Knisja Parrokkjali Parroċċa Kristu Re

 

 

 

 

 

 

 

Bidu

 

Merħba

 

Storja

 

Kleru

 

Quddies

 

Servizzi

 

Għaqdiet

 

Is-Saltna

 

Avviżi

 

Ħolqa ma' ...

 

Nisimgħu mingħandek

 

Ħajr

 

 

 

 

IX-XJENZA  MEDIKA  U  L-OMOSESSWALITÀ

 

Intervista ma' Dr Rick Fitzgibbons, Psikjatra minn Philadelphia (USA), li saret mill-Aġenzija "ZENIT"

ftit taż-żmien ilu.

 

Tista’ tispjega għaliex l-omosesswalità min-naħa medika mhix normali?

 

Sa 1-1973, l-omosesswalità kienet dijanjostikata u ttrattata bħala marda psikjatrika, imġiba anormali. Iżda minn dak iż-żmien din ġiet imneħħija mid-­Diagnostic and Statistical Manual fil-psikjatrija minħabba pressjoni politika. Diversi konflitti jagħmlu l-imġibiet omosesswali anormali, fosthom promiskwità lampanti, l-inkapaċità Ii wieħed iżomm commitment, diżordnijiet psikjatriċi u mard mediku b’ħajja mqassra. Il-prattiċi sesswali ta’ nies omosesswali jinvolvu riskji serji għas-saħħa u għall-mard. Speċifikament, is-sodomija bħala mġiba sesswali hija assoċjata ma’ problemi sinjifikanti tas-saħħa u Ii huma theddida għall-ħajja. Jeżistu mġibiet sesswali Ii huma ta’ ħsara kemm bejn nies eterosesswali kif ukoll omosesswali.  Iżda l-evidenza medika u tax-xjenza soċjali tindika li mgiba omosesswali hija waħda li hija dejjem ta’ ħsara.  Sess bejn l-istess irġiel iwassal għal riskji ta’ saħħa akbar minn sess ma’ nisa, mhux biss minħabba l-promiskwità iżda wkoll minħabba n-natura tas-sess bejn irġiel.

 

L-omosesswalità hija speċifikament assoċjata ma’ problemi psikoloġiċi? Stil ta’ ħajja omosesswali attiva jwassal għal konsegwenzi psikoIoġlċi ħżiena?

 

Żewġ studji estensivi li dehru fil-ħarġa ta’ Ottubru 2000 ta’ l-American Medical Association’s Archives of General Psychiatry jikkonfermaw li teżisti rabta qawwija bejn sess omosesswali u s-suwiċidju, kif ukoll bejn ir-­relazzjoni bejn I-omosesswalità u problemi emozzjonali u mentali.  Wieħed mill-istudji fir-rivista miktub minn David M. Ferguson u t-tim tiegħu sab li "żgħażagħ gay, Iesbjani u bisesswali għandhom riskju akbar Ii jbatu minn diżordni psikjatriku u mġiba suwiċidali."

 

Iż-żgħażagħ Ii jkunu jbatu minn dawn id-diżordnijiet imqabbla ma’ żgħażagħ daqshom jistgħu jbatu minn dipressjoni maġġuri, erba’ darbiet aktar; jistgħu jbatu minn diżordni ta’ ansjetà ġeneralizzata kważi tliet darbiet aktar; jistgħu jesperjen­zjaw diżordni fl-imġiba kważi erba’ darbiet aktar; jistgħu jkunu dipendenti min-nikotina, ħames darbiet aktar; jistgħu jbatu minn diżordnijiet multipli, sitt darbiet aktar; u jistghu jittantaw biex jagħmlu suwiċidu, sitt darbiet aktar.

 

Studju estensiv fin-Netherlands iwaqqa’ l-assunzjoni Ii I-omofobija hija l-kawża ta’ marda psikjatrika akbar fost il-gays u l-lesbjani. L-Olandiżi jaċċettaw b’mod konsiderevoli aktar ir­-relazzjonijiet bejn nies ta’ l-istess sess milI-pajjiżi tal-Punent. Għalhekk rata akbar ta’ diżordnijiet psikjatriċi assoċjati ma’ mġiba omosesswali fin-Netherlands ifisser li din il-marda psikjatrika ma nistgħux nattribwuha lill-fatt Ii s-soċjetà ma taċċettahomx, jew lill-omofobija. L-istudju Olandiz, ippubblikat fl-Archives of General Psychiatry fil-fatt sab rata akbar ta’ mard psikjatriku Ii huwa assoċjat ma’ mġibiet bejn nies ta’ l-istess sess.

