TBERIK  FIŻ-ŻMIEN  TA’  L-GĦID

 

 

Reġa’ wasal l-Għid u miegħu, minbarra l-figolli, jaslu  wkoll il-bidu ta’ l-aħħar term ta’ l-iskola; il-bidu tal-festi titulari u t-tberik tal-familji.   Fl-aħħar ħarġa tal-fuljett Is-Saltna tkellimna dwar iż-żjarat lill-familji sa żmien il-Għid.   Illum  se  nitkellmu  dwar  it-tberik  fi żmien  il-Għid.     Forsi wieħed jistaqsi: “Hemm xi ħaġa ġdida”?   Le.  Se tintuża l-istess proċedura li ntużat is-sena li għaddiet, jiġifieri navżaw nhar ta’ Ħadd matul il-quddies, filwaqt li fid-djar tirċievu nota dwar il-jum u l-ħin li fih is-saċerdot huwa mistenni  li jasal għand il-familja tagħkom.  

 

Nifhmu li mhux dejjem inkunu preċiżi fil-ħinijiet li nagħtukom, iżda nixtiqukom li tifhmu wkoll li s-saċerdot mhux dejjem ikun jaf ma xiex sejjer jiltaqa’.   Inżommu quddiem għajnejna li ħafna drabi t-tberik huwa l-uniku kuntatt dirett li l-parroċċa jkollha mal-familji tagħna.   Għaldaqstant wieħed ma jistax jitlef din l-opportunità biex jiġu diskussi xi affarijiet importanti.   Bħal ma għamilna s-sena l-oħra qegħdin nippruvaw li s-saċerdot jagħmel medja ta’ għaxar minuti għand kull familja.  Bħas-soltu t-tberik isir bejn l-4.30pm u s-7.30pm.   Jekk ikun hemm min ma jkunx jista’ jkun id-dar fil-ġurnata u l-ħin indikat, jista’ jitlob appuntament ieħor.

 

F’isem is-saċerdoti tagħna minn qalbna nirringrazzjawkom tal-koperazzjoni sħiħa li dejjem sibna minn għandkom.

 

 

Hosted by www.Geocities.ws

1