|
Kemm-il darba
kuljum fit-talba tal-Missierna ngħidu “Tiġi Saltnatek”… Imma
x'inhi u f'hiex tikkonsisti is-Saltna ta' Kristu?
Is-Saltna
ta' Kristu hija Saltna ta' Mħabba.
L-imħabba li biha Kristu jrid jimla l-qlub tagħna,
il-familji tagħna, l-iskejjel u l-postijiet tax-xogħol tagħna. L-imħabba ta' Krstu issostni dak
kollu li Huwa ħoloq u ħalla f'idejn il-bniedem. Kristu huwa l-istess imħabba u
meta l-bniedem jifhem
dan jinduna li
huwa maħluq biex
jgħix f'għaqda ma' Alla, ma' ħutu l-bnedmin u
l-ħolqien kollu.
Is-Saltna
ta' Kristu hija Saltna ta' Ġustizzja. Irridu nżommu f'moħħna
dejjem il-ħtiġijiet ta' ħutna kollha li huma
fil-bżonn. Irridu nkunu l-vuċi
ta' min ma għandux vuċi.
Il-ħajja hija rigal iżda hija wkoll responsabbilità. Responsabilità li nużaw
dak li Alla tagħna biex ngħinu lill-oħrajn.
Is-Saltna
ta' Kristu hija Saltna ta' Paċi. Jeħtieġ l-ewwelnett ikollna
l-PaċI f'qalbna, imbagħad jista' jkollna l-Paċi ma' l-oħrajn:
fil-familji tagħna, fl-iskejjel u fil-postijiet tax-xogħol tagħna
kif ukoll ma' dawk kollha ta' madwarna huma ta' liema fehma huma.
Għalhekk
f'dawn il-jiem li fihom qed niċċelebraw il-Festa ta' Kristu Re
nitolbuh li tiġi Saltnatu - Saltna ta' Mħabba, Saltna ta' Ġustizzja
u Saltna ta' Paċi.
|