 

Imqabblin ma’ kontrolli Ii kellhom dawk li ma għaddewx minn esperjenzi omosesswali matul tnax-il xahar qabel ma saret l-intervista, irġiel Ii kellhom kuntatti omosesswali fl-istess perjodu ta’ żmien, kellhom aktar it-tendenza Ii jgħaddu minn dipressjoni maġġuri, minn bipolar disorder, panic disorder, agoraphobia u obsessive compulsive disorder.  Nisa Ii kellhom kuntatti omosesswali fi żmien ta’ 12-il xahar kienu aktar dijanostikati b’dipressjoni maġġuri, fobija soċjali u dipendenza alkoħolika. Infatti, dawk bi storja ta’ kuntatt omosesswali kellhom prevalenza akbar ta’ kważi d-diżordnijiet kollha psikjatriċi Ii kienu mkejla fl-istudju. Anki studju reċenti fl­American Journal of Public Health wera li 39 fil-mija ta’ rġiel b’attrazzjoni iejn l-istess sess sfaw abbużati minn irġiel oħra b’attrazzjoni Iejn l-istess sess.

 

Liema hu l-mard mediku assoċjat ma’ l-omosesswalità?

 

Il-lista ta’ mard mediku misjub bi frekwenza straordinarja fost irġiel li jipprattikaw l-omosesswalità b’riżultat ta’ mġiba anormaIi omosesswali hija allarmanti; kanċer anali, Chlamydia trachomatis, Cryptosporidium, Giardialamblia, Herpes simplex virus, HiV,   Human papiloma virus (HPV jew genital warts), Isospora belli, Microsporidia, Gonorrhea, Viral hepatitis types B and C, u Syphilis.

 

Trasmissjoni sesswali ta’ xi whud minn dawn il-mardiet hija rari fil-popolazzjoni esklussivament eterosesswali, kważi virtwalment mhux magħrufa. Oħrajn, waqt li jinsabu fost dawk Ii jipprattikaw sess omosesswali u eterosesswali, jippredominaw f’dawk involuti         f’attività omosesswali.  IrġieI Ii jkollhom is-sess ma’ rġiel oħra huma fost dawk l-aktar każi fl-Amerika Ii għandhom infezzjonijiet li huma trasmessi sesswalment,  li ġeneralment ma jixterdux bil-kuntatt sesswali.  Dan il-mard jinkludi Hepatitis A, Giardia lamblia, Entamoeba histolytica, Epstein-Barr virus, Neisseria meningitides, Shigellosis, Salmonellosis, Pediculosis, Scabies u Campylobacter.

 

Ħafna gruppi mediċi professjonali m’għadhomx jikklassifikaw I-omosesswalità ma’ mġiba anormali, u organizzazzjonijiet favur l-omosesswali qegħdin jip­promwovu l-omosesswalità attivament bħala għażla li hija waħda perfettament normali.  Minn punto di vista mediku din hija responsabbiltà?

 

Ħafna gruppi mediċi jħaddnu I-aġenda omosesswali u qegħdin iħaddnu dan L-istil ta’ ħajja minkejja l-istudji xjentifiċi kollha u l-evidenza medika li turi riskji mediċi u psikologiċi.  Jidher li l-aġenda omosesswali hija wahda "politikament korretta" u qiegħda tisforza x­-xjenza.

 

It-tobba għandhom responsabbiltà li jinformaw lill-­klijenti tagħhom dwar il-perikli ta’ stil ta’ ħajja omosesswaii. Fl-istudju tiegħu, The Health Risks of Gay Sex, il-kollega tiegħi Dr John R. Diggs Jr kiteb: "Bħala tabib, huwa dmir tiegħi Ii nassessja l-imġibiet minħabba l-­impatt tagħhom fuq is-saħħa u biex wieħed iħoss ruħu f’saħħtu.  Meta xi ħaġa hija tajba, bħalma huwa l-eżerċizzju, nutrizzjoni tajba jew irqad meħtieġ, huwa dmir tiegħi li nirrakkomandaha. Bl-istess mod, meta xi ħaġa hija ta’ ħsara, bħalma huwa t-tipjip, l-ikel żejjed, l-alkoħol jew l-abbuż tad-­droga, huwa dmir tiegħi Ii niskoraġġiha…  Hemm differenzi bejn l-irġiel u n-nisa fil-konsegwenzi fl-attività omosesswali. Iżda l-aktar importanti, il-konsegwenzi ta’ l-attività omosesswali huma differenti miIl-konsegwenzi ta’ l-attività eterosesswali. Bħala tabib, huwa dmir tiegħi li ninforma l-pazjenti dwar ir-riskji għas-saħħa ta’ sess omosesswali, u li niskoraġġihom milli jagħtu ruħhom għal imġiba Ii tkun ta’ deni għalihom."

