|
Għaddejjin minn dan iż-żmien hekk importanti
tat-Tberik tal-Familji li ħafna qiegħdin jieħduh bħala mpenn
ta’ laqgħat personali ma’ Saċerdot. Forsi din hija l-unika opportunità li
membri tal-familji qed ikollhom li jagħmlu dan. F’isem il-komunità parrokkjali
nirringrazzjaw lis-Saċerdoti li qed iżuruna f’darna u ta’
l-interess li qiegħdin juru fil-problemi u d-diffikultajiet li jgħaddu
minnhon xi familji. Grazzi wkoll lil
Patri Gwardjan Fr Effie Mallia OFM Cap. ta’ l-għajnuna siewja li qed
jagħti anke f’din il-ħidma.
Kull min ikollu diffikultajiet dwar it-tberik hu mitlub li
jikkuntatja l-Uffiċċju Parrokkjali ħalli jkunu jistgħu
jsiru l-arranġamenti meħtieġa.
|