Knisja Parrokkjali Parroċċa Kristu Re

 

 

 

 

 

 

 

Bidu

 

Merħba

 

Storja

 

Kleru

 

Quddies

 

Servizzi

 

Għaqdiet

 

Is-Saltna

 

Avviżi

 

Ħolqa ma' ...

 

Nisimgħu mingħandek

 

Ħajr

 

 

 

 

ŻAGĦŻUGĦ  PAWLIST  JINGĦAQAD

MAS-SALEŻJANI  TA’  DON  BOSCO

Intervista  ma’  Bro. Josef Ellul  S.D.B.

 

X’ressqek lejn il-ħajja reliġjuża?

 

Mhux faċli li nirrispondi.   Meta wieħed jirrispondi għall-pjan li Alla lesta għalih ifisser li jkun qed jagħti lilu nnifsu għall-bżonnijiet tad-dinja.   Inħoss li lili Alla sejjaħli għall-ħajja reliġjuża u saċerdotali.   Mhux  minn  dejjem  kont  nemmen  illi  l-ħajja reliġjuża kellha  tkun għalija.     Iżda  llum,  wara  trobbija  normali  fejn fis-sempliċità tal-ħajja ta’ kuljum irċevejt valuri kristjani, ninsab zgur li Alla ried minni dan l-istat ta’ ħajja.    Għaddejt minn żmien fejn ħsibt li għandu jkolli familja, però Alla ried li nsir naf is-Sależjani ta’ Dun Bosco sabiex nagħżel it-triq li Hu ħejja għalija.

 

Għalhekk wara li għamilt xi esperjenzi mas-Sależjani, fejn laqtitni tassew il-ħajja ta’ Dun Bosco, ħsibt li anki jien nista nagħżel din it-triq, fejn bl-għajnuna t’Alla wieħed jiddeċiedi li jħalli kollox u jiddedika ħajtu kollha għat-talb u l-ħidma fost iż-żgħażagħ.

 

Imma għaliex għazilt  li tmur mas-Sależjani?

 

Alla tant iħobb id-dinja li kontinwament jibgħat l-Ispirtu tiegħu fuq persuni qaddisa sabiex permezz tal-kariżma tagħhom isebbħu l-Knisja Tiegħu.   Qatt ma kont naf min hu Dun Bosco.  Meta kelli  ħmistax-il sena  attendejt  għall-kamp  tas-sajf  organizzat  ġo  Savio College, f’Ħad-Dingli.     Meta spiċċa l-kamp tawni bħala rigal ktieb fuq il-Ħajja ta’ dan il-Qaddis.  Qrajtu b’interess kbir u meta wasalt fit-tmiem ħsibt bejni u bejn ruħI li kieku anki jien nista' nagħti ħajti bħal Dun Bosco.    Il-motto tagħna s-Sależjani hu "Da mihi animas, cetera tolle"  jiġifieri "Agħtini l-erwieħ, ħudli kull ma jibqa’".  Kien dan li wassalni biex niddeċiedi li nagħti lili nnifsi, kolli kemm jien, għal Alla, permezz tal-konsagrazzjoni tiegħi għaliH, fejn niddedika ħajti għaż-żgħażagħ, speċjalment dawk foqra.

 

Issa li f’dawn l-aħħar snin kellek ħafna esperjenzi ma’ żgħażagħ oħra bħalek, għandek xi messaġġ għalihom?

 

Għaddew sitt snin minn mindu ilni Sależjan.   Ngħid il-verità hija ħajja bħall-oħrajn kollha.   Jiġu mumenti sbieħ u jkun hemm oħrajn anqas sbieħ.   Però nizziħajr  ’l Alla, qatt ma ddispjaċieni għal dik l-"iva" li għidt sitt snin ilu, bl-ewwel professjoni reliġjuża.   Li kieku kelli nerġa' nitwieled, nerġa' nagħżel din il-ħajja.   Ninsab konvint illi fost iż-żgħażagħ hemm ħafna minnhom msejħin għall-ħajja reliġjuża u saċerdotali.   Ngħidilhom biex jagħmlu kuraġġ  u  ma  jagħlqux  il-bieb  għas-sejħa t’Alla.   Id-dinja llum tissuġġerixxi ħafna toroq, iżda  aħna ż-żagħżagħ  għandna l-kapaċità li nagħżlu.  Naċċertakom li mhux veru li l-ħajja reliġjuża u saċerdotali m’għadux żmienhom.   Alla għadu jsejjaħ.   Imiss lilek issa biex twieġbu!

 

Sa dan it-tant nitlobkom li tiftakru fija fit-talb tagħkom.   Din is-sena nieħu l-voti perpetwi fi Sqallija fejn ninsab bħal issa.  Jekk Alla jrid, daqs sena u nofs oħra nirċievi id-don tas-saċerdozju.  Inwiegħed lill-parruċċani tal-Parroċċa Kristu Re it-talb tiegħi.

 

 

 

 

 

 

 

 

Hosted by www.Geocities.ws

1 1