Knisja Parrokkjali Parroċċa Kristu Re

 

 

 

 

 

 

 

Bidu

 

Merħba

 

Storja

 

Kleru

 

Quddies

 

Servizzi

 

Għaqdiet

 

Is-Saltna

 

Avviżi

 

Ħolqa ma' ...

 

Nisimgħu mingħandek

 

Ħajr

 

 

 

 

IL-KELMA TAL-KAPPILLAN

X'jagħmel Festa sabiħa?

Dun Noel Vassallo

 

Faċli jiġri li meta wieħed jagħmel din il-mistoqsija lin-nies differenti, isib risposti differenti ġejjin mill-interess ta' l-individwu. Tixtieq li  kieku  tikkuntenta  lil  kulħadd,  iżda  jekk  ġo familja ta' tlieta min-nies huwa diffiċli biex tagħmel dan, kif jista' jkun li wieħed jikkuntenta lil kull  parruċċan  bil-gosti  differenti  tiegħu.   Minn naħa  l-oħra wieħed irid iżomm quddiem għajnejh li l-għan ewlieni ta' festa nisranija huwa li naraw lil Ġesù Sultan u Padrun tal-parroċċa   tagħna   kuntent   b'dak  li  jkun  għaddej   fil-parroċċa tagħna f'dawn il-ġranet.

 

Festa sabieħa tfisser Ġesù kuntent u ferħan fil-qlub ferħana tal-poplu tagħna.   Trid li jkollna festa sabieħa?... Mur aħdem għall-għaqda fost il-Pawlisti… Mur ressaq lejn xulxin partitarji ta' gruppi differenti... Għid kelma tajba biex il-membri tal-familja tiegħek jersqu għat-talb f'dawn il-ġranet… Mur idħol qalb in-nies u tħallihomx jixorbu iżjed milli jifilħu… Kun sod/a meta ssib lilek ittentat/a  minn  xi  ħadd  tas-sess  oppost;  tkunx  ta'  skandlu bi kliemek, ilbiesek jew bl-imġieba tiegħek!

 

Dawn huma l-essenzi li jagħmlu festa li tferraħ kemm lil Mulej Ġesù kif ukoll li dawk ta' madwarek.

 

Minn qalbi nawguralkom festa qaddisa!

 

Il-Kappillan Dun Noel Vassallo u l-Kleru

flimkien mal-Bord Editorjali ta' Is-Saltna

u l-Kunsill Pastorali Parrokkjali

jixtiequ l-Festa t-tajba lill-Pawlisti kollha

u jawguraw li Kristu Sultan

jgħix fil-qlub tal-familji  ta' Raħal Ġdid

 

 

 

 

 

 

 

 

Hosted by www.Geocities.ws

1 1