|
Apprezzament |
|
Grazzi
Dun Ġużepp… |
|
Nhar il-Ġimgħa, 13 ta’
Frar li għadda, filgħodu kmieni, il-qniepen tal-parroċċa ħabbrulna
l-mewt ta’ Mons. Dun Ġużepp Vella li propju f’lejliet il-festa
titulari ta’ Kristu Re f’Lulju tas-sena l-oħra beda l-missjoni tiegħu
bħala Kanonku tal-Kapitlu tal-Katidral.
Huwa kellu 66 sena. Għalkemm Dun Ġużepp
ftit ħadem direttament bħala saċerdot fil-parroċċa tagħna, huwa dejjem
baqa’ jħoss ruħhu bħala
Pawlist. Kien bniedem
ferħan, kemm f’żogħżitu bħala membru
ta’ l-Azzjoni Kattolika, fis-Seminarju
u wisq aktar fil-ħajja saċerdotali tiegħu. Kien ukoll dejjem pożittiv fl-atteġjamenti
tiegħu lejn il-ħajja anki fl-aħħar xhur tal-marda tiegħu,
meta kien jaf li riesaq lejn it-tmiem ta’ ħajtu. Kemm ilu
li spiċċa minn
kappillan (għamel żmien fil-Kalkara, f’Ħaż-Żabbar
u f’Ħal Luqa) Dun Ġużepp kellu ħafna kuntatt mal-parruċċani
tagħna, mhux biss ma’ dawk li jattendu fil-Knisja ta’ l-Erwieħ,
fejn kien iservi,
iżda wkoll ma’ dawk kollha li jiltaqa’ magħhom
fit-triq jew ħdejn il-workshop.
Lil Dun Ġużepp nibqgħu nħossuh magħna kuljum
għaliex kien hu li ħadem is-sistema biex mil-kampnar il-qniepen jħeġġuna
għall-bxara t-tajba. Grazzi Dun Ġużepp għal
dak kollu li tajtna! |