|
|
U issa wasal
Mejju,
|
|
|
Jum l-omm niċċelebraw,
|
|
|
U meta jiġi Ġunju,
|
|
|
Fuq il-missier naqraw.
|
|
|
|
|
|
Taħdem, tħabrek tul il-ħajja,
|
|
|
Imħabbitha
hi bla qies,
|
|
|
Tħobb bil-bosta lil uliedha,
|
|
|
Tal-familja hija s-sies.
|
|
|
|
|
|
Kull filgħodu
jrid ibakkar
|
|
|
Biex imur jaqla’ l-għijxien
|
|
|
Ħalli jmantni lill-familja,
|
|
|
Huwa żgur mhuwiex għażżien.
|
|
|
|
|
|
Tqumlek kmieni, tibda taħdem,
|
|
|
Xitwa w sajf dejjem fil-ħin,
|
|
|
Tipprepara għall-familja
|
|
|
Ikel tajjeb tassew bnin.
|
|
|
|
|
|
Il-ġurnata
ma tkunx faċli,
|
|
|
Għax problemi jkollu żgur,
|
|
|
Wara l-ħidma u t-tbatija
|
|
|
Mal-familja d-dar imur.
|
|
|
|
|
|
Fid-dar tagħha dejjem sejra,
|
|
|
żgur mhemmx għażż, l-anqas tnikkir,
|
|
|
Hi tinfexx fix-xogħol, fil-ħidma,
|
|
|
Fil-ħasil,
tfarfir, tisjir.
|
|
|
|
|
|
X’ħin l-ulied
ikunu magħhom,
|
|
|
Qalbhom bl-hena tibda tfur,
|
|
|
Jieħdu ħsiebhom u jfissduhom,
|
|
|
Għaliex dawk
tal-ħajja l-fjur.
|
|
|
|
|
|
Sbejħa l-għaqda tal-familja,
|
|
|
Omm, missier w anki wlied,
|
|
|
Bejta ħelwa, kollha mħabba
|
|
|
Fejn hemm paci, mhux inkwiet.
|
|
|
|
|
|
Mel’isimgħu
x’qed ngħidilkom,
|
|
|
Ħudu
tiegħi dal-parir,
|
|
|
Ħobbu
’l ommkom u ’l missierkom,
|
|
|
Qatt tagħtuhom
dispjacir.
|
|
|
|
|
|
|
|
NOTA
TAD-DIREZZJONI:
|
|
|
|
|
F’din
il-poeżija, Violet Cassar, li issa saret kontributriċi regulari
ta’ dan il-fuljett, għaqqdet flimkien, kif tant hu xieraq, Jum l-Omm
u Jum il-Missier. Dawn il-jiem niċċelebrawhom fix-xhur ta’
Mejju u Ġunju. Id-Direzzjoni tal-Fuljett tingħaqad ma' Violet
li ddedikat din il-poeżija tagħha lill-ommijiet u
lill-missirijiet kollha b’apprezzament għal tant sagrifiċċji
li jagħmlu għal
uliedhom u li għalhekk
ħaqqhom kull rispett.
|
|
|
|