 

L-attrazzjoni lejn l-istess sess hija manifestazzjoni ta’ konflitti emozzjonali serji Ii wieħed jista’ jipprevenihom u jittrattahom. Gender Identity Disorder fit-tfal regularment iwassal għal attrazzjoni lejn l-istess sess fl-­adolexxenza, u issa hemm saħansitra sforz biex din titneħħa mid-Diagnostic and Statistical Manual.  Il-media jew l-organizzazzjonijiet ewlenin tas-­saħħa ma jagħtu ebda tagħrif dwar problemi serji mediċi u psikjatriċi Ii huma assoċjati ma’ l-omosesswalità.  Il-programmi ta’ l-iskola ma    jippreżentawx din l-informazzjoni u hekk it-tfal huma nkuraġġiti u mgħallma li l-istil ta’ ħajja omosesswali huwa alternattiv tajjeb għaż-żwieġ. Lil dawn iż-żgħażagħ m’humiex jgħidulhom dwar iI-perikli ta’ dan l-istil ta’ ħajja. Naħseb li I-iskejjel u l-psikologi ta’ l-iskejjel għandhom ikunu legalment responsabbli għaliex m’humiex jipprovdu kunsens informat meta jippromwovu stil ta’ ħajja omosesswali.  Hekk ukoll tobba tat-tfal jafu li t-tfal Ii jitrabbew mingħajr missier huma suġġetti għal problemi psikoloġiċi serji, u li wieħed irabbi tifel mingħajr omm ikun qed jippredisponi lil dak it­-tifel għaI mard serju emozzjonali u mentali.

 

Meta wieħed jillegalizza imġiba anormali, wieħed jista’ jkun qed jidher Ii jkun qed jiddisswadi lin-nies biex ifittxu I-għajnuna Ii għandhom bżonn biex jirbħu dik l-imġiba. Sewwa qed ngħid?

 

Naħseb Ii qed tgħid sew ħafna. Jeżistu tentattivi biex ma jħallux lin-nies li jfittxu l-għajnuna għall-attrazzjoni Iejn nies ta’ I-­istess sess. Hemm, iva, moviment li qed iwaqqaf IiII-professjonisti tas-­saħħa mentali milli jipprovdu trattament.  Ir-rapport Spitzer mill-Archives of Sexual Behaviour stħarreġ nies Ii kienu omosesswali u Ii f’ħames snin waqqfu dan l-istil ta’ ħajja. Dan ir-rapport sab Ii 64 fil-mija ta’ l-irgiel u 43 fil-mija tan-nisa bdew iqisu ruħhom bħala eterosesswali wara Ii rċevew trattament.  Dr Spitzer tal-Columbia University kien mexxa t-task force ta’ l-American Psychiatric Association, li fl-1973 kien neħħa l-omosesswalità mill-manwal dijanjostiku tagħna.

 

F’għadd ta’ studji, meta nies b’attrazzjoni lejn l-istess sess irċevew trattament, terz minnhom ħassew ruħhom aħjar; terz kellhom riżultat imħallat; u terz ieħor ma ħassewhomx aħjar. Fl-esperjenza klinika tiegħi, meta jiddaħhal il-komponent spiritwali fit­-trattament, ir-rata ta’ fejqan hija ferm ogħla.

 

Inti x’taħseb dwar l-impatt fit-tul ta’ rabtiet omosesswali legalizzati? Dan kif jista’ jaffettwa l-ġenerazzjonijiet futuri?

 

Żwieġ bejn mara u raġel huwa bbażat fuq commitment u huwa espressjoni tal-moralità Ġudejo-Kristjana. Rabtiet omo­sesswali huma bbażati fuq moralita neo-pagana u Kinsejnjana u ma tistenna l-ebda lejaltà. Fi studju reċenti Ii sar minn ġurnal ewlieni Ii sar fuq irġiel, instab li rġiel f’rabtiet omosesswali baqgħu flimkien għal tul ta’ medja ta’ sentejn, u dawn regolarment jagħmlu s-sess ma’ oħrajn barra mir-relazzjoni. F’dan l-istudju ta’ Amsterdam instab Ii 86 fil-mija ta’ nies infettati ġodda bI-HiV kienu rġiel li kienu jikkunsidraw ruħhom f’rabtiet omosesswali. Rabtiet omosesswali jikkawżaw trawma emozzjonali u wġigħ lill-individwi u jagħmlu ħsara lill-kultura. Huwa ħażin li wieħed iqis rabtiet bejn nies ta’ l-istess sess u r-rabta taż-żwieġ bħal kieku kienu l-istess ħaġa jew ta’ mportanza ndaqs.  Din hija delużjoni.

