|
KUMMENTI U
TRUFIJIET |
|
Tajjeb li tinnota! |
|
F’dawn l-aħħar snin saru
ġrajjiet fil-Knisja Maltija li fihom kienu nvoluti diversi saċerdoti
mill-parroċċa tagħna. Fost dawn irridu nsemmu
lil: ·
Fr Charles Cordina - Segretarju Pastorali tad-Djoċesi; ·
Fr Joe Magro - Segretarju
tal-Konferenza Episkopali Maltija; ·
Fr. Mario Tong - Arċipriet
tal-parroċċa tal-Mosta; ·
Fr Daniel Cardona -
Arcipriet tal-parroċċa ta’ Ħaż-Żebbuġ; ·
Fr Michael Bellizzi, li għalkemm mhux
minn Raħal Ġdid
qed jaħdem fil- parroċċa
tagħna, li nħatar bħala Assistent Ekkleżjastiku
taż-Żgħażagħ ta’ l-Azzjoni Kattolika ta’ Malta u t’Għawdex;
·
Fr Paul Fenech -
Kappillan tal-parroċċa ta’ San Gejtanu, l-Ħamrun; ·
Fr Victor Scicluna - Viċi-Arċipriet
taż-Żejtun; ·
Fr Salv Frendo -
Kappillan ta’ parroċċa f’Caserta fl-Italja. Wieħed irid jinnota wkoll
in-numru kbir ta’ Reliġjużi u Saċerdoti oħrajn li trabbew
fi ħdan il-parroċċa tagħna u issa qed iwettqu l-missjoni
tagħhom kemm f’Malta u kemm f’artijiet tal-missjoni. L-iskop tagħna llum hu li nagħrfu
kemm vokazzjonijiet minn fostna qegħdin jagħmlu unur lill-komunità
parrokkjali tagħna. Żgur li lil Alla għandna ngħidulu
grazzi ta’ dan il-frott hekk sabieħ filwaqt li nkomplu nitolbu għal
ħafna aktar vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi. Żgur li
ma rridux ninsew lil Mons. Guzeppi Vella li ħadem f’diversi parroċċi
oħra u li bla dubju ta kontribut kbir lil-Knisja Maltija. |