Knisja Parrokkjali Parroċċa Kristu Re

 

 

 

 

 

 

 

Bidu

 

Merħba

 

Storja

 

Kleru

 

Quddies

 

Servizzi

 

Għaqdiet

 

Is-Saltna

 

Avviżi

 

Ħolqa ma' ...

 

Nisimgħu mingħandek

 

Ħajr

 

 

 

 

IL-FESTI  TAL-QALB  TA’  ĠESÙ

   u  ta’

CORPUS  CHRISTI

 

Fix-xahar  ta’  Ġunju,  propju  nhar  il-Ħadd 13 u l-Ġimgħa 18 tax-xahar,  il-Knisja tiċċelebra żewġ festi kbar ta’ l-Ewkaristija li hija "l-għajn u l-quċċata tal-ħajja nisranija."

 

F’kull Ċelebrazzjoni Ewkaristika li nieħdu sehem fiha, nġibu magħna l-istorja li ngħixu: l-ferħ u d-dwejjaq; l-ħeġġa u  l-bruda; s-saħħa u l-mard; l-ingratitudnijiet u r-ringrazzjamenti li nirċievu;  d-dnubiet  u  l-indiema, u tant aspirazzjonijiet li jkollna.   Alla jidħol f’din l-istorja tagħna ta’ kuljum u jagħmilha storja tas-salvazzjoni; Alla jidħol fil-ġemgħa tagħna u jagħmilna  Knisja.

 

L-Ewkaristija tagħmilna Knisja li tkun tassew il-Ġisem ta’ Kristu billi:

 

·        Tagħtina l-imħabba tal-Missier;

 

·        Tgħaqqadna ma’ l-Iben fl-għotja tiegħu nnifsu; u

 

·        Timliena bl-Ispirtu u timpenjana għat-tiġdid tad-dinja.

 

Sa mill-bidunett tal-Knisja l-insara fehmu li l-Ewkaristija kienet il-pern tal-ħajja tagħhom bħala komunità ġdida ta’ Kristu.   L-Ewkaristija kienet għalihom sfida biex jgħixu dak li jkunu jiċċelebraw.   Infatti fl-Atti 2, 42-46 insibu li "kienu jżommu   sħiħ fit-tagħlim ta’ l-appostli u fl-għaqda ta’ bejniethom, fil-qsim tal-ħobż u fit-talb. Kull jum kienu jmorru fit-tempju flimkien, jaqsmu l-ħobż fi djarhom u jissieħbu fl-ikel bi qlub ferħana u safja."

 

Għaldaqstant hemm bżonn li nifhmu xi tfisser sewwa l-Ewkaristija u x’effett qed tħalli fil-komunità tagħna.   Niftakru li Ġesù nnifsu jiġi fina mhux biss biex nidħlu f’intimità miegħu u mal-Missier, iżda wkoll biex insiru tabernakli ħajjin tiegħu u nwassluh lil ħutna fid-dinja ta’ madwarna bil-ħajja u l-ħidma tagħna ta’ kuljum.

 

 

 

 

 

 

 

 

Hosted by www.Geocities.ws

1 1