 

Xi tgħid dwar l-adozzjonijiet minn koppji omosesswali? Dawn kif jaffettwaw lit-tfal involuti?

 

Il-Kongregazzjoni għad-­Duttrina tal-Fidi ħarġet dokument dwar l-omosesswalità li fih ittrattat l-adozzjonijiet minn koppji omosesswali. Din I-istqarrija tinnota li meta wieħed iċaħħad intenzjonalment tifel minn missier jew omm, ikun qed jagħmillu vjolenza. Dan id-dokument u s-­sezzjoni dwar l-omosesswalità tal-­Katekiżmu tal-Knisja Kattolika għandhom is-support tax-xjenza medika. Hekk ukoll, it-trobbija tat-tfal f’ambjent b’ġenituri ta’ I-­istess sess tmur kontra I-wirt komuni ta’ l-umanità.  L-assenza ta’ missier fid-dar iwassal għal dwejjaq, rabja, diffikultà biex wiehed isir jafda, u diżordni kontlittwali. L-assenza ta’ omm hija agħar. L-omm hija l-bażi fundamentali biex wieħed iħoss ruħu żgur fir-relazzjonijiet li jidħol fihom. Meta wieħed jiċħad omm Iil tifel ikun qiegħed iweġġa’ l-abbiltà tat-tifel milli jkollu fiduċja u fidi fid-dinja u dan jista’ jwassal għal ansjetà u attachment disorders. It-tfal ma jistgħux jiġu ssuġġettati għal dan in-nuqqas krudil għaliex jagħmlilhom ħsara. Anki fil-Belġju, fejn rabtiet bejn nies ta’ I­-istess sess huma approvati, ma hux permess li koppji ta’ l-istess sess jadottaw tfal. Mhux l-adulti kollha neċessarjament għandhom id-dritt inerenti Ii jkollhom it-­tfal. Iżda t-tfat kollha għandhom dritt għal missier u omm.

 

X’inhuma I-istrateġiji psikIoġiċi fl-aġenda omosesswali?

 

L-aġenda omosesswali għandha l-iskop Ii permezz tal­-media u diversity weeks, Ii jsiru f’ħafna iskejjel inklużi kulleġġi kattoliċi u skejjel għolja, in-nies ma tibqa’ tħoss xejn dwar I-omosesswatità. Din tpinġi Iil dawk Ii jopponu mġiba u rabtiet omosesswali, bħala nies li huma f­i nkwiet, bi ksur tal-liġi, u Ii għandhom bżonn l-għajnuna, bħal dawk Ii jbatu minn  preġudizzji razzjali.  Din tipprova wkoll tgħid Ii l-omosesswalità hija ġene­tikament determinata, u dan minkejja studji ta’ riċerki Ii jonqsu Ii jagħtu raġun lil din it-tejorija.  Naturalment, l-iskop prinċipali huwa li jikkonvertu lin-nies għall-­agenda omosesswali.

 

X’jistgħu jagħmlu l-Kattoliċi biex iħarsu s-sagrament taż-żwieġ?

 

II-Kattoliċi jistgħu jitolbu aktar għall-ħarsien taż-żwieġ u I-­familji, u jistgħu jitgħallmu l-verità dwar l-omosesswalità billi jfittxu Ii jinformaw ruħhom permezz ta’ Websites ta’ min joqgħod fuqhom, p.eżempju:

 

·  International Association of Catholic Medical Associations;

 

·  Catholic Medical Association;

 

·   National Association for the Treatment and Research of        Homosexuality.

 

Jistgħu wkoll iwasslu l-milja tal-verità tal-Knisja dwar is-sesswalità fil-familji u fil-parroċċi tagħhom u fl-iskejjel ta’ wliedhom. Huma jistgħu jitolbu lis-saċerdoti biex joffru talb għaż-żwiġijiet fit-talbiet ta’ kuljum fil-Quddies.

 

 

 

 

 

 

 

 

Hosted by www.Geocities.ws

1 1