim mal-mastrudaxxa li ser jidħol għax-xogħol ta' l-injam.   Diġa ġbarna ma' l-erbat elef lira.   Bidu tajjeb, imma meta niftakru li rridu ħames darbiet aktar… Nittamaw li jkollna numru  ta'  donaturi  li  bejniethom   jidħlu  għal  din  il-biċċa  opra artistika li ser tkun unika f'pajjiżna.

 

Għandi pjaċir inħabbar li din is-sena ser inżanżnu l-erba' vażuni ta' madwar l-istatwa titulari. Dawn ser ikunu ndurati, imma l-fjuretti tal-ganutel ser ikunu lesti s-sena d-dieħla.   Dawn kollha saru  minn benefatturi   partikulari.     Bil-mod  il-mod  mexjin  'l quddiem.   J'Alla nsibu benefatturi oħra li jagħtu xi ħaġa minn dak li Alla jipprovdilhom.

 

Nawgura l-Festa t-Tajba lil kulħadd u j'Alla din tkun okkażjoni sabiħa ta' għaqda m'Alla u bejnietna.

 

 

 

 

 

 

 

 

Hosted by www.Geocities.ws

1 1